LAQGĦA TA’
KULL XAHAR TAL-PRIM MINISTRU LAWRENCE
GONZI MAL-MEDIA
Berġa
ta’ Kastilja
Il-Ġimgħa 7 ta' Mejju 2004
Prim Ministru
Sinjuri,
grazzi ħafna talli erġajna ltqajna xahar wara l-aħħar darba li
ltqajna l-ewwel darba. Naħseb li bħala introduzzjoni, ser nipprova
nkun fil-qasir u mbagħad bħalma għamilna d-darba l-oħra ser inħalli
f'idejkhom biex inthom tagħmlu l-mistoqsijiet li tixtiequ tagħmlu.
Żgur
illi magħtul dan il-perjodu ta' żmien li għadda kellna l-highlights
ta' l-avvenimenti storiċi li seħħew f'pajjiżna jiġifieri illum qegħdin
niltaqaw sebat ijiem wara li pajjiżna sar membru fl-Unjoni Ewropea u
allura kellna diġà l-ewwel sebat ijiem ta'
test ta' kemm l-istrutturi li aħna waqqafna magħtul is-snin u
tal-liġijiet li għaddejna biex inkunu nistgħu nilħqu l-livelli tal-acquis
u jkollna l-kapaċità amministrattiva biex pajjiżna jkun jista’
jopera fi ħdan l-Unjoni Ewropea. Kellna l-ewwel sebat ijiem li fihom
bdew jiffunzjonaw dawn l-istrutturi, u żgur li tafu f'dawn l-ewwel
sebat ijiem allura saret bidla kbira f'ċertu aspetti.
Hemm
oħrajn li għad iridu jseħħu imma kellna l-ewwel prova ta' xi tfisser
li Malta saret parti minn suq intern. Ta' xi tfisser
illi inti issa għandek sistema fejn l-operaturi, l-importaturi b'mod
partikolari li jirrappreżentaw kaxxa sħiħa ta' operaturi żgħar
f'pajjiżna illi kienu ilhom jgħidulna illi f'pajjiżna għandna bżonn
nattakkaw aspetti li għandhom x'jaqsmu mal-burokrazija ma’ telf ta'
żmien ta' dawn l-operaturi kummerċjali, konna nafu illi fl-ewwel ta'
Mejju bi dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea u allura bis-suq tagħna isir
parti mis-suq intern. Parti importanti mil-ħin li qabel dawn l-operaturi
ż-żgħar kienu jkollhom bilfors jiddedikaw għal mili ta' formoli, clearance
ta' formoli ta' dwana u dawn it-tip ta' proċeduri effettivament fl-ewwel
ta' Mejju iżżarmaw. Għaliex issa għal dak li għandu x'jaqsam ma
prodotti li qed jiġu importati f'pajjiżna mill-Unjoni Ewropea dak
il-proċess kollu li qabel kien stabbilit li kellu jsir, illum il-ġurnata
iżżarma ruħħu. Jiena fil-fatt kelli laqgħat ma importaturi f'dawn
l-aħħar tlett ijiem li ndikawli li dan diġà huwa pass kbir
il-quddiem u l-kumment li sarli minn ċerti rappreżentanti kien
illi hekk ser jiffrankaw ħafna mill-ħin li qabel kellhom bilfors
jiddedikaw għal parti amministrattiva tal-clearance
tad-dokumenti.
L-stess
ukoll, bidla oħra importanti illi naturalment għandha l-effett pożittiv
immens fuq il-qasam tan-negozji ż-żgħar f'pajjiżna għandu impatt
imbagħad bil-kontra pjuttost negattiv fuq il-finanzi tal-Gvern, huwa l-fatt
li mill-ewwel ta' Mejju r-rata tal-VAT, id-dħul tal-VAT, fuq
il-prodotti mpurtati mhux qed tinġabar issa fil-mument illi l-prodott
jidħol ġewwa pajjiżna imma l-VAT tinġabar fil-mument illi r-retailer
ikun qed ibiegħ fis-suq Malti.
Dak
fisser li għal eluf ta' importaturi negozji żgħar f'pajjiżna din
il-miżura issarfet f’titjib tal-cashflow tagħhom għaliex il-flus li altrimenti kieku kellhom iħallsu
lill-kaxxa tal-Gvern
Malti baqaw fil-kexxun tagħhom u allura jistgħu jużaw dawn il-flus
fl-operazzjoni tagħhom ħalli jkunu jistgħu huma stess naturalment jieħdu
vantaġġ minn din id-sitwazzjoni. Għan naħa tal-Gvern dan fisser li r-revenue
li l-prodott jidħol minflokk issa ser jidħol aktar tard meta l-prodott
ikun mibjugħ. Naturalment dan l-aspett konna diġà ikkalkulajnieħ,
huwa parti mill-projections tagħna tal-budget
tas-sena 2004 u allura hu maħsub fir-riżultat finali illi aħna qegħdin
nipproġettaw għall-aħħar tas-sena imma jibqa l-fatt illi jfisser
illi parti mir-revenue
tal-Gvern, illi altrimenti kien normalment jidħol issa ser jidħol
aktar tard u allura kienet titpoġġa pressjoni fuq ir-revenue
tal-Gvern.
Jiġifieri
l-ewwel ta' Mejju naħseb illi huwa ġurnata li mhux biss iċċelebrajniha
u kien mument importanti ħafna fejn pajjiżna ngħata l-merbħa mill-pajjiżi
l-oħrajn ta’ l-Unjoni Ewropea u kien mument allura mhux biss ta'
storja għal pajjiżna, imma mument ta' storja għall-Unjoni Ewropea,
però issa għar-realtà ta' kuljum down
to earth issa kif taffettwa lill-familji tagħna, lill-kummerċjanti
tagħna, lin-negozjanti tagħna, is-sħubija ta’ l-Unjoni Ewropea.
Illum qegħdin fis-seba ġurnata ta' din l-esperjenza u rrid ngħid illi
l-indikazzjonijiet għadhom kmieni, naturalment għadna fil-bidu iżda
l-ewwel indikazzjonijiet huma diġà pożittivi, ma jidhirx li għandna
xi diffikultajiet jew xi problemi b'din it-tranżizzjoni enormi illi
pajjiżna ħa. Il-Gvern qed ikompli jsegwi naturalment l-iżviluppi li
qegħdin iseħħu u nkunu aktar attenti x'qed jidħol pajjiżna, x'jista’
jaffettwa s-suq f'pajjiżna, però jidher illi qegħdin mexjin u r-realtà
tas-sħubija, realtà ta' suq wieħed, qegħdin ngħixuha u qegħdin ngħixuha
b'mod pożittiv.
Effett
pożittiv ieħor ta' dan kollu li qed jinħass diġà, f'daqqa waħda
huwa t-tnaqqis sostanzjali fil-prezzijiet ta' numru qawwi ta' prodotti.
Anki dan effett ta' tneħħija ta' numru qawwi ta' levies
u allura mhux biss l-operaturi kummerċjali f'pajjiżna bbenifikaw
fl-ewwel ta' Mejju iżda nistgħa ngħid u naħseb huwa fatt stabbilit għax
jiena innutajt x'qal il-Kap ta' l-Opozizzjoni fil-ġranet li għaddew
meta hu stess irrikonoxxa illi numru ta' prodotti raħsu l-prezzijiet
tagħhom, jiġifieri huwa fatt illi l-konsumatur Malti mill-ewwel ta'
Mejju beda jibbenefika wkoll minn dan il-proċess. Naturalment aħna għandna
l-istrutturi illi ilhom issa joperaw biex inkunu ċerti illi l-benefiċċju
tat-tneħħija tal-levies
effettivament jiġi tradott f'benefiċċju li jitgawda mill-konsumaturi
tagħna u mill-familji tagħna u allura qegħdin naraw bil-mekkaniżmi
li aħna għandna,bl-Uffiċċju
tal-Fair Trading illi l-ispetturi u l-uffiċċjali li għandu dan id-Dipartiment
qegħdin iduru u jaraw li t-tneħħija tal-levies verament tirriżulta fit-traħħis ta' prezzijiet, u hekk
ifisser li anki f'dan il-pass il-poplu Malti jkun qiegħed jibbenefika
f'dawn l-ewwel ġranet ta' sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea.
Jibqa
l-fatt u naħseb li rrid nenfasizzaħ illi bħal kollox jiddependi mill-poplu
Malti kemm aħna kapaċi nkomplu nisfruttaw l-opportunitajiet li jiġu għal
idejna. Huwa fatt illi mill-ewwel ta' Mejju kompla u ġie stabbilit,
infurzat ir-rwol ta' pajjiżna bħala pajjiż li qiegħed f'pożizzjoni
strateġika fil-Meditteran f'mument strateġiku ta' l-istorja
tal-Mediterran u rrid ngħid illum hawnhekk li kemm fid-diskussjonijiet
li kelli fl-ewwel ta' Mejju meta attendejt l-Irlanda għaċ-ċelebrazzjonijiet
tat-tkabbir ta’ l-Unjoni Ewropea kif ukoll anki fil-laqgħat li kelli
nkluż il-laqgħa ta' llum stess mal-Kanċillier Awstrijak Schuessel,
dan l-element ta' dimensjoni Mediterranja ta' pajjiżna u allura
tal-kontribut li pajjiżna jista’ jagħti lill-istess Unjoni Ewropea
biex id-dimensjoni Mediterranja u dan ir-reġjun li aħna ngħixu fiħ
nkunu nistgħu nikkontribwixxu. Dan ir-rwol qed jiġi rikonoxxut u huwa
rikonoxxut b'mod qawwi ħafna, u allura sta għalina issa li nkomplu aħna
nużaw il-kapaċitajiet tagħna biex il-kontribut tagħna lejn l-Unjoni
Ewropea jkun kontribut mibni anki fuq dan il-punt.
Jiena
ma rridx intawwal imma bħala introduzzjoni xtaqt nenfasizza dawk
il-punti aktar minn affarijiet oħrajn però issa
ser nħalli f'idejkom għall-mistoqsijiet li inthom tixtiequ tagħmlu.
Fr Noel Grima
– The Malta
Independent
Prim
Ministru għandek xi ħaġa xi tgħid fuq Abu Ghraib?
Prim Ministru
F'dan
l-istadju m'għandi xejn xi ngħid u aħjar ma nikkumentax f'dan
il-mument.
Charlton
Gouder – One News
Prim
Ministru għandna sitwazzjoni fejn għandna 8,500 jirreġistraw għax-xogħol,
fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena kellna disgħa sensji kuljum, VAT
fuq 400 prodott illi għolliet il-prodotti, propju f'dan il-forum,
f'dan il-post xahar ilu għedt illi din kienet sena eċċezzjonali,
tibqa issostni dan? Semmejt illi l-VAT raħħset il-prodotti però ukoll
huwa fatt illi mill-ewwel ta' Mejjju għolew 400 prodott fejn kien hemm
15 il-prodott illi raħsu. Fil-ħarsa naraw illi f'kull siegħa illi għaddiet
id-dejn żdied b'LM500, taħseb li din hija sitwazzjoni sostenibbli,
huwa ppjanat illi d-dejn jibda jonqos?
Prim Ministru
Jiena
kont iddeskrivejt is-sena li għaddiet bħala sena eċċezzjonali u naħseb
u nista’ nerġa’ nirrepeti dak l-aġġettiv għax is-sena 2003
kienet tassew sena eċċeżjonali. Kienet is-sena li fiha l-poplu Malti
ħa d-deċizjoni storika dwar is-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, bir-Referendum
u bir-riżultat fl-Elezzjoni Ġenerali wara snin twal ta' kontroversja
politika f'pajjiżna u dibattitu qawwi f'pajjiżna illi ngħalaq bid-deċiżjoni
demokratika tal-poplu tagħna. Hu eċċezzjonali fis-sens li allura
warrbet min-nofs għall-inqas parti sostanzjali minnha kwistjoni li
rridu nammettu xorbitilna ħafna mill-attenzjoni tagħna u mill-enerġiji
tagħna fis-snin li għaddew u immedjatament wara r-riżultat wieħed
jinnota, jiena ngħid b'sodisfazzjon, illi l-Partit Laburista rrikonoxxa
illi dak kien il-verdett tal-poplu u qal din hija r-realtà u rridu naħdmu
f'din ir-realtà anki biex nisfruttaw l-aħjar opportunitajiet għal-pajjiżna.
Allura kienet eċċezzjonali f'dan is-sens.
Eċċezzjonali
wkoll għaliex immedjatament wara dak in-nhar, beda l-proċess ta' tranżizzjoni
li konna nafu li issa kien se jwassal għas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, u allura
kienet f'dak is-sens ukoll sena importanti li fissret illi għalaqna l-perjodu
kollu tan-negozjati ma’ l-Unjoni Ewropea u bdejna t-triq li finalment
konna nafu li twassal għal dak li seħħ sebat ijiem ilu. U allura eċċezzjonali
wkoll f'dak l-aspett. Naturalemet nibqa ngħid ukoll illi kienet sena eċċezzjonali
wkoll għal ħidma tal-Gvern għax għamilna proċess ta'
ristrutturazzjoni qawwi ħafna fl-istruttura pubblika, u wara xħur sħaħ
wasalna għal mument f'Novembru u Diċembru tas-sena li għaddiet meta
poġġejna mal-General Workers Union u nnegozjajna Ftehim Kollettiv importanti ħafna
illi jekk jitħaddem tajjeb ikun ifisser illi t-Tarzna f' pajjiżna għall-ewwel
darba f'erbgħin sena tkun tista’ taqbad it-triq għal-vjabilità tagħha
unaħseb anki dak nista’
niddeskrivih bħala riżultat eċċezzjonali illi ħafna nies kienu
qalulna u ħasbu illi kien impossibli li f'xi mument naslu għalih.
Wasalna għal dak il-Ftehim, jiddependi sintendi minnha lkoll li
nimplimentaw ukoll dak il-ftehim.
Kienet
sena wkoll illi rat il-bidu ta' proċess għar-riforma fil-qasam
tal-pensjonijiet u tal-welfare f'pajjiżna. Kien twassal fi stadju fejn il-Gvern kien xtaq
f'Novembru li għadda illi jkun jista’ jippreżenta l-proposti
konkreti għall-budget ta' din
is-sena, jiġifieri f'Diċembru ridna nippreżentaw il-proposti tagħna
u r-riformi tagħna fil-welfare
aħna. Però wara diskussjonijiet ma’ l-imsieħba soċjali ta' dak iż-żmien
li kien immexxi mill-Ministru tal-Finanzi John Dalli. Għax saret talba
mill-imsieħeb soċjali, iddeċidejna illi nwieġbu pożittivament għat-talba
ta’ l-imsieħba soċjali u għedna flok nippreżentaw il-proposti tagħna
f'Diċembru kif ried il-Gvern, nipposponu l-preżentazzjoni tagħna biex
ikun hemm aktar diskussjoni u naraw jekk ikunx hemm
feedback pożittiv mill-imsieħba soċjali u ġiet stabbilita
id-data ta' Ġunju ta' din is-sena bħala cut off date li fiha nkunu nistgħu nġibu kollox fil-pubbliku biex
ikollna l-proposti konkreti hemmhekk, u allura anki dik kienet xi ħaġa
importantissima u jiena niddeskriviha bħala eċċezzjonali.
Inti
semmejt il-kwistjoni tal-qagħad u ridt nirrikonoxxi vera illi magħtul
ix-xhur illi għaddew partikolarment magħtul it-tieni nofs tas-sena
2003 kien hemm żidietfir-rata
tal-qagħad f'pajjiżna jiġifieri fir-rata ta' dawk li qegħdin jirreġistraw.
Però jiena dejjem sostnejt illi fil-waqt illi n-numru kien numru illi
kien qiegħed jippreokkupana u aħna tajna l-attenzjoni u nibqa nsostni
li nibqu nagħtu attenzjoni anki jekk in-numru jonqos u jonqos
sostanzjalment nibqu nagħtu l-attenzjoni. Jien ninsisti li jekk hemm xi
ħadd ifittex ix-xogħol u mhux qed isibu anki jekk ikun wieħed biss
dak diġà huwa problema. Però enfasizzajt fl-imgħoddi u nerġa
nenfasizza illum illi l-proċess ta' ristrutturar illi qegħdin inniedu
bil-fors ser ifisser żieda fin-nies illi qegħdin jirreġistraw għax-xogħol
għax aħna ma nistgħux nagħmlu l-bużulotti, il-magics.
Meta
inti tgħaddi minn proċess li tfisser illi fit-tarzna 24 xhar ilu kien
hemm 3,600 u illum hemm 1,600 staqsi lilek innifsek fejn marru dawk in-nies.
Uħud minnhom ħarġu bil-pensjoni kmieni, uħud minnhom però daħlu
fid-dinja tax-xogħol, uħud minnhom sabu postijiet tax-xogħol, uħud
minnhom marru jirreġistraw, uħud minnhom inżammu fil-IDSL kumpannija
apposta biex jimlew postijiet vakanti tal-Gvern. Kieku ma għamilniex
hekk kieku dawk il-postijiet vakanti konna noħorġu l-call
for applications u konna nimpjegaw nies minn dawk li kienu qed jirreġistraw.
Aħna ħriġna għas-sena li għaddiet call for applications, sejħa, biex jiġu mpjegati skrivani mal-Gvern.
Il-mira kienet li jiġu mpjegati mal-500 skrivan mal-Gvern. Inthom tafu
illi aħna waqqafna dak il-proċess u effettivament ħafna mill-postijiet
li kienu available għal-skrivani
mal-Gvern ġew mimlija b'numru minn dawn in-nies illi fil-fatt ġew
redeployed mit-Tarzna għal-dawn
il-postijiet tax-xogħol illi qegħdin jokkupaw.
Jiġifieri
kieku noqogħdu b'idejna fuq żaqqna u nippretendu u ngħidu, u iva,
nibqgħu ngħidu illi għandna problema fis-settur pubbliku, nibqu ngħidu
illi għandna problema fit-Tarzna, nibqgħu ngħidu illi għandna
problema fil-PBS, nibqgħu ngħidu illi għandna problema fil-Gozo
Channel, nibqgħu ngħidu illi għandna problema fl-Enemalta u ma
nagħmlu xejn, żgur li l-qagħad taraħ nieżel. Għax naturalment
il-postijiet vakanti jimtlew minn dawk li qegħdin jirreġistraw
u n-nies żejda li aħna għandna fil-Gvern jibqgħu nies żejda li aħna
għandna fil-Gvern u nilludu ruħna illi għandna xi soluzzjonijiet
daqshekk illi jgħinuna.
Iddeċidejna
illi ma jistgħax ikun, wasal iż-żmien illi nindirizzawhom dawk id-diffikultajiet,
u dawn il-problemi għall-pajjiżna. Anki jekk konna nafu illi
naturalment dan ifisser ċertu impatt fuq l-istatistika f'pajjiżna għal
dak li għandu x'jaqsam ma’ l-impjieg. Tfisser ukoll imma li rridu nagħmlu
ħilitna biex l-ekonomija tagħna nimbuttawha 'l quddiem, ninkoraġġuha
biex timxi 'l quddiem biex tkun ekonomija li mhux biss toħloq
il-postijiet tax-xogħol li normalment toħloq f'sena imma jekk jista’
jkun tkun ekonomija illi toħloq anzi iżjed postijiet tax-xogħolbiex tista’ tassorbi issa dan ir-ristrutturar qawwi li huwa għaddej.
U naħseb dan hu t-targetewlieni illi rridu nkomplu naħdmu fuqu. Jiġifieri l-kapaċità
tagħna li nistimulaw l-ekonomija tagħna biex timxi 'l quddiem, u
hawnhekk irrid ngħid illi l-fatt illi fl-ewwel ta' Mejju seħħew dawk
il-bidliet li jiena semmejt, jiena nemmen ħafna li dak fiħ innifsu
huwa injection qawwi għal-ekonomija tagħna biex tkun tista’ tespandi
u tkun tistgħa allura toħloq il-postijiet tax-xogħol il-ġodda.
Irrid
ngħid illi s-sħubija ta' Malta naturalment qed iġġib magħha
interess ta' investiment barrani, ma rridx nidħol fid-dettal f'dan
il-mument għaliex irrid inkun mija fil mija ċert illi meta jasal
il-mument nkunu qegħdin inħabbru affarijiet konkreti u mhux affarijiet
li jkunu biss fuq il-karta però l-interess qiegħed hemm u f'ċertu
setturi b'mod partikolari, Malta qed toffri opportunità illi qegħda tiġbed
lejha investituri barranin biex huma jiftħu l-operazzjonijiet tagħhom.
Dwar dan nittama illi nkun nista’ nidħol aktar fid-dettal però mhux
illum imma fil-ġimgħat illi ġejjin.
David
Kelleher – The Malta
Business Weekly
Prim
Ministru, fil-briefing li kellna x-xahar li għadda kont għedt illi fuq ir-reviżjoni
tal-istipendji ta’ l-istudenti kienu qed isiru diskussjonijiet, xtaqt
insaqsik bħalissa l-Università fejn jidħlu kwistjonijiet ta' fondi
kellna problema, l-aħħar darba kienu qatawlhom l-ilma għax ma kienux
ħallsu l-kont ta' l-ilma. Din il-problema ta' flus hija across
the board fl-Università, issa minħabba li dħalna fl-Ewropa
studenti minn pajjiżi li kienu fl-UE jistgħu jiġu hawn Malta u
jistudjaw mingħajr ma jħallsu għal-korsijiet, speċjalment hemm
interess kbir fil-mediċina, kors li jiswa Lm10,000 fis-sena. Hemm ħsieb
li l-istudenti Maltin jistgħu jkollhom iħallsu għall-edukazzjoni tagħhom
terzjarja? U x'qed jagħmel il-Gvern biex jgħin lill-Università biex
jiżdied l-ammont allokat ta' flus? Biex tkun tista’ timxi ’l
quddiem?
Prim Ministru
It-tweġiba
tiegħi għal-ewwel mistoqsija tiegħek jekk hemm il-ħsieb minnnaħa
tal-Gvernli l-istudenti
Maltin jibdew iħallsu, nista’ ngħidlek li mhemmx dan il-ħsieb f'dan
l-istadju u f'dan il-mument. Ir-raġuni hija li jiena u l-Gvern tiegħi
nemmen illi f'pajjiżna għad irridu naħdmu ħafna iżjed biex inżidu
n-numru ta' studenti Maltin illi jkomplu l-istudji tagħhom terzjarju
wara li jispiċċaw mill-iskola sekondarja. U jidhirli illi għalkemm
irreġistrajna progress qawwi għal dawn l-aħħar snin għan-numru ta'
studenti li jkomplu l-istudji
tagħhom post-sekondarji, però għad fadlilna x'naqdfu biex nilħqu l-livelli
Ewropej bħala żagħżagħ li jkomplu jistudjaw.
Qed
ninnota b'sodisfazzjon illi l-MCAST miexja 'l quddiem u offriet stream
differenti ta' żvilupp ta' karriera li ma kellniex sa erba' snin ilu.
Qed nonfqu l-miljuni ta' liri kull sena biex l-MCAST inkunu nistgħu
immexxuha l-quddiem, però jiena nemmen ħafna illi dak huwa nvestiment
fil-futur ta' pajjiżna u ma rridx illi hemmhekk b'xi mod jew ieħor
noqogħdu lura milli nagħmlu l-investimenti li hemm bżonn biex iż-żagħżagħ
tagħna nkomplu ninkoraġġuhom u jkomplu jistudjaw.
Dwar
l-istipendji nerġa nikkonferma dak li għedt id-darba l-oħra, hemm
kumitat illi twaqqaf mil-Ministru tal-Kommunikazzjoni preċiżament biex
issir id-diskussjoni ta' reviżjoni ta' l-istipendji kif stabbilit oriġinarjament
meta kien intlaħaq il-qbil dwar l-istipendji li kellna u l-metodu ta'
kif jitħallsu l-istipendji, dak il-proċess hu għaddej. Għaddej
bil-konsultazzjoni mal-għaqdiet li jirrapreżentaw l-istudenti wkoll u
jiena ngħid nistennew dak il-proċess u naraw fejn nistgħu ntejbu.
Jiena nibqa nsostni illi l-informazzjoni li jien għandi illi s-sistema
tal-istipendji effettivament kif ġiet riveduta taħdem tajjeb però għad
hemm spazju ħafna fejn wieħed jistgħa jtejjeb, biex inkunu ċerti li
l-flus li qegħdin inħallsu qed imorru verament fejn nixtiequhom imorru.
Jiġifieri biex ngħinu l-istudenti jkomplu l-istudji tagħhom u
ntaffulhom parti mill-ispejjeż ta’ l-istudji tagħhom. Jekk inkunu
nafu li s-sistema kif inhi għandha spazju fiha, li fiha l-flus li qed
inħallsu mit-taxxi tagħna mhumiex qed iservu għal dan l-iskop imma
qed iservu għal skopijiet oħrajn, naħseb li anki l-istudenti stess
jaqblu li aħna f'dak il-każ nirranġaw dik is-sistema.
Jiena
rrid ngħid illi xorta waħda però għal dak li semmejna l-operazzjoni
tal-Gvern sħiħa, it-target għandu
jkun illi aħna żgur noperaw magħtul is-sena 2004 fl-envelope
ta’ l-ispiża illi hija stabbilita fil-budgets
tagħna across the board. Issajien mhux qed ngħid edukazzjoni, qed ngħid across
the board. Bħalissa għaddej eżerċizzju biex naraw fejn nistgħu
ntejbu f'dak li għandu x'jaqsam ma' kontroll ta’ l-ispiza tal-Gvern,
u qed naraw dan naturalment fil-Ministeru u d-Dipartimenti kollha u
jista’ jkun illi magħtul il-ġimgħat li ġejjin inkunu qed nieħdu
deċiżjonijiet dwar fejn nistgħu nwaqqfu ċertu tip ta' spejjeż jew
innaqqsu ċertu tip ta' spejjeż, għaliex it-target
tagħna għandu jkun illi dak li stabbilejna bħala t-target tad-deficit
għas-sena 2004, inlaħquh sa l-aħħar ta' din is-sena.
Dwar
dan nerġa’ nirrepeti xi ħaġa li tqajmet id-darba l-oħra u tajjeb
illi ngħiduha issa wkoll. Ma rridux ninsew illi l-analiżi tal-perċentwali
tad-deficit,ir-riżultat tas-sena 2003 tinkludi fiha għall-ewwel darba skond
ir-regoli ta’ l-Unjoni Ewropea, l-flus u d-djun kollha tat-Tarżna
illi issa bir-regoli l-ġodda bil-fors il-Gvern irid jinkludihom
fil-kontijiet tiegħu, però kontra dak il-flus għad irid jonqos,innaqsu minnu l-valur ta’ l-assi, ta’ l-assets
immobbli, ta’ l-assi kollha illi bil-ftehim li kien intlaħaq f'Diċembru
li għadda, dawk għad iridu jiġu f'idejn il-Gvern. U allura meta din
l-operazzjoni tkun konkluża jkun ifisser illi d-deficit
għas-sena 2003 effettivament baqa fil-livell li aħna konna qegħdin
nipproġettaw illi kien u allura jfisser ukoll li għas-sena 2004 għandu
jirnexxielna wkoll nilħqu t-targets tagħna għal dak li għandu x'jaqsam mad-deficit ta' pajjiżna. Naturalment irridu nkomplu nsegwu l-iżviluppi.
Qegħdin f'Mejju jiġifieri nistgħu naraw il-performance fl-ewwel quarter, fl-ewwel
quarter ta' din is-sena jidher
illi l-performance f'dak li għandu
x'jaqsam ma’ revenue u anki
ma’ expenditure, huwa bejn
wieħed u ieħor viċin dak li konna qegħdin nikkalkolaw li għandu
jkun.
Kurt Sansone
- Maltatoday
Prim
Ministru, tliet mistoqsijiet: hemm l-enfasi ta’
ristrutturar fuq l-AirMalta, il-PBS, etc.Dawn huma kumpanniji li ilhom magħna s-snin però inti semmejt review
jekk fhimtek sew li qed taraw fejn tistgħu tnaqqsu l-ispejjeż qed
tħarsu wkoll lejn awtoritajiet li huma relattivament ġodda bħal Malta Communications Authority, l-MTA, fejn saru imperi żgħar għalihom.
It-tieni
mistoqsija rigward il-patt soċjali u l-pensjonijiet, it-target
ta’ Ġunju għadu fis-seħħ li jrid ikun hemm ftehim sa Ġunju milħuq
mal-partijiet soċjali?
U
t-tielet mistoqsija dwar il-Kumitati tal-Kabinett li kienu twaqqfu –
dawn bdew jiffunzjonaw, iltaqgħu, x’ġara minnhom?
Prim
Ministru
L-ewwel
mistoqsija dwar l-awtoritajiet, jiddependi x’awtoritajiet. Ma tistax
tpoġġi l-awtoritajiet kollha li twaqqfu fl-istess
keffa għax hemm awtoritajiet u awtoritajiet.Hemm awtoritajiet li marbutin huma stess skond il-liġi
li bihom waqqafnihom, dwar ir-revenue
tagħhom, id-dħul tagħhom, u kif għandu jintuża dak id-dħul.Per eżempju hemm awtorita’ partikolari li skond il-liġi stess
jekk id-dħul tagħha jissupera l-ispejjeż tagħha, dak il-bilanċ
favur għandha tikkonvertiħ lura u tagħtih lura lil minn qed tipprovdi is-servizz. Jiġifieri
id-dħul, l-excess, ma jidħolx
fil-kaxxa tal-Gvern, imma jmur lura, jiġifieri hemm ċerti awtoritajiet
illi effettivament il-liġi stess tikkontrolla x’għandu jsir u x’m’
għandux isir dwar l-ispejjeż. U allura għal ċerti awtoritajiet
effettivament huma kważi indipendenti mill-kontroll li jista’ jeżerċita’
l-Gvern.Having
said that, l-approach tiegħi
huwa li għandna nikkontrollaw u nimmoniterjaw, iva, l-ispejjeż kollha
ta’ l-awtoritajiet kollha.Naraw
li huma jimxu skond business plan
li kienu issottomettew qabel il-bidu tas-sena finanzjarja, jiġifieri
kull sena issir din.Kull
awtorita hija obbligata li tissottometti l-business
plan, anke mifrux fuq tliet snin u irridu naraw li joperaw fi-ħdan
dak il-business plan, imma
mhux dak biss.
Jiena
beħsiebni, illi fil-ġimgħat li ġejjin hawnhekk insaħħaħ ġo l-Uffiċċju
tal-Prim Ministru, jitwaqqaf unit li jkun speċifikament inkarigat bl-eżerċizzju ta’ monitoring
ta’ dak li jkun qed jiġri fil-korporazzjonijiet kollha u anke
awtoritajiet tal-Gvern biex naraw li l-ispejjeż tagħhom qegħdin
fil-fatt jiġu ikkontrollati, il-flus qed jintużaw tajjeb u li mhux qed
ikollna xi recruitment illi
mhux aċċettabli, jew xi recruitment
b’kundizzjonijiet tax-xogħol illi mhux komparabbli mal-bqija
tas-settur pubbliku, li naraw li dawn l-affarijiet ikunu qegħdin jiġu monitored u monitored tajjeb.
Għaliex
huwa fatt, iva, li l-ispiża tal-Gvern tinkludi wkoll l-ispiża li dawn
il-korporazzjonijiet u l-awtoritajiet ikunu qegħdin jagħmlu.F’dan il-kuntest naturalment wieħed jifhem mill-ewwel kemm
kien importanti li aħna nibqgħu għaddejjin bil-proċess ta’
ristrutturar fil-kumpanniji parastatali tal-Gvern, PBS,
semmejnihom, l-AirMalta wkoll għalkemm l-AirMalta
il-bżonn li aħna nindirizzaw lill-AirMalta
kien urġentissimu għaliex l-AirMalta
hija kumpannija essenzjali għal pajjiżna, hija kumpannija li fuqha
jiddependu ħafna affarijiet, partikolarment it-turiżmu f’pajjiżna u
rridu li tkun kumpannija li tagħti l-aħjar servizz possibbli però li
tkun kumpannija li tkun tista’ timxi il-quddiem mingħajr ma tispiċċa
tkun kumpannija oħra li tiddependi mis-sussidju tal-Gvern.Nemmnu ħafna li dak jista’ jsir, nemmnu ħafna li l-AirMalta
għandha l-potenzjal u għandha ħaddiema tajbin dedikati għal dik
il-kumpannija però bħal kull kumpannjia oħra, bħal Gvern kollu kemm
hu irridu nifhmu li l-prattiċi tax-xogħol li kienu tajbin għaxar snin,
għoxrin sena ilu illum m’għadhomx tajbin.Iridu jinbidlu, kulħadd irid jifhem illi l-Gvern determinat li
fejn hemm bżonn li nbiddlu l-prattiċi tax-xogħol, dawk il-prattiċi
tax-xogħol jinbidlu u jiġu aġġornati għaż-żminijiet tal-llum.
Staqsejtni
wkoll dwar il-patt soċjali u għat-target
tiegħi li naslu għal Ġunju.Ridt
ngħid mhux it-target tiegħi, ħa niftiehmu sewwa.Din kienet it-talba ta’ l-imsieħba soċjali u l-Gvern qabel li
nistennew sa Ġunju.Irrid
ngħid li ġimgħatejn ilu saret laqgħa oħra fil-Kunsill Malti għall-iżvillup
Ekonimiku u Soċjali li fiha l-imsieħba soċjali kienu mistennija li
jirreaġixxu għal rapport illi kien sar mill-esperti mill-Bank Dinji u
saret dik il-laqgħa.Ma
nistax ngħid li il-laqgħa kienet xi waħda li fiha għamilna xi
progressi kbar, però irriżulta illi xi wħud mill-imsieħba soċjali
talbu xi spjegazzjonijiet jew xi studji oħrajn fuq alternattivi għal
dak li kien qed jiġi indikat fir-rapport tal-World Bank u allura qbilna li nerġgħu niltaqgħu wara, jidhirli ġimgħatejn
jew tliet ġimgħat, biex nagħtu ċans lill-imsieħba soċjali kollha
jagħmlu t-talbiet tagħhom, xi xtaqu bħala studji oħrajn fuq dawk li
kienu saru, jilħqu jsiru dawk l-istudji u mbagħad nirritornaw lura u
naraw fejn naslu.Jiena għadni
nittama li kulħadd iżomm saqajh ma’ l-art fis-sens li jkun
realistiku illi aħna ma nistgħux nibqu b’sistema illi jekk inħalluha
kif inhi se toħloq problemi soċjali u ekonomiċi u finanzjarji
f’pajjiżna, però anki se toħloq diżgwid soċjali u allura għadni
ottimist li l-imsieħba kollha soċjali flimkien mal-Gvern nifhmu li din
hija realta’ u allura hemm commitment
illi verament indendlu l-ġonġol.
Issa
jekk aħna kollha kemm aħna flimkien nifhmu li wasal iż-żmien li
ndendluh il-ġonġol allura jsir hekk.Jekk dak ma jkunx possibli l-Gvern irid jerfa’ r-responsabbilita’
tiegħu għax għandna responsabbilita’ lejn il-ġenerazzjoni tal-lum
u ta’ għada li nagħtuhom sistema ta’ pensjonijiet u sistema ta’ welfare
illi jkun jixraq lil pajjiżna u dik ir-responsabbilita’ l-Gvern
lest li jerfagħha anke jekk hemm bżonn mingħajr ma jkun hemm il-qbil.It-tama tagħna huwa li però naħdmu biex naslu għal pożizzjoni
illi preferebbilment tkun maqbula bejn kulħadd jew għallinqas kważi
maqbula bejn kulħadd.L-idea
hija wkoll li noħolqu dibattitu pubbliku ħalli niftiehmu jiġifieri,
din hija fażi li jien nittama li twassal għal parametri li jkunu ċari,
kulħadd ikun jaf x’inhi is-sistema l-ġdida u mbagħad aħna nifirxu
fil-pubbliku dak id-dibattitu biex ikollna anke reazzjoni minnnaħa tal-pubbliku Malti għall-proposti
li jkunu qed isiru u mbagħad minn hemm nimxu għall-proċess leġislattiv.Jiġifieri il-ħsieb huwa li mhux imorru dritt għal-leġislazzjoni
imma anke jkollna dibattitu pubbliku fuq il-proposti li jkunu qed isiru
jista’ jkun f’forma ta’ White Paper.It-terminu
li qed nara huwa li sa Ġunju nixtieq
nkunu f’din il-pożizzjoni.Jiġifieri
jien nibqa’ ngħid, nagħti perjodu żmien sa Ġunju biex nippruvaw
ikollna pożizzjoni ċara minnnaħa ta’ kulħadd u mbagħad
skond x’jirriżulta f’Ġunju, wieħed jimxi.Jekk ikollna, ejja ngħidu, qbil inġenerali dwar il-parametri
nistgħu nimxu mill-ewwel għal pass li jmiss, jiġifieri, White
Paper għal diskussjoni. Jekk ma jkollniex irridu nidentifikaw forsi
fejn huma dawk l-areas fejn
inkunu weħilna u naraw jew insibux soluzzjoni għalihom jew inkella kif
għedt diġa’ il-Gvern jieħu l-inizjattiva’ u jmexxi hu.
Il-Kumitati
tal-Kabinett bdew jiltaqgħu.Il-Kumitat
li huwa responsabbli mill-Oqsma Soċjali huwa presedut mill-Ministru ta’
l-Edukazzjoni, beda jiltaqa’ u effetivament bħala Cabinet
Committee beda jikkunsidra żewġ affarijiet importanti. Waħda hija
n-National Action Plan dwar l-impjiegi, li huwa pjan nazzjonali li Malta trid tikkonkludi bħal ma
jridu jikkonkludu wkoll id-disa’ pajjiżi ġodda ta’ l-Unjoni
Ewropea u bħalma għandhom diġa’ il-ħmistax il-membru ta’ l-Unjoni
Ewropea. Dan huwa importantissimu dan il-pjan.It-tfassil tiegħu qed isir bil-konsultazzjoni u l-parteċipazzjoni
ta’ l-imsieħba soċjali u ta’ l-NGOs.Huwa pjan illi jrid jasal għal miżuri konkreti.
Jiġifieri
għal dak li għandu x’jaqsam mal-qasam ta’ l-impjiegi f’pajjiżna
jien qed nistenna rakkommandazzjonijiet konkreti u anke hawn forsi ta’
min mingħajr ma nagħti wisq dettalji però nagħti ħjiel, jiġifieri
l-ħsieb għandu jkun li jkun hemm miżuri, dak li jgħidulhom active
employment measures.Jiġifieri
miżuri li jkunu ndirizzati lejn dawk li qedgħin jirreġistraw għax-xogħol
biex naraw illi dawn tassew ikunu qegħdin jitħarrġu fil-perjodu taż-żmien
li jkunu qegħdin jirreġistraw għax-xogħol, illi nkunu qegħdin
nippreparawhom ukoll għall-postijiet tax-xogħol illi nafu li huma available
jew jistgħu jkunu available.
Illi nkunu ċerti illi
dak li qed jirriżultalna anke statistikament illi fis-setturi
tal-kostruzzjoni u fis-setturi tas-servizzi relatati ma’ catering
f’pajjiżna, il-Maltin li qed jirreġistraw qegħdin jirrifjutaw
li jieħdu dawk il-postijiet tax-xogħol u qed jirriżulta li huma
postijiet tax-xogħol illi f’ċertu każjiiet qed jimtlew minn nies li
jkunu barranin bil-work permits,
mhux illegali jiġifieri, bil-work
permits.U aħna dan
irridu nindirizzawh għax jiena nemmen li m’għandniex il-lussu
f’pajjiżna li issa min qed jirreġistra għax-xogħol jippreferi jgħix
bir-relief jew bil-benefiċċju
tal-qagħad minflok imur jaħdem f’post tax-xogħol li huwa available
għalih imma għaliex dak jitħallas bil-minimum
wage jew għaliex ma jogħgbux dak it-tip ta’ xogħol allura
jirrifjutah.Dak m’huwiex
aċċettabli, ma jistax ikun aċċettabli u rridu allura jkollna miżuri
li jgħidulhom active employment measures biex naraw effettivament x’qed jiġri u
ma jiġrix u anki min qed jirreġistra għax-xogħol inkunu ċerti li,
jekk vera qed jirreġistra għax-xogħol u allura meta jitfaċċa
opportunita’ tax-xogħol dik l-opportunita’ tax-xogħol jieħodha.
Dak
huwa il-Kumitat l-ieħor responsabbli mill-Proġetti Nazzjonali għandu
wkoll, beda il-proċess tal-qgħad u għandu skeda ta’ laqgħat
stabbiliti, jidhirli darba kull ħmistax, m’għandiex l-iskeda
quddiemi, imma ser ikunu qed jiltaqgħu preċiżament biex jiddiskutu il-progress
li jkun qed isir fuq Proġetti Nazzjonali kbar u jsegwu, u jimmoniterjaw
wkoll l-affarijiet li jkunu qegħdin jiġru biex imbagħad mill-Cabinet Committees, il-memoranda
li jiġu quddiem il-Cabinet jiġu
b’mod li jkunu diġa’ ġew esplorati, eżaminati, analizzati mill-Ministeri
differenti illi jkunu involuti.L-eżempju
hawnhekk jista’ jkun per eżemplu, il-kuntratt li għadna kif tajna
issa ftit ġranet ilu lil tliet konsorzja, lil tliet kumpanniji Taljani
għal xogħlijiet fit-toroq u li ser ikunu iffinanzjati mill-flus illi aħna
ġibna mill-Protokoll Taljan, anke hemmhekk allura għandek proċess ta’
koordinazzjoni qawwi u l-Kumitat ikun qed isegwi dak li jkun qiegħed jiġri,
imma mhux dawk biss, hemm diversi proġetti
oħrajn illi again anke hawnhekk ma nixtieqx nidħol fid-dettal imma li huwa
parti mill-aġenda ta’ dan il-Kumitat.
Il-Kumitat
dwar il-Kompetittivita’ għadu ma’ ltaqax però
huwa skedat illi jiltaqa’. Jiġifieri l-mekkaniżmu beda għaddej, għad
jonqosna. Bħalissa qegħdin fl-istadju fejn hawnhekk fl-Uffiċċju tal-Prim
Ministru, insaħħu l-uffiċċju li jagħti l-appoġġ lil dawn
il-Kumitati ġħaliex jiena ridt illi mhux biss li nwaqqfu il-Kumitati
tal-Kabinett, imma jkun hawn struttura ċentrali li tagħti appoġġ
amministrattiv lill-Kumitati tal-Kabinett biex inkunu ċerti li kollox
ikun qiegħed jiġi organiżżat, ko-ordinat u jkun hemm follow-up
fuq dak li jiġi deċiż minn laqgħa għall-oħra u b’mod ċentrali
anke jiena bħala Prim Ministru nkun naf x’qed jiġri, x’qed jiġi
diskuss, x’qed jiġi deċiż f’dawn il-Cabinet
Committes kollha.
Ruth Amaira -
PBS
Din
il-ġimgħa, jidhirli fil-bidu tal-ġimgħa, nerġa’ lura għall-finanzi
hawnhekk jiġifieri, skond kif tħabbar anke mill-Kummissjoni Ewropea
jidhirli illi Malta flimkien ma pajjiż ieħor mill-imsieħba ġodda
fost l-għaxra, qegħda b’xi mod jew ieħor jew ser tingħata dik li
ssejħet tbeżbiża minħabba li l-GDP
tagħha qiegħed ogħla, id-diskrepanza qegħda ogħla aktar milli
suppost. X’inhi r-reazzjoni tiegħek?
Mistoqsija
oħra.Rajna r-risposta ta’
mistoqsija parlamentari dwar is-safar permezz ta’ jet privat.Qed tikkonferma illi il-Gvern qed ikompli b’din il-policy
li jiffranka l-ispejjeż u li juża’ il-linja nazzjonali ta’ l-ajru
minflok?
Prim Ministru
Dwar
l-ewwel mistoqsija, iva jiena segwejt illi jista’ jkun li Malta jista’ jiġbdilha l-attenzjoni
għall-fatt illi ir-rata tad-deficit
ta’ pajjiżna huwa għoli u allura għandhom jittieħdu miżuri
biex dik ir-rata ta’ deficit titnaqqas
għal-livelli li jkun sostenibbli. Però kif għidt
diġa’ ir-rata tad-deficit li
qed tiġi indikata bħala 9 fil-mija tal-prodott Gross Domestiku hija
rata li ma tieħux in konsiderazzjoni l-operazzjoni li semmejt, jiġifieri
r-riforma li għamilna fit-tarzna. U allura ġara li bejn l-2003 u
l-2004, fl-istatistika li ġiet ippubblikata, assorbejna id-dejn kollu
tat-tarzna mingħajr però ma assorbejna l-assi illi aħna ħadna u
sfortunatament f’dak il-proċess ta’ tranżizzjoni,
u rrid infakkar li dan kollu seħħ f’Diċembru jiġifieri it-timing irriżulta li ma kienx hemm żmien biżejjed biex anke l-proċedura
legali li hemm bżonn li issir biex l-assi kollha bil-valutazzjoni
kollha tagħhom jidħlu fil-kotba tal-Gvern Malti, dak ma laħaqx sar
sal-21 ta’ Diċembru ta’ l-2003 u allura iċ-ċifra tad-deficit
li hemm indikata hi ċifra li tinkludi dan id-dejn però ma
tinkludix l-assi.Dak il-proċess
din is-sena jiġi magħluq u jiġi irranġat u allura effettivament ir-rata
tad-deficit tonqos għar-rata li konna indikajna fid-diskors tal-budget
u nibqgħu bil-mira li din is-sena dik ir-rata nkomplu inniżżluha
għal-6 fil-mija tal-Prodott Gross Domestiku.
Dwar
din tal-private jet.Din vera
saret mistoqsija parlamentari u għamlet referenza għall-fatt illi
jiena użajt private jet biex
kont attendejt għal summit li
kien sar.Ħa nfakkar
daqxejn.Ħadt il-ġurament
ta’ Prim Ministru jidhirli fit-23 ta’ Marzu, dakinhar stess bil-lejl
waqqaft il-Kabinett, l-għada kelli bilfors nikkonsulta mal-Kap ta’ l-Oppożizzjoni
biex naslu għall-ħatra tal-President u l-pitgħada jiena kelli bilfors
inkun Brussels.Naħseb illi kont inwaqqa’ lil pajjiżi għaċ-ċajt li kieku għażilt
illi nitlef is-summit u kieku
għażilt li nuża’ il-flights li
kien hemm available fuq
il-linji ta’ l-ajru kien ikun hemm il-periklu li jiena nasal tard wisq
għall-iktar parti importanti ta’ dak is-summit.Kelli l-għażla naturalment li ma noqgħodx nikkonsulta mal-Kap
ta’ l-Oppożizzjoni, ma noqogħdux nitkellmu xejn dwar l-għażla tal-President,
naqbad u nitlaq imma dak kien ifisser illi nkun qed nagħmel xi ħaġa
li jiena ma rridx nagħmel.Allura
l-uniku option li kelli biex
inkun nista’ nlaħħaq kollox f’dawk il-ġranet li kienu ġranet ta’
mportanza enormi - inbidel il-Kabinett sħiħ tal-Gvern, inbidel il-Prim
Ministru, beda l-proċess għall-konsultazzjoni tal-ħatra tal-President,
is-summit -ġew dawn l-affarijiet
kollha.Naturalment naħseb
il-Maltin u l-Għawdxin jifhmu illi f’ċerti ċirkostanzi jkollok tieħu
ċerti deċiżjonijiet.Din
l-istess sitwazzjoni ma żviluppatx issa fiċ-ċelebrazzjonijiet ta’
l-1 ta’ Mejju għaliex inzerta li fl-istess ġurnata ta’ l-ewwel ta’
Mejju kien hemm flight diretta minnMalta għal Dublin li fissret li
jiena ma stajtx nattendi il-pontifikal. Veru iddispjaċini ħafna li ma
stajtx nattendi pontifikal f’ġurnata daqsekk importanti fl-istorja ta’
pajjiżna, però la darba kien hemm arranġament alternattiv illi kien
joħroġ lil pajjiżi ta’ nies u li fl-istess ħin tkun soluzzjoni
alternattiva b’inqas spejjeż, allura għażilt dik it-triq.
Naturalment
is-sitwazzjoni se tkompli tinbidel għaliex minħabba s-sħubija Malta
issa għandha d-dritt ukoll għar-rifużjoni ta’ spejjeż fuq vjaġġi
li jagħmel il-Prim Ministru għal-laqgħat ta’ summits
u allura mill-ewwel ta’ Mejju ‘l quddiem jekk il-Gvern Malti
jkollu arranġament li jkun negozjat bil-miktub dwar użu ta’ private
plane ta’ servizzi għal vjaġġar għas-summits
li għalihom jattendi il-Kap tal-Gvern, allura f’dak il-każ fondi
għal ta’ l-apposta, Malta tibbenifika minnhom.Fil-kuntest ta’ dan wieħed qiegħed jiddiskuti bħalissa ħa
naraw daqxejn jekk nistgħux insibu l-aħjar metodu għal pajjizna li
jkun metodu li jagħti d-dinjita’ lil pajjiżna u jiena ninsisti illi
pajjiżna għandu jkollu d-dinjita’ ta’ pajjiż membru fl-Unjoni
Ewropea, però fl-istess ħin li tkun għażla intelliġenti li ttina l-ġiħ
imma li ma ddaħħalniex fi spejjeż illi jkunu esaġerati.
Pamela Hansen
– The SundayTimes
Inti
kkonċernat fuq l-azzjoni industrijali tal-MTA u taħseb li ser tiskala
l-affari?
Prim Ministru
Jiena
kkonċernat ħafna, fil-fatt bħalissa hemm żewġ azzjonijiet
industrijali għaddejjin. Waħda minnhom għandha x'taqsam mad-dejn
kollettiv tas-Sedqa u hemmhekk
diġà qegħdin fis-settur soċjali b'mod partikolari nippreokupa ruħhi
u jien nistenna standards ħafna
aktar għoljin ta' responsabbiltà soċjali però mingħajr ma ntellef
xejn mid-drittijiet tal-ħaddiema li naturalment huma drittijiet mogħtija
bil-liġi u ma rrid intellfilhom xejn minn dak li hu bid-dritt tagħhom.U hemm imbagħad l-azzjoni industrijali ta’ l-Awtorità tat-Turiżmu
illi hija preokupazzjoni għal żewġ raġunijiet f'moħħi.
L-ewwelnett
għaliex tajjeb qiegħda tgħid it-turiżmu għalina huwa waħda mill-akbar
setturi f'dan il-pajjiż. Jiena nibqa’ nagħtih importanza kbira u
miegħu nallaċċja prijoritajiet oħra li kont indikajt. Jiena meta għedt
fil-bidu tiegħi bħala Prim Ministru li waħda mill-prijoritajiet hija
l-ambjent u allura x'ħa nagħmlu bl-iskart f'pajjiżna, kif se
nittrattawh, kont spjegajt għaliex l-ewwel ħaġa għalina bħala poplu
Malti jien irrid li t-tfal tiegħi u l-familji Maltin jgħixu f'ambjent
li huwa nadif. Però wkoll għaliex l-ambjent nadif f'pajjiżna huwa
element importanti għall-qasam tat-turiżmu għax turist li jiġi
f'pajjiżna u jara l-ħmieġ u jara l-mod kif nittrattaw iż-żibel
f'pajjiżna u jieħu impressjoni ħazina, dak it-turist huwa l-għar
forma ta' reklam li nistgħu jkollna għal pajjiżna. U allura t-turiżmu
huwa importanti, huwa kruċjali u allura azzjoni industrijali li fl-awtorità
li effettivament qiegħda hemmhekk apposta biex hi tiffunzjona b'mod li
tirreklama lill-pajjiżna, tara t-turiżmu kif għaddej u tkun
effettiva, tkun anki l-ħin kollu on
the go. Li f'daqqa waħda jkollha azzjoni industrijali, jiena anki
jekk xi ħadd ma jwiġibx telephone,
għidli x'tiswa għal-pajjiżna li jkollok lill-xi ħadd illi jkun
interessat per eżempju li jkollu xi ħaġa partikolari li tolqot xi
numru ta' turisti ġejjin lejn Malta u jkun irid jikkomunika ma’
l-Awtorità tat-Turiżmu u f'daqqa waħda ma jirrnexxielux u dan kollu għaliex
għaddejja azzjoni industrijali.
Naħseb
illi s-sens ta' responsabbiltà għandu jkun kbir fuq kulħadd u kulħadd
għandu jistaqsi effettivament l-issue x'inhi?Hawnhekk
inthom il-Media għandkom
il-mezzi tagħkom kif issiru tafu l-informazzjoni u ma jidhirlix li għandi
nagħti l-informazzjoni jien imma naħseb ta' min jistaqsi imma din l-issue
x'inhi, għaliex hemm din l-azzjoni industrijali fl-Awtorità tat-Turiżmu?
Ma rridx nidħol fil-mertu tal-issue
l-kwistjoni terġa barra minn dan, jien infakkar illi f'pajjiżna għandna
l-istrutturi li qegħdin hemm apposta biex meta jkun hemm disgwid bejn employer
u bejn Union,għandek it-tribunal industrijali li wieħed jista’ bil-libertà
kollha jirreferi l-każ lit-Tribunal Industrijali u tgħid issa nbaxxi
rasi għad-deċiżjoni li t-tribunal indipendenti, li għandu la mill-Gvern
u lanqas mill-Union, jasal għad-deċiżjoni
tiegħu. Naħseb illi f'pajjiżna għandna nimxu f'din it-triq u mhux
it-triq ta’ l-azzjonijiet industrijali li jistgħu jkollhom effett jew
impatt negattiv.
Nerġa
nirrepeti, nirrikonoxxi li huma d-drittijiet tal-ħaddiema u jien ma
rridx inċaħħad id-dritt lejn ħadd, mhux qed ngħid illi l-Union
jew il-ħaddiema qed jiksru xi liġi, m'humiex qed jiksru xi liġi,
m’hinix qed nippretendi lanqas li niddettalhom x'għandhom jagħmlu,
hija għażla tagħhom. Però anki jien għandi ħafna għazliet u l-għażliet
li nagħmel jien nagħmilhom b'sens ta' responsabbiltà. Appell li nagħmel
huwa li kulħadd, l-għazliet li jagħmel fil-libertà kollha jkunu għażliet
illi jeħodhom b'sens ta' responsabbiltà lejn il-pajjiż. U għalhekk
l-appell dejjem sar, isma ejjew f'pajjiżna illum iżjed minn qatt qabel, u hekk qed isir
fil-maġġoranza tal-każijiet, inpoġġu l-ewwel l-interess nazzjonali
qabel ma naraw l-interess settorjali u nagħmlu din il-qabża
fil-kultura u fil-mentalità tagħna. U allura fuq l-MTA nerġa ngħid
fuq il-kwistjoni partikolari ma naħsibx li għandi nidħol. Jiena ngħid
biss nappella għas-sens ta' responsabbiltà fil-pajjiż.
Herman Grech
– The Times
Prim
Ministru semmejt l-interess ghall-investiment f’Malta, din jiġifieri,
naf li ma tistax tkun speċifiku fuq id-dettalji, imma din xi ħaġa, żvilippi
ta’ l-aħħar ġimgħat, jew forsi xi affarijiet li qed tistennew? U
forsi tista’ tgħidilna f’liema settur hemm interess?
U
t-tieni domanda hemm għajdud li ma ndumux ma naraw Ministru tal-Finanzi
l-ġdid, x'kummenti għandek?
Prim Ministru
Għamilt
daqshekk differenza f'perjodu qasir? Kif għedt diġà ma nixtieqx nidħol
f'aktar dettal, kif għedt diġà hemm interess f'pajjiżna. Hemm
interess f'pajjiżna għar-raġunijiet, hemm raġunijiet speċifiċi.
Pajjiżna issa huwa parti mis-suq intern ta’ l-Unjoni Ewropea. Pajjiżna
għandu workforce tajba, għandu
ħaddiema tajbin, flessibli u huma ħaddiema li fil-biċċa l-kbira tagħhom,
jekk mhux kollha kemm huma, jifhmu bl-Inġliż u jitkellmu bl-Inġliż.
Allura dak ifisser li għal ċertu setturi fejn ikun hemm bżonn li ġġib
tekniċi li jridu jgħallmu lill-ħaddiema l-ġodda u jridu jgħallmuhom
però bil-lingwa Ingliża.Malta din m'għandiex l-ebda
problema. Pajjiżi oħrajn għandhom problema f'dan is-sens.
Pajjiżna
wkoll għandu l-Investment Promotion Act u għandu l-Malta Enterprise li qegħdin jiffunzjonaw u
allura qegħdin jagħtu ċertu informazzjoni u ċertu servizzi ta' appoġġ
lill-min hu interessat u rrid ngħid li l-Malta
Enterprise qegħda taħdem u qed ikollha
ndikazzjonijiet ta' effett pozittiv tax-xogħol tagħha. Imma nixtieq għal-mument
nerġa ngħid nieqaf hawn. Jiena li nista’ ngħid hu li ottimist għal-futur
però jiena għedt diġà li ġġudikawni mhux b'dak li ngħid imma
b'dak li nagħmel u nixtieq li dak ikun il-messaġġ ta' dan il-Gvern.
Ukoll iġġudikawna mhux b'dak li ngħidu imma b'dak li nagħmlu u meta
jkollna xi ħaġa konkreta jkun wasal il-mument li nħabbru dak li għandna
nħabbru. Naħseb dwar il-Ministru tal-Finanzi l-ġdid ġa weġibtek.
Julia
Farrugia – One News
Xtaqt
jekk tippermettili nagħmillek tliet mistoqsijiet u r-raba’ waħda
tal-kollega Charlot Gouder li s'issa ma weġibtx. Charlot saqsiek illi
mill-ewwel ta' Mejju ddaħlet il-VAT fuq dawk il-prodotti li qabel ma
kellhomx dik it-taxxa u ovvjament il-prodotti għolew u talbek biex
tindikalu 15-il prodott illi biex jiġu l-affarijiet ibbilanċjati raħsu.
Prim Ministru
Ħa
ngħidlek, jiena Prim Ministru, jiena Ministru tal-Finanzi jekk xi darba
ifettilli niftaħ ħanut bil-prodotti jien nibda ngħidlek il-prodotti
jien. M’hinix se nagħti 15-il-prodott jiena, li nista’ ngħid huwa
l-Kap ta' l-Opozizzjoni stess irrikonoxxa, għal-inqas kif irrapurtat
fil-gazzetti jiġifieri allura jekk ikkwotaw ħażin nistenna li jikkoreġuħ,
però hu stess irrikonoxxa illi numru sostanzjali, ma qalx hekk, numru
sostanzjali, imma li l-prodotti raħsu fil-prezzijiet tagħhom b'effett
tat-tneħħija tal-levies, ir-rizultat
tat-tneħħija tal-levies, u
jien l-informazzjoni li għandi jiena hija li t-traħħis huwa
sostanzjali, jiġifieri mhux traħħas ammont żgħir imma t-traħħis
huwa sostanżjali f'ċertu prodotti partikolarment għaġin u żjut u
dawn l-affarijiet kollha. Però lista twila ta' prodotti, però l-informazzjoni
li għandi li issa wieħed irid jaġġornah, naraw daqsxejn l-istatistika
li tagħtina l-provi ta' dan kollu imma l-informazzjoni li għandi huwa
li l-konsumaturi dan jafu biħ u l-outlets
il-kbar qegħdin jirreġistraw bejgħ qawwi propju għaliex
il-prezzijiet tal-prodotti raħsu u raħsu b'mod sostanzjali.
Però
jien insegwi daqsxejn u naraw l-affarijiet kif qegħdin jiżviluppaw u
naturalment jiena nibqa’ ngħid aħna daħħalna issa għal poplu
Malti l-faċilità ta' għażla akbar u ta' għażla bbażata mhux biss
fuq prezz imma anki fuq kwalità, u naħseb għal min hu fil-politika,
waħda mill-affarijiet ta' sodisfazzjon huwa meta hu jkun jista’ jħares
lura u jgħid li l-poplu Malti aħna tajnih l-għażla ta' prodotti li
jista’ jagħżel hu b'range
ta' prezzijiet u b'range ta'
kwalità li jixraq lill-pajjiżna u naħseb illi din hija xi ħaġa
pozittiva għal-pajjiżna.
Julia
Farrugia – One News
Wara
li tħabbar il-budget kien hemm numru kbir ta prodotti illi għolew u l-miżuri li
ddaħħlu. Fosthom għola l-gass u għolew in-nollijiet tal-Gozo Channel, id-diesel,
petrol, telephones. Ma taħsibx illi din hija politika nġusta illi
l-Gvern Nazzjonalista magħtul is-snin li għaddew u li biha żdiedu t-taxxi
bejn l-budget u int lest li
tagħti garanzija illi l-Gvern li qed tmexxi int bħalissa ser ikollu l-impenn
li ma jimxiex f'din il-politika?
Prim Ministru
Le
ma nagħtix garanziji, l-unika garanzija li ngħid illi ser nimxu
bis-serjetà u jekk il-Gozo
Channel allura hija fi problema finanzjarja allura se nindirizzah. U
anki jekk nafu li hemm prezz politiku xi tħallas, lest li nħallsuħ
dak il-preżż jiġifieri aħna determinati illi fejn għandna nirranġaw
nirranġaw, anki jekk nafu li hemm prezz politiku. Jien nagħmel l-appell
illi anki l-Partit Laburista jagħmel hekk, illi jfittex l-interess
tal-pajjiż u jekk hemm prezz politiku x'jitħallas ejjew it-tnejn li aħna
kemm il-Gvern u kemm l-Opozizzjoni ejjew inkunu lesti li nħallsu l-prezz
politiku basta li tassew nagħmlu dak li huwa ta' l-aħjar ġid għal
pajjiżna. Nerġa nirrepeti allura jekk l-Air Malta għandha bżonn ta' proċess
ta' ristrutturazzjoni, ejjew inħallsu l-prezz politiku, ejjew nispjegaw,
lill-ħaddiema li huwa għal-ġid tagħħom, però irridu neħduha d-deċiżjoni.
Il-Gozo
Channel kellna bżonn nagħmlu proċess ta' ristrutturazzjoni u
hawnhekk anki għal ċerti opinion
makers u artikolisti fil-gazzetti tagħna. Mhux korrett meta ngħidu
illi aħna fir-ristrutturazzjoni tal-Gozo
Channel illimitajniha għar-reviżjoni tat-tariffi.
Ir-ristrutturazzjoni tal-Gozo Channel tinkludi parti sostanzjali ta' ristrutturazzjoni
interna ta’ l-operazzjonijiet kollha inkluż id-deċiżjonijiet li għandhom
x'jaqsmu mal-livell ta' manning
tal-Gozo Channel inkluż ukoll
l-iskeda kif taħdem, il-vapuri kif jaħdmu, il-prattiċi tax-xogħol
kif jaħdmu u dan kollu. Jiena meta ħabbarna ż-żieda fin-nollijiet
ippruvajt nagħmel xi ħaġa imma ma rnexxilix. Kont qiegħed fuq
il-vapur t'Għawdex u ridt immur nixtri kikkra kafè jien stess u ma ħallewnix.
Imma ridt immur nixtri kikkra kafè ħa nara kemm tiswa kikkra kafè għax
jiena qaluli li kikkra kafè fuq il-vapur t'Għawdex hija għola miż-żieda
li tajna fin-nollijiet li għamilna għat-tariffi tal-Gozo Channel u naħseb li hija ftit esaġerazzjoni l-argument illi aħna
żidna t-tariffi fil-Gozo Channel u
f'daqqa waħda tellifna mill-purchasing
power tal-ħaddiema tal-Gvern.
Irċevejt
ittra mngħand is-Segretarju tal-General
Workers Union u kellimtu fuqha dik l-ittra peròfiha ndikali illi riżultat ta' dawn iż-żidied issa tellifna il-purchasing power tal-ħaddiema. Naħseb ukoll li huwa ftit esaġerat.
Pajjiżna iva għandna bżonn illi nimxu u l-aħħar darba illi saret
reviżjoni tat-tariffi tal-Gozo
Channel kien disa' snin ilu. Issa jekk se nħallu kollox disa' snin
ilu nitkellmu fuq disa' snin ilu u nitkellmu kemm kienu l-pagi disa'
snin ilu wkoll. Għaliex nassigurak, jekk tara kemm żdiedu l-pagi matul dawn
id-disa' snin u kienu żdiedu grazzi għal-ħidma tal-Gvern, grazzi għal
mod kif l-ekonomijażviluppat,
kif żviluppajna bħala pajjiż, huma żidied sostanzjali fil-pagi tagħna.
U allura meta npoġġu kollox fuq miżien, nirikonoxxu li żdiedu ċertu
liċenżji u nirikonoxxu illi żdiedet it-tariffa tal-Gozo
Channel, żdied il-gass ukoll, però biex inkunu ġusti mar-realtà
ejjew nirrikonoxxu ukoll kemm żidna l-pagi, kemm żdiedu l-pensjonijiet,
kemm kienet iż-żieda tal-għoli tal-ħajja li tajna magħtul dawn is-snin.
U tibda tirrealizza meta tpoġġi l-figuri li żidiet li effettivament
tajna fuq il-medda ta' snin huma żidied li huma sostanzjali.
Julia
Farrugia –One News
Liema
rapporti l-Gvern għadda lill-Bank Ċentrali u dwar il-pensjonijiet jekk
sat-12 ta' Ġunju li ġej il-Gvern se jippubblika r-rapport illi żvela One
News, ir-rapport tal-Bank Dinji u anki diskussjoni, qabel it-12 ta'
Ġunju.
Prim Ministru
It-12
ta' Ġunju huwa d-data meta se jkollna l-elezzjoni jiġifieri l-vera
mistoqsija tiegħek hi inti għandek il-kuraġġ tħabbar deċiżjoni ta'
importanza nazzjonali anki jekk tista’ taffettwa l-elezzjoni.
Ir-risposta tiegħi hija iva għandi l-kuraġġ. Jiġifieri għandi l-kuraġġ
inħabbar deċiżjoni illi għandha x'taqsam mal-Gozo Channel, mal-Air Malta qabel l-elezzjoni tat-12 ta'
Ġunju anki jekk naf li ser taffettwa r-riżultat. Ir-risposta tiegħi
hija iva għandi l-kuraġġ.
Però
inti staqsejtni wkoll x'rapporti għaddejna tal-Bank Dinji, x'rapporti aħna
għaddejna lill-Bank Dinji, aħna tajnihom l-informazzjoni kollha li
kellhom bżonn sabiex huma jkunu jistgħu jaħdmu l-mudell skond formola
li użawha fi 80 pajjiż ieħor fid-dinja għax dawn taw il-pariri tagħhom
lill-80 pajjiż ieħor fid-dinja kollha dwar kif jistgħu jirriformaw
is-sistema tal-pensjonijiet tagħhom. Però biex għandhom mudell ta'
kif jaħdem kellhom bżonn ta' ċertu informazzjoni li aħna għaddejnilhom
din l-informazzjoni, din l-istatistika kollha li kellhom bżonn sabiex
huma jkunu jistgħu jagħmlu l-analiżi. Finalment għednilhom ukoll,
tajnihom paramentri lill-Bank Dinji u għednilhom aħna irridu sistema
li effettivament tkun sostenibbli tul medda ta' snin li tigarantixxi
wkoll illi ma nispiċċawx b'sistema illi jekk nibqgħu kif aħna llum,
il-massimu tal-pensjoni li tista’ titħallas tispiċċa illi min joħroġ
bil-pensjoni minn hawn u 10 snin oħra jieħu tant daqqa kbira fuq id-dħul
tiegħu bejn paga li kellu u l-pensjoni, li jispiċċa fi problema
finanzjarja kbira. Dan diġà qiegħed jiġri, jiġifieri illum suppost
il-pensjoni hija żewġ terzi tal-paga. Però inthom tafu li l-liġi
tal-pensjonijiet tagħna tgħid imma għandek massimu, allura hemm min
mhux vera qed jieħu żewġ terzi tal-paga, għax kellu paga ta'
Lm10,000-Lm11,000 però allura l-pensjoni tiegħu ma setgħatx taqbez
il-massimu stabbilit mill-liġi. Dak ifisser illi minn għalaq il-61 sena u kellu
paga ta' Lm8,000 - Lm9,000 lira għax għalaq il-61 illum, minngħada minflok dak id-dħul se jkollu jibda jgħix b'Lm4,400 -
Lm4,300.
Aktar
ma jgħaddi ż-żmien din il-problema aktar ser tikber u għalhekk trid
tkun sistema li mhux biss tkun sostenibbli finanzjarjament imma li tagħti
pensjoni at the end of the line
li biha l-bniedem ikun jista’ jgħix ħajja li tkun ħajja deċenti. U
lill-Bank għaddejnilhom din l-informazzjoni kollha biex ikunu jistgħu
jagħmlu dan ir-rapport, nerġa ngħid, dan issa s-sustanza tagħha qed
jiġi diskuss fil-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali u
nittama li d-diskussjoni tibqa’ miexja l-quddiem f'dak il-livell.
Julia
Farrugia –One News
Tkellimna
dwar sena eċċezzjonali.Li
kieku kellek tagħżel għax-xogħol kif kienet eċċezzjonali u jekk
hux forsi fuq livell personali setgħet tkun allura biss eċċezzjonali?
Prim Ministru
Eċċezzjonali
għax-xogħol. Ngħid illi kienet sena li fiha l-ekonomija tagħna
kellha tassorbi mhux biss il-Maltin u l-Għawdxin li daħlu fid-dinja
tax-xogħol Maltija allura ġodda, dawk li ddeċieda min ma jkomplix l-istudju,
dawk li jispiċċaw l-istudji tagħhom, allura l-ekonomija kellha
tassorbi lil dawk u kellha tassorbi wkoll fi ħdanha dawk kollha illi
b'xi mod jew ieħor b'mod direttament jew indirettament intlaqtu minn
proċess ta' ristrutturazzjoni. Kienet sena wkoll illi kella tassorbi fi
ħdana numru ta' nies li tilfu l-post tax-xogħol tagħhom għaliex fid-dinja
ġraw ċerti affarijiet u għadhom qed jiġru ċertu affarijiet li
jaffettwaw setturi partikolari tal-manifattura mhux biss f'pajjiżna
imma anki fil-bqija ta’ l-Ewropa u anki fid-dinja.
Illum
huwa stabillit li ċ-Ċina qegħda tikber bħala l-post mondjali fejn
qed jiġbed lejh is-setturi ta' manifattura partikolari minħabba li
hemmhekk joffru pagi kompettittivi ħafna mal-bqija tad-dinja kollha u
qed jiġri li f'ħafna pajjiżi li hemm setturi ta' manifatturi li qed
joħorġu mill-Ewropa, mill-Amerika u qed imorru lejn iċ-Ċina. U
allura jiena ngħid illi n-numru tan-nies qegħda kien numru
preokkupanti però xorta ngħid illi l-ekonomija tagħna meta
tikkunsidra kollox irrnexxielha d-daqqa tassorbiha u għallinqas mexjin
il-quddiem b'mod pożittiv.
Jiena
nista’ ngħid illum illi t-trend illi ndikajt erba' ġimgħat ilu, jiġifieri tat-tnaqqis ta'
nies li jirreġistraw għax-xogħol, kompla magħtul il-ġimgħat illi għaddew,
l-aħħar ċifra li tawni propju issa ftit qabel ma dħalt hawnhekk
tindika illi n-numru ta' nies li qegħdin jirreġistraw għax-xogħol
baqa nieżel matul dawn il-ġimgħat u allura issa niżel f'livell ta'
bejn 7,700 ruħ. Nirrepeti dan ma jfissirx illi daqshekk għandna
nikkuntentaw, lanqas ifisser illi rridu nserrħu rasna, ifisser biss
illi qed jirriżulta mill-istatistika illi n-numru ta' nies li qed jirreġistraw
qiegħed jonqos. L-istatistika qed tindikali wkoll illi n-numru ta' vacancies
li qed jiġu reklamati u notifikati lill-ETC qiegħed jiżdied kull
xahar. Li anki dak huwa sinjal pozittiv għaliex ifisser illi l-ekonomija
tagħna qegħda toħloq il-postijiet tax-xogħol u dawn huma kollha
indikazzjonijiet illi jġagħluna nħarsu 'l quddiem b'ottimiżmu.
Fr. Noel
Grima - The Malta
Independent
Jumejn
ilu fl-airport ġie nstallat equipment
illingħata lilna mill-Amerika u għal dawk li jkunu deħlin minn pajjiżi mhux mill-Unjoni
Ewropea.Intqal illi Malta kienet l-ewwel pajjiż fl-Unjoni
Ewropea li aċċettat dan.L-ewwel
mistoqsija tiegħi hija jekk dan l-apparat hux dak li fuqu kien hemm
tant kontroversji fl-Ewropa.(2)
Jekk kienx hemm xi forma ta’ konsultazzjoni ma’ l-Ewropa.(3) Jekk kienetx strateġikament tajjeb li Malta tkun l-ewwel pajjiż fl-Ewropa
u li taċċetta dan l-apparat.(4)
Jekk dan ikomplix jikkomplika l-problemi li diġa hemm bejn il-Libjani
li jidħlu Malta u allura Maltin li jmorru l-Libja.
Prim Ministru
Naħseb
li erba’ mistoqsijiet però bażikament nista nweġibhom fi tweġiba waħda.Le ma naħsibx illi huwa apparat illi b’xi mod jew b’ieħor
li hu l-apparat li ħoloq kontroversja, fis-sens huwa apparat effettiv
illi jgħin lil pajjiżna jaqdi funzjoni importanti ħafna propju għaliex
Malta qegħda bħal
ftit pajjiżi oħrajn fil-marġini, fil-border
issa ta’ l-Unjoni Ewropea il-ġdida.U kulħadd jirrikonoxxi, l-Ewropa kollha tirrikonoxxi li aħna għandna
rwol li huwa importanti ħafna.
Aħna
border state u terġa’ mhux
biss border state imma border
state f’punt strateġiku f’dak li jifforma parti mill-Unjoni
Ewropea.U allura għallinqas
mill-informazzjoni li għandi jiena r-reazzjoni hija pjuttost posittiva
li għandna l-kapaċita’ tagħna illi nikkontrollaw b’mod effettiv
min qed joħroġ, min qed jidħol u anke niffaċilitaw ċerti aspetti
fil-proċess naħseb dak huwa posittiv.M’għandix informazzjoni illi b’xi mod jew b’ieħor
tikkomplika r-relazzjoni tagħna mal-Libja. Naf u qrajt fil-gazzetti
kien hemm xi kummenti jidhirli dwar diffikultajiet ta’ ħruġ ta’ visas.Jien dak li qrajt.Però
hija xi ħaġa li qegħdin naraw, aħna irridu nissimplifikaw il-proċess,
irridu niffaċilitaw il-fatt illi nies li jistgħu u huma nteressati li
jagħmlu n-negozju ġewwa pajjiżna jew inkella minn pajjiżna għal xi
pajjiż fil-kosta Afrikana pjuttost anzi niffaċilitawhom, ngħinuhom
biex dak il-proċess ta’ moviment kemm jista’ jkun liberu jkun jista’
jimxi `l quddiem.Imma
fil-kuntest ovvjament tar-responsabbilita’ li għandna li nirrepeti
mhumiex responsabbilitajiet żgħar.Jiġifieri jien nahseb li dan kien pass pożittiv
u mill-informazzjoni illi għandi huwa rikonoxxut bħala pass pożittiv.
Paul Cachia -
di-ve news
Id-deċiżjoni
li hemm mistennija fil-ġranet li ġejjin hija min ser jieħu post
il-Professur Josef Bonniċi fil-parlament.Id-domanda tiegħi: hux se jkun kandidat tal-Partit Nazzjonalista
jew inkella hux ser ikun teknokratiku biex forsi anki jgħin fl-amministrazzjoni
tal-Gvern.
Prim Ministru
Din
hija deċizjoni li jeħodha l-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista.Jiġifieri hija diskussjoni li għad trid iseħħ fi ħdan
il-Partit.Ma rrid nippreġudika
bl-ebda mod dik id-diskussjoni.Interessanti
li f’temp ta’ xahrejn ser inkunu esperimentajna b’kollox, jiġifieri
m’hemm xejn taħt il-kappa tax-xemx li mhux ser inkunu għamilna.Ser inkunu biddilna Ministru, ser inkunu biddilna Prim Ministru,
ser inkunu biddilna Kabinett, ser inkunu biddilna President, ser inkunu
għamilna casual elections.Kien jonqos biss fil-kappa ta’ l-alternattivi kollha li
jmissu wkoll l-co-option, xi
ħaġa li ilha s-snin twal ma ssir.Peròser inkunu qed nagħmluha wkoll.Jekk il-Bambin irid nagħmlu l-aħjar għażla wkoll meta jasal
il-mument u l-mument ser jasal.
Għadni
kemm ġejt infurmat ftit ħin ilu illi naturalment il-konferma ta’
Josef Bonniċi u allura il-mument fejn hu jieħu l-ġurament ser issir
f’dawn il-ġranet, fil-kariga ġdida tiegħu u dak ifisser li hu
jkollu jirriżenja mis-siġġu tiegħu tal-Parlament u peress li Josef
Bonniċi kien elett b’casual
election allura hemm hekk irridu mmorru għal co-option
u rridu nieħdu ħsiebha.Intant
huwa vakanti is-siġġu ta’ Joe Borg u hemm ir-writ
għal casual election maħruġa.Donnu li l-perjodu ta’ żmien jiskadi nhar il-ġimgħa tal-ġimgħa
d-dieħla bħal-llum tmint ijiem jiġifieri nistennew sal-ġimgħa d-dieħla
u l-ġimgħa ta’ wara biex inkunu nafu imbagħad min hu l-persuna li
ser jiġi elett flok Joe Borg.Dan
ifisser illi l-grupp parlamentari tal-Gvern bħalissa minn
35 jekk taqta’ barra lill-iSpeaker illi ma jivvutax u taqta’ barra
issa lil Joe Borg li issa rriżenja. Jekk jirriżenja Josef Bonniċi
wkoll dak
ifisser illi minn 35 aħna inżilna issa għal 32 u allura hu mportanti
wkoll għall-proċess parlamentari illi dawn iż-żewġ postijiet
vakanti jimtlew malajr kemm jista’ jkun.
Paul Cachia -
di-ve news
Fl-aħħar
meeting li kellna inti kont
esprimejt illi inti pożittiv anke dwar il-fatt illi tara teknokratiċi fil-Parlament
forsi dan ikun l-ewwel test li
tista’ tgħid biex wieħed, li bħalissa ma tistax jkun hemm persuna
tiġi eletta jkun teknokratiku.Jiġifieri
f’dan is-sens il-liġi ittik anke tippermetti?
Prim Ministru
Però
niftakar il-mistoqsija li kont għamilt, ma nafx jekk kontx għamiltili
inti d-darba l-oħra l-mistoqsija, xi ħadd ieħor kien għamilili u
kont weġibt li jiena miftuħ għall-option li jkollna t-teknokratiċi però
fil-kuntest tat-teknokratiċi li jiffunzjonaw fil-Gvern jiġifieri jiena
ma kontx qed nirreferi għal teknokratiċi li awtomatikament jingħataw
siġġu fil-parlament.Anzi
sistemi li jeżistu f’pajjiżi oħrajn mhux hekk jaħdmu.Mhux tagħti siġġu parlamentari b’mod awtomatiku lit-teknokratiku.Le.Imma li
fil-formazzjoni ta’ Gvern tagħżel bniedem li jkun teknokratiku li
jirrispondi lill-Parlament u anzi m’għandux ikun membru parlamentari
u jkun accountable lejn
il-Parlament u allura fil-kuntest tal-co-option
irridu nagħmlu naħseb l-argument m’huwiex l-istess wieħed.
Nicholas
Baldacchino – RTK/Il-Gens
Il-fatt
li issa ta’ ġewwa ħa tibqa’ tqis l-affarijiet ewropej bħala jew
ma l-affarijiet barranin u s-sejħa li għamel il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni,
ma nafx jekk hux il-Kap jew Evarist Bartolo illi jkun hemm Kumitat
tal-Kamra għall-Affarijiet Ewropej tikkunsidra?
Il-Prim
Ministru
L-ewwel
mistoqsija - hawnhekk irridu nagħmlu din il-bidla li għadna ma
assorbejnihiex biżżejjed.L-affarijiet
ewropej illum saru affarijiet interni tagħna.Jiġifieri aħna m’għandniex nibqgħu niddiskutu l-affarijiet
ta’ l-Unjoni Ewropea bħala affarijiet barranin imma huma affarijiet
li jolqtuna direttament u li aħna nistgħu nagħmlu differenza fihom u
li ser inkunu niddeċiedu flimkien mal-bqija tal-kapijiet tal-Gvernijiet
ta’ l-Ewropa.U ser inkunu
hemm mal-mejda nieħdu d-deċiżjonijiet.Jiena, diġa’ llum mal-Kanċillier Schuessel iddiskutejt
affarijiet fuq l-aġenda li ser ikunu għad-diskussjoni tagħna
fil-konferenza intergovernattiva li ser ssir minn hawn u ftit ġimgħat
oħra u li jien naturalment ser inkun hemmhekk u ser ikolli mhux biss
nesprimi opinjoni imma nivvota u nieħu pożizzjoni.U hemm ċerti affarijiet li mingħajr il-vot tiegħi, u l-kunsens
tiegħi lanqas jistgħu isiru.Bħal
ma hemm affarijiet li mingħajr il-kunsens ta’ ħaddieħor ma jistgħux
isiru.U allura din il-bidla
kbira illi huwa mportanti illi nassorbuha fis-sentimenti tagħna.
Ma
fhimtx il-mistoqsija dwar jew ma fhimtx il-punt li setgħa għamel
il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni jew Evarist Bartolo, ma nafx min dwar
il-Kumitat dwar l-Affarijiet Ewropej.Dan il-punt naħseb kien ġie ttrattat meta 6 xhur jew 8 xhur ilu
bejn wieħed u ieħor, ressaqna l-emendi fl-istanding
orders tal-Parlament fl-ordnijiet permanenti tal-Parlament biex
il-Kumitat dwar l-Affarijiet Barranin li kellna nikkonvertuħ
f’Kumitat dwar l-Affarijiet Ewropej u Barranin.U għaddejnihom dawk ir-regolamenti u issa għandna, għal dawn
l-aħħar 5 xhur kellna Kumitat dwar l-Affarijiet Ewropej u Barranin.
Li
niftakar hu li l-Oppożizzjoni kienu xtaqu żewġ kumitati differenti.U jien niftakar l-argument li kont għamilt fil-Parlament kont li
jiena fil-prinċipju m’għandi xejn kontra, però issa b’saqajna
ma’ l-art loġistikament, impossibbli, ma jistax ikun.M’għandniex biżżejjed deputati illi jistgħu ilaħħqu ma
kwantita’ ta’ kumitati – min qed jiltaqa’ għall-affarijiet
barranin u min qed jiltaqa’ għall-affarijiet ewropej.U allura is-suġġeriment prattiku xejn iżjed kien li npoġgu ż-żewġ
oqsma flimkien biex ikollna struttura li tkun manageable.Propju niftakar dakinhar u għadna għaddejin hekk sa’ llum.Problema kbira għaliex inti mhux dawk il-kumitati biss għandek.Għandek il-Kumitat dwar l-Abozzi tal-Liġijiet, għandek
il-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali, il-Public
Accounts Committee, il-Kumitat dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej
u għandek diversi kumitati għaddejin.Per eżempju il-bieraħt lura kien hemm laqgħa tal-Public
Accounts Committee.Minħabba
li ltaqa’ il-Public Accounts Committee ma stajniex inlaqqgħu il-Kumitat dwar l-Affarijiet
Soċjali għax kellek membri preżenti f’wieħed, preżenti fl-ieħor
u terġa’ biex tikkomplikalna ħajjitna jekk ikollok diskussjoni
fil-Parlament li tkun importanti li fiha xi membru ta’ dan il-kumitat
ikun qed jipparteċipa fid-dibattitiu fil-plenarja, allura jgħidulek
le, il-kumitat majiltaqax.Jiġifieri biex noqogħdu nagħmlu l-kumitati on paper, skużi jiena ma naqbilx u allura kont insistejt illi
jkollna dan il-kumitat.Jiena
naħseb li dan il-kumitat jista’ jiffunzjona daqs kemm aħna, kollha
kemm aħna – in-naħa tal-Gvern u n-naħa ta’ l-Oppożizzjoni, daqs
kemm aħna ngħinuh jiffunzjona.Ejja
nagħtuh ftit taż-żmien.
Jiena
dejjem ngħid dan m’hemm xejn imnaqqax fil-granit u qisu Vanġelu.Jekk naraw illi hemm fejn nistgħu ntejbu u nbiddlu, ejjew nkunu
miftuħin li niddiskutu u naraw fejn nistgħu ntejbu u nbiddlu.Jiġifieri jien m’hinix qed nieħu pożizzjoni u ngħid din hi
u ma niċċaqlaqx minnha.Però
ejjew nagħtu ċans u naraw daqxejn din l-istruttura ġdida kif
tiffunzjona.
David
Kelleher - Maltatoday
Dwar
l-IGC li ser ikun hawn ix-xahar id-dieħel.Il-pożizzjoni ta’ Malta hija l-istess bħal ma kienet
f’Diċembru fir-rigward tat-talba tal-membri fil-Parlament Ewropew,
kif ukoll l-inklużjoni fejn tissemma il-Kristjaneżmu u l-Kristjani
tal-lum.
Prim Ministru
Il-verżjoni
qasira tat-tweġiba hija iva.Il-pożizzjoni
baqgħet l-istess u ġiet spjegata anke lill-Kanċillier Schuessel illum
li aħna bqajna ninsistu illi biex Malta tagħti sehem fl-Istituzzjonijiet
Parlamentari b’mod effettiv aħna bilfors jidhrilna illi n-numru
minimu ta’ siġġijiet li għandu jkun hemm għandu jkun 6.L-istess bqajna fuq il-pożizzjoni dwar il-Kummissarju wieħed għal
kull stat membru ta’ l-Unjoni Ewropea bi dritt għal vot.
L-istess
il-pożizzjoni tagħna il-metodu ta’ votazzjoni, dak li jissejja