LAQGĦA TA’ KULL
XAHAR
TAL-PRIM MINISTRU LAWRENCEGONZI MAL-MEDIA
Berġa ta’ Kastilja
Is-Sibt 6 ta’ Novembru, 2004
Prim Ministru
Bonġu lil kulħadd.Ippermettuli
nippruvaw illum mal-ħdax u nofs nispiċċaw għax hemm impenji oħrajn
li rridu nippruvaw inlaħħqu magħhom ukoll.
Introduzzjoni qasira minnnaħa
tiegħi.L-ewwelnett għadni
kif ġejt lura, il-bieraħ fil-għaxija, mis-summit
tal-Kunsill Ewropew.Summit
illi effettivament, kieku kelli nagħsrunista’ nsemmi erba’ punti importanti li ħargu minnu.
L-ewwelnett
ir-rapport li ġie ppreżentat li għandu x’jaqsam u jolqot
direttament aspett partikulari li għalina hu ta’ interess kbir, u ċoé
il-klandestini u l-immigrazzjoni illegali.Dokument li kien ilu jitfassal prattikament dawn l-aħħar erba’,
ħames snin, u issa hemm politika kommessa minn naħa ta’ l-Unjoni
Ewropea fuq diversi setturi inkluż fuq il-kwestjoni ta’ l-immigrazzjoni
illegali li fiha l-Unjoni Ewropea qiegħda taċċetta li din l-isfida għandha
tiġi indirizzata b’mod fejn kull pajjiż jerfa’ parti
mir-responsabbilta’.Fil-fatt
tintuża l-frażi li l-pajjiżi għandhom jaqsmu bejniethom
ir-responsabbilta’ biex tiġi trattatta din il-kwestjoni u jissemma’
speċifikament ukoll il-piż finanzjarju li din il-kwestjoni toħloq fuq
il-pajjiżi li qegħdin jintlaqtu.
Li huwa
interessanti huwa li l-konklużjoni ta’ dan ir-rapport huwa li
sas-sena 2005, jiġifieri matul is-sena d-dieħla, għandu jiġi
ppreparat pjan ta’ azzjoni speċifiku minnnaħa
ta’ l-Unjoni Ewropea li fih allura jitħaddmu jew jiġu proposti miżuri
konkreti li mbagħad napplikawhom fil-pajjiżi li qed jintlaqtu minn
din il-problema, inkluż Malta.
Din id-diskussjoni
kienet dwar l-istrateġija ta’ Lisbona, ukoll suġġett li
jinteressana immens għaliex aħna għandna targets.L-Unjoni Ewropea għandha targets sa l-2010 li diġa’ qegħdin jidhru diffiċli però, li għad hemm l-impenn u l-commitment
illi dawk it-targets wieħed
jipprova jilħaqhom. Fil-każ
ta’ Malta
t-targets tagħna mhumiex, u ma jistgħux
f’dan l-istadju, ikunu ambizzjużi daqs kemm huma ambizzjużi t-targets li ġew stabbiliti għall-Unjoni Ewropea kollha kemm hi. Però għandna l-pjanijiet tagħna u l-miri tagħna f’dak li għandu x’jaqsam maż-żieda
fir-rata tal-parteċipazzjoni f’pajjiżna partikularment ir-rata
tal-parteċipazzjoni tan-nisa.Allura
matul is-sena d-dieħla se nkunu qegħdin naħdmu biex il-pjan ta’
azzjoni għall-impjiegi, li diġa’
tħabbar fil-pubbliku u li
qiegħed jipproponi ċerta miżuri, dawk il-miżuri qegħdin naħdmu fuqhom biex
ninfilsawhom fil-proċess għal formulazzjoni tal-budget
għas-sena
2005.
It-tielet
punt importanti ta’ dan is-summit kien illi ġiet sorvolata f’ċertu
sens f’dan l-istadju, id-diffikulta’ li qamet dwar il-kompożizzjoni
tal-Kummissjoni Barroso u aħna bħala kapijiet tal-gvernijiet
approvajna l-bidliet li ppropona l-President elett Barroso.Naturalment jonqos li xorta jrid isir il-proċess parlamentari.Wieħed irid jistenna biex dak il-proċess isir, jekk jista’
jkun isir malajr.
Ir-raba’
punt kienet il-laqgħa
interessanti ħafna li kellna l-bieraħ wara nofsinhar mal-Prim Ministru
Iraqqin, Alawi, li fiha hu tana spjegazzjoni u rendikont tas-sitwazzjoni
fl-Iraq u l-importanza li huma qegħdin jagħtu, naturalment mhux huma
biss, id-dinja kollha qiegħda tagħti, għall-elezzjonijiet li għandhom isiru fl-Iraq. Saret
diskussjoni miftuħa anke dwar l-għajnuna li l-Unjoni Ewropea qed
tikkommetti ruħha li tipprovdi lill-Gvern Iraqqin biex ngħinu lil dak
il-poplu jgħaddi minn dan il-mument importanti fl-istorja tiegħu u malajr
kemm jista’ jkun, naraw li dak ir-reġjun jerġa’ jistabbilizza ruħu.Anke dan huwa ta’ interess għal pajjiżna.
Żviluppi oħrajn li kellna matul dawn it-tliet ġimgħat, erba’ ġimgħat
illi għaddew mill-aħħar li kellna l-Press
Briefing, naħseb partikularment nista’ nsemmi l-kwistjoni ta’
l-iSKANSKA. Intom tafu illi
ngħata terminu ta’ żmien lill-iSKANSKA biex jiġu lura bi proposti
ħalli naraw nistgħux id-differenza ta’ bejnietna neliminawha u naslu
għal ftehim finali. Li
nista’ ngħid huwa, iktar tard dal-għodu, kmieni wara nofsinhar se
ssir il-laqgħa mar-rappreżentanti għoljin ta’ l-iSKANSKA biex naraw
jekk nistgħux dawn l-aħħar diffikultajiet nibbriġġjawhom bejnietna.
Id-distakk jiena nemmen illi
nistgħu b’sens ta’ serjeta’, nistgħu b’xi mod jew ieħor nistgħu
nibbilanċjawh, jiġifieri nistgħu, nittama nsibu s-soluzzjoni.Però dan jiddependi ħafna mil-laqgħat li se jsiru iktar
tard illum stess u allura l-iktar li nista’ ngħid huwa li jien
determinat li b’xi mod jew ieħor din il-kwistjoni tiġi riżolta u
nkunu ċari f’moħħna x’se jiġri għar-rigward ta’ dan il-proġett
illi huwa importantissimu għal pajjiżna.Però daqs kemm huwa importanti, importanti wkoll li jsir
sew u jsir b’rendikont sħiħ illi l-flus illi aħna qegħdin nonfqu
f’dan il-proġett effettivament
qegħdin jagħtuna l-valur illi aħna qegħdin nonfqu fih bħala pajjiż
illi jixirqilna bħala pajjiż.
Kwestjoni oħra illi qamet f’dawn il-ġranet kienet il-kwistjoni ta’ Brindisi.Ħa nagħmilha
ċara daqs il-kristall, il-kwestjoni ta’ Brindisi b’deċiżjoni li
ttieħdet fil-Kabinett ftit tax-xhur ilu, il-Ministru kkonċernat ingħata
d-direzzjoni bħala strateġija, illi immedjatament malli nkunu għalaqna
l-proċess ta’ privatizzazzjoni tal-Freeport,
aħna immexxu wkoll bħala strateġija biex niżvestu ruħna minn dak l-investiment,
però dak l-investiment għandu ċertu assi fih li huma ta’
valur u allura l-idea hi li npoġġu l-operazzjoni kollha f’pożizzjoni
li nkunu nistgħu niżvestu ruħna minnha bl-aħjar kundizzjonijiet
possibbli.
Dak kien irrikjeda wkoll illi jsir re-financing
ta’ ċertu loans illi
kien hemm pendenti u kienet tfisser ukoll illi kien hemm numru ta’ shares illi aħna kellna nixtruhom biex ikollna kontroll assolut fuq
l-operazzjoni kollha kemm hi.L-accounts
ta’ din l-operazzjoni huma kollha pubbliċi, il-prezzijiet li ħallasna
biex inxtraw dawk ix-shares huma
kollha pubbliċi.L-istqarrija
li għamel il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni li xtrajna dawk ix-shares
bil-prezz ta’ Lm4,000,000 irriżultat li assolutament mhijiex
korretta u hija miċħuda mill-istess dokumenti illi ġew pubblikati u
mqiegħda fuq il-mejda tal-Parlament.
Dwar indikazzjonijiet oħrajn u nagħlaq hawn, naħseb interessanti l-fatt
illi ġew ippubblikati iktar statistika mill-aħħar li ltqajna sal-lum,
inkluż ukoll l-aħħar ċifri ta’ l-NSO f’dak li għandu x’jaqsam
mal-qasam tal-gainfully occupied,
ma’ l-impjiegi, mal-labour
statistics li aħna għandna f’pajjiżna. Il-gainfully occupied jirriżulta illi sa Settembru huwa fl-ilma
tal-137,000.Dan jfisser li
hemm 4,000 ruħ iżjed milli kien hemm bħal dan iż-żmien ħames snin
ilu. Il-livell tal-qagħad
donnu stabbilizza ruħu, fil-mument qegħdin fil-livell ta’ 7,300,
7,400 ruħ. Ma jfissirx illi
b’daqshekk irridu nserrħu rasna bl-ebda mod.
Aħna
qed insegwu l-iżviluppi li qed iseħħu l-ħin kollu fil-qasam ta’ l-impjiegi
f’pajjiżna, però rridu nirrikonoxxu li s’issa, għallinqas jidher li
stabbilizza ruħu u dan huwa ikkonfermat ukoll minn statistika oħra li ġiet ippubblikata fil-ġimgħat
li għaddew, partikolarment f’dak li għandu x’jaqsam mat-turiżmu. Jidher
illi kien hemm ammont ta’ rkupru fil-qasam tat-turiżmu li ġie u li
baqa’ konsistenti tul dan l-aħħar erba’, ħames xhur.Overall din is-sena meta tieħu l-ewwel disa’ xhur u tqabbilhom
mad-disa’ xhur tas-sena li għaddiet, it-turiżmu qed juri żieda ta’
2%, l-indikazzjonijiet li għandna għal dan ix-xahar huma ukoll,
s’issa, pożittivi.Fadlilna
ħafna iżjed x’irridu nagħmlu u ara ma nagħmlux l-iżball li
nikkuntentaw irwieħna b’daqshekk, imma jidher li għallinqas ir-ritmu
issa qed jaqbad u dar f’sens pożittiv illi wieħed irid jirrikonoxxih.
Għar-rigward tad-deficit iċ-ċifri
qegħdin ikomplu jikkonfermaw illi l-ispiża tal-Gvern qiegħda tiġi
kontrollata, ir-revenues
tal-Gvern qegħdin jiżdiedu u d-deficit
kif kien bħal dan iż-żmien sena huwa prattikament kważi 19% inqas
minn dak li kien is-sena li għaddiet.It-target tagħna tibqa’ li nagħlqu sena finanzjarja bl-istimi li
oriġinarjament konna ħabbarna fid-diskors tal-budget għal din is-sena partikolari. Jiena
naħseb li jekk nibqgħu nagħfsu u noqogħdu attenti fl-ispiża tagħna
kif ukoll nagħfsu kif ukoll fuq id-dħul tagħna għandna nżommu ma’
dan id-deficit.
Qamet ukoll il-kwestjoni tal-prezz taż-żejt u nikkonferma, iva, li għaddejjin
id-diskussjonijiet, kważi waslu fl-aħħar, diskussjonijiet interni
fil-Gvern, biex nagħżlu minn xenarju jew options differenti li
aħna għandna f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-impatt mal-prezz taż-żejt
fuq pajjiżna. Fil-ġranet
li ġejjin il-Kabinett se jkun qed jieħu pożizzjoni li nittamaw imbagħad
tiġi diskussa fl-MCESD u nkunu nistgħu mbagħad inħabbru d-deċiżjonijiet
tagħna li jistgħu jkunu marbuta mal-budget.Il-budget huwa maħsub,
s’issa, illi nippreżentawh jew fit-22 ta’ Novemru jew inkella fl-24
ta’ Novembru.Jiddependi
ħafna mill-aħħar informazzjoni ta’ statistika.Intom tapprezzaw aħna nippubblikaw l-Economic
Survey u biex nippubblikaw l-Economic
Survey irrid inkun moħħi mistrieħ illi l-istatistika kollha li
tkun daħlet tkun effettiva biex meta nagħlqu s-sena nkunu ċerti li għalaqna
s-sena, bi stampa preċiża kif inkunu pproġettajnieha fix-xahar ta’
Novembru meta nkunu ppubblikajna l-budget.
Se nieqaf hawn u nagħmlu bħas-soltu,
mistoqjia jekk jista’ jkun waħda, mhux serje ta’ mistoqsijiet. Jiena
nipprova ma ntawwalx biex ninkludu lil kulħadd.
Mario Micallef – P.B.S.
Xi ġimgħat ilu kont tajt struzzjonijiet lill-MEPA biex tagħmel rapport
biex tidentifika siti li jistgħu jiġu żviluppati f’korsa tal-golf.Kont indikajt
ukoll li ż-żmien għandu jkun sa l-aħħar tax-xahar li għadda ikun
ippreżentat dan ir-rapport. Tikkonfermax
jekk dan ir-rapport wasallek fil-fatt u dettalji dwaru, jekk jogħġbok.
Prim Ministru
L-informazzjoni li għandi hija li d-Direttorat għalaq ir-rapport u għandu
r-rakkomandazzjonijiet kompluti li jridu jitressqu quddiem il-bord
tal-MEPA li se jiltaqa’ nhar il-Ħamis li ġej.Jiddependi minn dik il-laqgħa tal-Ħamis illi jitressaq ir-rapport finali u nittama li
mbagħad ikollna l-informazzjoni kollha skond dak li tlabt jiena.
Claudette
Baldacchino - One News
Il-każ Brindisi, huwa minnu li l-Gvern se joħroġ 4,000,000 mit-Teżor sa l-aħħar ta’
Diċembru biex jagħmel tajjeb għal 4,000,000 illi kienu mislufa mill-Bank
of Valletta f’din il-kwistjoni? Jekk
tistax tispjega x’wassal għal dan l-investiment f’kumpanija falluta
u fid-dawl ta’ dak li ntqal mill-Ministru Austin Gatt illi l-investiment sar biex jinxtara makkinarju
biex Brindisi Terminal jiġi f’pożizzjoni li jinbiegħ, meta nxtara
dan il-makkinarju?
Prim Ministru
Il-Ministru Gatt diġa’ għamilha ċara.Dan huwa proġett ta’ re-financing.Effettivament loan li qabel kienet teżisti ma’ banek Taljani ġiet re-financed
u issa ttieħdet minn bank lokali. Dak
li ġara. M’huwiex korrett
dak li qed jintqal mill-Kap ta’ l-Opożizzjoni, ġiet miċħuda ħames
darbiet u naħseb li wara ħames darbiet għandha tiġi mifhuma din.Nirrepetu l-istess ħaġa, dik kienet proċess ta’ re-financing. Kien hemm loan
ma’ banek Taljani li ġie re-financed
b’loan mill-Bank of Valletta. Dik hi l-pożizzjoni.
Claudette
Baldacchino - One News
Fil-każ tat-teżor jekk hux se jħallas it-teżor il-flus mislufa?
Prim Ministru
Din hija loan li ttieħdet over
mill-Bank of Valletta, hija re-financing,
effettivament malli tagħlaq is-sena l-Gvern ikollu jagħmel tajjeb għalih.Din hija loan li kienet
teżisti diġa’ u hija re-financing
tal-proċess kollu ta’ Brindisi.
Fr Noel Grima - The Malta Independent on Sunday
Tikkonferma illi ċ-Chairman tal-Bank
of Valletta ma rriżenjax minħabba l-kwestjoni tal-Brindisi jew
tal-leak li kien hemm
mill-bank u li hu rriżenja minħabba li ma qabilx mal-privitazzazzjoni
tal-bank stess?
Prim Ministru
Nikkonferma li kif fil-fatt ippubblikajna jekk miniex sejjer żball, hux
hekk, l-ittri tar-riżenja, u l-ittra tiegħi. Iċ-Chairman
irriżenja u jiena rrispondejtu fl-ittra tiegħi u rringrazzjajtu għas-sehem
kbir li ta s-Sur Zahra.Jiena
nirrikonoxxi bis-sinċerita’ kollha illi tul il-perjodu ta’ żmien
ta’ tmexxija tas-Sur Zahra, il-Bank of Valletta għamel bidla pożittiva ħafna ‘l quddiem u dan
irrikonoxxejtulu bil-miktub. Is-Sur
Zahra talab illi jirriżżenja.M’għandha
x’taqsam xejn ir-riżenja mal-kwistjoni li qamet tal-Brindisi u mhux Brindisi, għax issa f’dan il-pajjiż aħna kulħadd iħallat
xi ħaġa m’oħra, tant hu hekk illi l-ittra tar-riżenja u t-tweġiba
tiegħi lis-Sur Zahra effettivament ħarġu qabel ma ħarġet din
il-kwestjoni ta’ Brindisi.Il-pożizzjoni
dwar il-Bank of Valletta kulħadd jafha.Id-deċiżjoni
tal-Gvern illi s-sehem tiegħu fil-Bank of Valletta ineħħih hija deċiżjoni li tmur lura jekk miniex
sejjer żball, tliet snin, erba’ snin. Hija
strateġija tal-Gvern illi jneħħi dak ix-shareholding
tiegħu.Magħna hemm shareholder ieħor li huwa l-Banco
di Sicilia u rridu naħdmu b’mod intelliġenti biex nimmassimizzaw
minn din id-deċiżjoni li aħna ħadna. Dan
kien ifisser illi kien inevitabbli malli l-Gvern imexxi, iċ-Chairman
irid jispiċċa, l-istruttura kollha tal-bank trid tispiċċa, jiġifieri
din mhix kwestjoni ta’ xi ħadd li jaqbel u li ma jaqbilx.Id-deċiżjoni tal-Gvern għar-rigward ta’ l-istrateġija tiegħu
mal-Bank of Valletta ilha pubblika s-snin.
Is-Sur Zahra kiteb fl-ittra hu stess li qed jirriżenja għal raġunijiet
personali għalkemm hu stess ħass li hija deċiżjoni diffiċli għalih,
jgħidha fl-ittra tiegħu u nifhmu għaliex vera huwa l-persuna illi
lill-bank, waqt il-perjodu ta’ żmien li mexxih, ġab bidla kbira ħafna.Però jifhem ukoll is-Sur Zahra, bħalma jifhem kulħadd, li
resqin dalwaqt, kwestjoni nittamaw ta’ ftit xhur mhux iżjed, għal
proċess fejn inkunu nistgħu niżvestu lilna nfusna mix-shareholding li aħna għandna f’dan il-bank, però ħa nagħmilha
ċara, jekk inġibu l-valur li aħna nippretendu li għandna nġibu.Jiġifieri ma ħadniex id-deċiżjoni aħna illi nbiegħu x-shareholding
tagħna fil-Bank of Valletta għall-gost li nkunu bgħenieh, jekk inġibu l-kundizzjonijiet
li aħna se nippretendu li nġibu.
Saviour Balzan – Maltatoday
Ma kellix
il-mistoqsija.Nagħmillek
fuq ta’ Joe F. X. Zahra.Jiena
infurmat li ma tantx kien qed jikkoopera f’dak li għandu x’jaqsam
ma’ tagħrif lil min għandu x’jaqsam ma’ privatisation.Jiġifieri nerġa’ nagħmillek il-mistoqsija.Jiena infurmat li s-Sur Zahra, li t-term
tiegħu kellu jagħlaq f’Diċembru ma kienx qed jaqbel mal-privatisation¸
jekk dan huwa veru jew le? Din tal-kwestjoni personali smajnieha u
fil-każ tas-Sur Michael Mallia, taħt l-istess Ministru Gatt, qisu hemm
trend ta’ riżenji.Jista’ jkun li l-Gvern għandu raġun, mhux qed ngħid li m’għandux
raġun, jekk tista’ tkun iktar ċar dwar din il-kwestjoni tar-riżenji
tagħhom.
Mistoqsija oħra
dwar in-negozjati ma’ l-iSKANSKA.Kienet tkun tajba ħafna li kieku l-press
briefing sar wara l-iSKANSKA.Ma taħsibx li, jista’ jkun ovvjament li ma taqbilx miegħi, li
huwa żball tattiku li inti tkun in-negozjatur f’dan l-istadju.Ma taħsibx li forsi kellek tkun fl-aħħarnett, forsi tieħu
f’idejk.
Żewġ
mistoqsijiet, żgħar.Naf
li qed nikser ir-regolament.Kont
staqsejtek mistoqsija żmien ilu, dwar in-numru ta’ nies li ġew boarded out Għawdex.U
Alla jbierek, mhux int biss, qed nitkellem fuq il-Ministru tal-Politika
Soċjali, m’hemmx statistika ta’ nies li huma boarded
out f’Għawdex.Jiena
infurmat li n-numru ta’ nies li ġew boarded
out għal xi raġuni partikolari jitilgħu m’għola s-smewwiet
qabel l-elezzjonijiet.Jekk
tistax tgħinni f’din l-informazzjoni, inkun grat ħafna.
L-aħħar
mistoqsija u nagħlaq hawn, jekk hemmx ideat ċari għall-investiment,
jiġifieri biex niftħu għall-investiment.Mhux qed nistħi nistaqsik fuq taxxi jew miżuri fiskali, imma
jekk hemmx ideat speċifiċi li jgħinu biex ikollna FDI f’dan
il-pajjiż.
Prim Ministru
Mela ħa
nippruvaw noħduhom waħda waħda.M’għandix
l-informazzjoni u rrid ngħid anke jiena, minn mindu ħadt il-ġurament
ta’ Prim Ministru u ħadt ir-responsabbilta’ tal-Ministeri
tal-Finanzi kelli laqgħat mas-Sur Zahra.Kelli laqgħat li fihom iddiskutejt f’Lulju li għadda, jekk
miniex sejjer żball, miegħu personali l-kwestjoni ta’ l-istrateġija
tal-Gvern għall-privatizazzjoni effettivament għall-bejgħ tax-shares
tal-Gvern fil-Bank of Valletta u fl-ebda ħin is-Sur Zahra qal li hu
ma jabilx.Naturalment kellu
u għandu l-ideat tiegħu kif għandha ssir din, però fl-ebda ħin ma
qalli u tani x’nifhem illi ma jaqbilx mal-pożizzjoni tal-Gvern.
Dwar
il-kwestjoni ta’ riżenji u l-Ministru Gatt.Il-Ministru Gatt li taħt ir-responsabbiltajiet u l-portfolio
tiegħu għandu l-organizzazzjonijiet kollha.Jiġifieri, allura jekk xi ħadd jirriżenja minn hawn, jew
itterminalu minn hemm b’xi mod jew ieħor bilfors ir-relazzjoni tiegħu,
il-kuntatt ma’ Austin Gatt, għax taħt dak il-Ministeru jaqa’.Kieku waqgħu taħt xi Ministeri oħrajn kien ikollna sitwazzjoni
differenti.Però mhux
korrett illi hemm diffikultajiet.Fil-każ
tas-Sur Michael Mallia kien hemm sitwazzjoni partikolari minħabba ċertu
deċiżjonijiet li ħolqu xi diffikulta’ u f’dak il-każ ġiet aċċettata
r-riżenja tas-Sur Michael Mallia.
Però
ma naqbilx ma’ l-istatement li
hemm xi trend ta’ riżenji.Jiena għidtha ċar u tond fil-laqgħa li kelli mal-korporazzjonijiet
u aġenziji tal-Gvern, l-budgetary unit effettivament li kienet saret hawnhekk, kont għamiltha
ċara liċ-Chairmen kollha li
hawnhekk m’hawnx ċens perpetwu.U
jiena nirriserva d-dritta, jien bħala Prim Ministru, li nibdel anke
jekk m’hemmx raġuni parikolari għaliex xi ħadd żbalja jew għax
mhux qed joġgħobni t-tmexxija.Jista’
jkun li nbiddel għax ikun wasal iż-żmien li jkun hemm bidla.
Indaħħluha f’moħħna kollha kemm aħna illi jien nieħu pjaċir
li jkollna nies li joffru lilhom infushom u jkunu ta’ servizz għall-pajjiż
però m’hemmx ċens perpetwi ma’ ħadd.U m’hu se jiġi ħadd jippretendi jibqa dejjem hemmhekk.Mhux qed ngħid għaliex is-Sur Zahra ppretenda hekk.Mhux qed norbotha ma’ dan.Qed ngħid illi l-policy tiegħi f’dan il-każ huwa li nixtieq nara bidliet u
nixtieq nara nies oħrajn jipparteċipaw, jikkontribwixxu fis-setturi
differenti f’pajjiżna biex inkunu nistgħu niżviluppaw.
Ma naħsibx
li naqbel illi żball tattiku illi jien nidħol fil-kwestjoni ta’
SKANSKA.Assolutament.Inti għidtli biex kemm jista’ jkun inħallu għall-aħħar.Saviour, wasalna fl-aħħar.Jiena, I am drawing the
line.Dan hu l-punt u
issa mhix kwestjoni ta’ hux żball tattiku, mhux żball tattiku.Aħjar nitkellmu ċar.Kemm
se ndumu nilagħbu.Jiena
ltqajt jien ma’ SKANSKA biex inkunu ċari daqs il-kristall, iltqajt
magħhom wara perjodu ta’ xahrejn ta’ negozjati intensivi ħafna li
kienu mmexxija minn team ta’
nies, minn Tonio Fenech, is-Segretarju Parlamentari fl-Uffiċċju tal-Prim
Ministru u intervjenejt jien meta dehrli li n-negozjati ma kinux qed
iwasslu fejn xtaqt jien u tterminajt in-negozjati.Jiġifieri assolutament naħseb li mhux żball tattiku xejn.
Dwar in-nies
boarded out minn Għawdex.Sinċerament ma nafx, issa m’għandix l-informazzjoni,
il-verita’ hija mhix kwestjoni ta’ Għawdex.Aħna għandna sistema illi għandha bżonn tiġi riveduta.U ħa nkunu ċari, is-sistema tar-reviżjoni ta’ boarding
out, dan mhux il-Gvern jew il-Ministru li jiddeċiedi jekk għandux
jibbordjak jew lil ħaddieħor le.Din
hija mibnija fuq ċertifikazzjoni ta’ tobba li jiċċertifikaw
bil-miktub li bniedem m’huwiex kapaċi jagħmel l-ebda tip ta’ xogħol.Issa s-sistema hija miftuħa għal element ta’ abbuż u iva,
wasal iż-żmien li din is-sistema tinbidel.Li nista’ ngħid huwa li fl-aħħar tas-sena 2003 kien beda proċess
biex inbiddlu s-sistema ta’ kif isir il-boarding
out u jekk tiftakru tajjeb, min jiftakar, inħolqot kontroversja sħiħa
għaliex il-MAM kienet qalet li konna qegħdin b’xi mod jew b’ieħor
nitfgħu xi dell ikrah fuq it-tobba.Jiena ma rridx nitfa’ dellijiet koroh fuq it-tobba, hawn tobba
li huma onesti, dedikati lejn pajjiżna.Għandna servizz mediku tajjeb ħafna però għandna sistema sħiħa,
mhux biss għall-boarding out
għas-sick leave, għall-mod
kif jingħata s-sick leave, għall-mod
kif ikun hemm l-injury leave,
għal dawn l-affarijiet kollha li jidhirli li wasal iż-żmien li nħarsu
lejha.Dan il-proċess kien
beda fl-aħħar tas-sena 2003, għaddej il-proċess biex inbiddluha s-sistema
u nittama li fis-sena 2005 nagħmlu reviżjoni ta’ dik is-sistema sħiħa.
Għar-rigward ta’ ideat għall-investiment, dan huwa punt ċentrali li qegħdin
nidħlu fih fid-dettall minħabba miżuri ta’ budget
illi qegħdin nippreparaw għas-sena d-dieħla.Però anke
hawn ta’ min jgħid, għaliex tingħata ċerta impressjoni.Iċ-ċifri li għandi jiena l-investiment fil-manifattura fl-ewwel
disa’ xhur ta’ din is-sena huwa 26% iżjed minn dak li kellna fl-ewwel
disa’ xhur tas-sena li għaddiet.Dak is-26% huwa effettivament tletin miljun lira iżjed.U allura investiment fil-manifattura, qed nieħu settur wieħed
biss, naturalment hemm affarijiet oħrajn li wieħed irid jara, inkluż
in-numru taż-żieda tas-self
employed u ftuħ ta’ negozji ġodda eċċ.Jiġifieri interess ta’ investiment barrani hemm, l-investiment
ġej f’ċerti setturi fil-manifattura partikolarment il-farmaċewtika,
però jonqos ħafna iżjed x’nagħmlu.Jiġifieri jiena ma nikxifx karti għalissa imma se jkun suġġett
importanti fit-tfassil tal-budget għas-sena
d-dieħla.
Karl Wright - RTK
Mill-bidu
tal-leġislatura l-Gvern ta prijorita’ lill-ambjent.Ftit taż-żmien ilu semmejt inti l-miżuri li għandhom jibdew
jittieħdu fil-konfront ta’ min iħammeġ.X’ġara minn dawn il-miżuri?Jiġifieri meta se jkunu applikati.
Nitlob ukoll
kumment tiegħek dwar il-qasam ta’ l-edukazzjoni.Kien hemm battibekk kontinwu għal ftit jiem bejn il-Ministru
Galea u l-MUT, dwar il-kwestjoni tal-clusters
fl-iskejjel.Jidher illi
hemm xi punti li l-Union ta’
l-Għalliema mhix taqbel dwarhom, x’inhu l-kumment tiegħek dwar dan?
Prim Ministru
Dwar il-miżuri
u allura l-bdil tar-regolamenti f’dak li għandu x’jaqsam ma min iħammeġ
nista’ nikkonferma illi fl-aħħar laqgħa tal-Kabinett, jiġifieri ta’
nhar it-Tnejn tal-ġimgħa li għaddiet, il-Ministru responsabbli għall-ambjent,
il-Ministru Pullicino ressaq quddiem il-Kabinett għall-approvazzjoni l-abbozz
tar-regolamenti illi ġew approvati mill-Kabinett.Issa jonqos biċċa oħra żgħira li qiegħda tiġi riżolta jew
indirizzata f’dawn il-ġranet.U
ċoè jiena miniex kuntent biss bit-tibdil fir-regolamenti u allura ż-żieda
sostanzjali li se jkun hemm fil-pieni, imma rrid li jkollna wkoll l-istruttura
ta’ l-implimentazzjoni ta’ dawk ir-regolamenti.U allura min se jkun responsabbli biex nimplimentaw? Il-Ministru
Pullicino ġie nkarigat biex iżomm diskussjonijiet mar-rappreżentanti
tal-Kunsilli Lokali ħalli naraw jekk nistgħux din is-sistema nużaw
is-sistema tal-wardens f’pajjiżna.Din hija xi ħaġa li nittama tkun riżolta fil-ġranet li ġejjin.Malli dan iseħħ inkunu nistgħu nieħdu l-pass illi
nimplimentaw immedjatament.
Dwar
il-kwestjoni ta’ l-edukazzjoni u l-MUT, jiena ma jdejjaqni xejn li
jkun hemm dan il-mument ta’ dibattitu fil-pajjiż, li nixtieq huwa li
kulħadd, mhux biss il-Gvern imma l-Unions,
l-għalliema nfushom jifhmu illi l-mira tagħna lkoll hija l-istess.Kemm tat-teachers, kemm
ta’ l-MUT, kemm tal-Gvern, kemm tal-ġenituri u ta’ l-istudenti hija
li jkollna aħna l-aħjar sistema edukattiva possibbli fiż-żmenijiet
tal-lum.Pajjiżna għandu
din l-isfida kbira illi aħna iktar ma ntejbu s-sistema edukattiva tagħna
u niftħuha u jkollna suċċess u jkollna riżultat, jiġifieri iktar
kemm ikollna skejjel tal-Gvern li jilħqu livelli għolja, skejjel
tal-privat ukoll li jkun qed ikollhom suċċess.Imbagħad minn hemm toħroġ il-ġenerazzjoni ta’ studenti li
jidħlu u jkomplu jagħżlu huma stess li jagħmlu l-istudji post-sekondarji
tagħhom u allura n-numru dejjem jiżdied ta’ studenti fl-Universita’,
ta’ studenti fl-MCAST, din il-miżura ta’ suċċess iktar kemm nirbħu
fih iktar jitlob li aħna ninvestu finanzjarjament biex din is-sistema
nkunu nistgħu nsostnuwha.
U allura għandna
l-isfida tas-suċċess.U l-isfida
tas-suċċess titlob illi aħna nħarsu lejn is-sistema, nirriformaw
fejn għandna bżonn, intejbu fejn għandna bżonn.Jista’ jkun hemm affarijiet ta’ diskussjoni bejnietna u niftħuha
din id-diskussjoni u beħsiebna illi dalwaqt tinfetaħ diskussjoni
nazzjonali fuq ir-riformi li nixtiequ ndaħħlu fis-sistema edukattiva’
biex nagħmlu l-qabża fil-kwalita’ li jmiss.U jiena naħseb illi l-idea li jkollok clusters
ta’ skejjel li jkollhom l-identita’ partikolari tagħhom hija idea
tajba, idea li tagħti anke stimolu għall-ownership
ta’ dak il-kunċett.Wieħed
jiddiskuti, naturalment ikun hemm ħafna x’wieħed jiddiskuti u ma
jiddiskutiex però finalment inżommu quddiem għajnejna li sew jekk
ikollna toroq differenti jew opinjoni differenti l-mira’ finali hija
komuni bejnietna.Aħna
rridu sistema edukattiva li tkun l-aħjar waħda għal pajjiżna.
Keith Micallef – Net
TV
Prim
Ministru, iktar tard illum għidt li se jkollok il-laqgħa mar-rappreżentanti
ta’ l-iSKANSKA, għedt ukoll u ilek tgħid diversi ġimgħat ma jistax
ikun li din il-kwestjoni tibqa’ tkarkar, anke huwa s-sentiment
tal-poplu Malti.Jiġifieri
jekk intix fiduċjuż li llum naslu u jekk tasalx biex tgħid jekk hux
ħa tasal proprju fil-laqgħa tal-lum allura ma jkunx hemm l-ebda triq oħra?
Prim Ministru
Jiena
nittama li naslu.Il-punt
tat-tluq tagħna kien punt ta’ tluq diffiċli ħafna għax kien hemm
baħar jaqsam.Baħar jaqsam
f’liema sens? Għaliex it-talbiet minn naħa ta’ l-iSKANSKA li kienu
jiġbru kollox taħt l-umbrella jiġifieri jiġbru t-talbiet kollha li
l-kuntratturi u s-sub-contractors kollha kienu qegħdin jagħmlu għal xogħol li kien
diġa’ sar u għal xogħol li qiegħed fil-proċess li jsir.Dawk it-talbiet kienu jlaħħqu ċifra illi kienet ferm ‘il bogħod
miċ-ċifra li aħna konna qegħdin nikkalkolaw li għandna nħallsu.Irrid ngħid illi aħna l-punt tat-tluq tagħna kien illi għamilna
evalwazzjoni tal-proġett fejn kien wasal u fejn ridna nwassluh u allura
rrikonoxxejna iva, illi dak li oriġinarjament il-projected
final cost effettivament kellu bilfors jiżdied u jiżdied
sostanzjalment għaliex mill-mument li kienet ħarġet il-projected
final cost ikkonċedejna li vera, f’deċiżjonijiet tal-Gvern
stess, kienu ġew awtorizzati bidliet fl-Isptar Mater
Dei naturalment bi skop tajjeb.
Issa ma
noqogħdux, ma tistax tpinġi kollox iswed, is-sitwazzjoni hija
komplikata.Kien hemm deċiżjonijiet
u deċiżjonijiet tajbin, deċiżjonijiet fejn kellna naċċettaw bħalha
Gvern fl-imgħoddi illi iva, tiżdied l-ispiża għaliex kien hemm ċertu
tibdil li awtorizzajna aħna.Però
kien hemm affarijiet oħrajn illi kkontestajna u l-punt l-iktar diffiċli
huwa meta inti tidentifika li l-varjazzjoni m’hijiex varjazzjoni għaliex
ix-xogħol ma sarx u ma jiswiex, il-varjazzjoni saret u l-valur huwa
korrett.Id-diffikulta’
kienet illi fil-bidu nett kien qed jingħata valur inqas u allura hemm
parti mill-claims bejnietna li
huma mibnija fuq din il-kwestjoni li effettivament hemm varjazzjoni,
il-varjazzjoni hija sostanzjali, però huwa valur reali.Imma oriġinarjament fil-bidu nett, l-indikazzjoni li kienet ingħatat
kienet li se jkun ħafna irħas.U
allura ridna bilfors neżaminaw x’inhi r-raġuni li kien hemm dik id-distanza,
dak id-distakk.U allura
ikkonċedejna li kien hemm xi affarijiet illi l-valur effettivament hemm
qiegħed.
Jien għalhekk
nenfasizza l-ħin kollu li importanti għalina bħala Maltin, mhux għalija
bħala Prim Ministru, illi aħna nkunu ċerti ta’ dak li qed inħallsu,
qegħdin nieħdu dak li huwa verament ta’ valur għalina.Ma’ dak irridu nkunu ċerti li jkollna d-data stabbilita għall-ftuħ
ta’ l-isptar u li ma’ dik id-data jkun hemm ukoll marbutin
implikazzjonijiet jekk id-data ma tintlaħaqx.Dan kien il-punt tat-tluq.
Tul il-ġimgħat
li għaddew ersaqna viċin xulxin imma fuq l-aħħar biċċa għadna ma
wasalniex.Għad għandna
differenza fuq il-flus, għaliex hemm ċertu sub-contractors
illi għadhom qegħdin jinsistu illi l-valur reali tax-xogħol tagħhom
huwa dak li qegħdin jiddikjaraw.Din
il-pożizzjoni li qegħdin fiha.Jiena
qed nistenna li llum ikolli r-riżultat tad-diskussjonijiet u l-laqgħat
li nżammew matul dawn l-għaxart ijiem illi għaddew fejn saru eżerċizzji
oħrajn u li nittama li jkunu jistgħu jwassluna għal deċiżjoni
finali.Jiena qed nimmira
illi jkolli l-valur ta’ pakkett sħiħ.Jiġifieri dan meta kkwotajna ċifri fl-imgħoddi dejjem ikollna
nikkwotaw ċifri però mhux iċ-ċifra tal-pakkett sħiħ, ċifra li kważi
dejjem konna nikkwotaw kienet tkun għall-bini, għall-kostruzzjoni biss.Imma mbagħad ma ninkludux fiha l-management
fees u d-design fees u x-xogħol
li jrid isir għal-landscaping
u l-ispiża li hemm bżonn biex timmoniterja l-istallazjoni ta’ l-equipment.
Waħda mill-problemi
u l-komplikazzjonijiet kbar li aħna għandna hija li sadanittant għandna
it-tender maħruġa biex
nixtru l-equipment.Dan l-equipment jitlob
li fl-isptar ikun hemm il-connections,
il-mechanical and engineering
kollu biex l-equipment jiġi
installat u allura rridu nżewġu l-equipment
ma’ l-isptar biex inkunu ċerti illi l-istallazzjoni tal-mechanical
and engineering qed jaqbel ma’ l-equipment.U li aħna jirnexxilna f’dan il-pakkett sħiħ ninkludu
wkoll dak li hemm bżonn biex ikun hemm responsabbilta’ wkoll ta’ l-istallazjoni
sħiħa li trid issir biex dan l-equipment jiġi installat u jiffunzjona fl-isptar, dik hija parti
importanti minn din l-equation.
Dawn huma l-punti
li jridu jiġu riżolti.Jiena
naħseb li m’aħniex ‘il bogħod minn xulxin u bi ftit sforz minn naħa
taż-żewġ naħat għandna naslu, però nkun nista’ ngħid, nittama,
iktar tard illum.Jien, vera
għandu raġun Saviour li jgħid kieku dan il-press
briefing sar wara kien ikun aħjar però probabbilment il-press
briefing kien jikkonċentra biss fuq dan.Jiena naħseb illi wara li tispiċċa l-laqgħa ovvjament jiena
nindirizza l-media u nżommkom
aġġornati bl-iżviluppi illi jkunu saru.Jiġifieri se tkunu ħadtu pjaċir doppju illum.Jew inkun ħadtu jien, jiddependi kif tħares lejha.
Karl Stagno Navarra – Maltarightnow.com
Prim Ministru, xahar ilu sostnejt illi l-impenn tiegħek, għax ħa norbot
il-mistoqsija tiegħi ma’ dik li għamillek Saviour fuq l-investiment,
illi l-Gvern tiegħek jagħti stimolu ġdid lis-settur ekonomiku kollu
partikolarment is-settur tan-negozji ż-żgħar.Għadek ikkonċentrat fuq dan?
Prim Ministru
Ir-risposta hija iva bl-iktar mod kategoriku.Għaliex is-settur tan-negozji żgħar f’pajjiżna, bħal
f’pajjiżi oħrajn, aħna l-ekonomija tagħna ma naħsbux li tagħna
hija speċjali u differenti minn ħafna ekonomiji oħra.Għandha ċertu pilastri u pilastru tan-negozju ż-żgħir, tan-negozjant
iż-żgħir huwa pilastru ewlieni u allura l-mira tagħna se tkompli
tkun, għax din mhux xi ħaġa li vvintajnieha issa, fejn aħna
nistimulaw u ngħinu lil dan is-settur biex ikompli jikber.Diġa’ hemm inizjattivi li tħabbru anke fil-budgets tas-snin li għaddew, anke għall-budget ta’ din is-sena.Però
rridu naraw li dan jitkompla u nieħdu inizjattivi partikolari għas-sena
li ġejja imma għalissa tapprezzaw li mhuwiex il-mument li nidħol
f’iktar dettall.
David
Vella - L-orizzont
Nirreferi għan-negozjati ma’ SKANSKA.Semmejt illi kellek tintervjeni fuq in-negozjati li kienu għaddejjin
għax ma kinux qed jilħqu dak li mixtieqa minn naħa tal-Gvern.Jiġifieri dak it-team
għan-negozjati li kien twaqqaf, effettivament x’kien ir-riżultat
tiegħu u jekk kienx għalxejn fl-aħħar mill-aħħar jekk kellek
tintervjeni fuqu int.
Prim Ministru
Għalxejn le żgur li ma kienx.Kif għidt diġa’ aħna qabel ma bdew in-negozjati u anzi biex
inkunu korretti.Sa
mill-2002 il-Ministru, dak iż-żmien John Dalli, Ministru tal-Finanzi,
flimkien ma’ l-FMS, bdew il-proċess iktar dettaljat iktar milli kien
qed isir qabel biex wieħed jikkristallizza l-pożizzjoni.Għax kien qed jidher ċar illi l-estimi illi kienu qegħdin jiġu
pproġettati minn xahar għal xahar kienu qed juru li l-ispiża għall-isptar
kienet qed titla’ u titla’ sakemm finalment telgħat għal
Lm165,000,000.
U allura f’dak il-mument
bdew mill-ewwel il-proċeduri biex wieħed jikkristallizza u jgħid
x’qed jiġri u għaliex qed jiġri u dan għidtu, jidhirli fl-aħħar press briefing, waħda mill-ewwel inizjattivi li ttieħdet jekk
miniex sejjer żball, għall-ħabta ta’ Ottubru tas-sena 2003, ġie
kkommissjonat rapport, dak li jissejjaħ gap
analysis report.Report dettaljat
ħafna li daħal fid-dokumentazzjoni kollha ta’ l-iSKANSKA, għax aħna
bil-kuntratt kellna d-dritt li naqbdu l-kotba ta’ l-iSKANSKA bid-dokumenti
kollha, u neżaminawhom u nqabblu dak li kienet qiegħda tirrekordja l-iSKANSKA
u tipproġetta bħala spiża ma’, effettivament, realment mar-riżultati
li kienu qegħdin joħorġu lill-FMS.U dak l-eżerċizzju tana l-istampa ta’ affarijiet illi aħna
kienu aċċettabbli għalina li kkonċedejna, li għidna iva dawn
awtorizzajniehom aħna, l-awtorizzazzjoni tagħna tfisser illi hawnhekk
irridu nħallsu iżjed minn dak li konna oriġinarjament qegħdin nibbaġitjaw
erba’ snin ilu.
Konċess.Kien hemm lista ta’ affarijiet oħrajn li aħna konna qegħdin
nikkontestaw.Għidna li aħna
m’aħniex disposti li nerfgħu r-responsabbilta’ għalihom.Dan mhux talli m’hemmx valur imma ma naqblux li l-valur li qed
jiġi kklassifikat u mbagħad kien hemm lista ta’ affarijiet oħra
illi kien hemm dubju fuqhom.
Jiena nista’ ngħidilkom
illi malli jagħlqu dawn in-negozjati, jew vit jew skorfina kif ngħidu
bil-Malti, dan se nippubblikah.Jiġifieri
jien se nippubblika l-gap analysis
report biex kulħadd ikun jaf fejn qegħdin.Huwa importanti li kulħadd jifhem illi aħna dak li se nkunu ħallasna
jew dak li se jkun sfrattalna n-negozju, waħda jew l-oħra, ikun ibbażat
mhux fuq xi opinjoni ta’ xi ħadd, imma fuq studju li effettivament
ikun qed iwassal jew wassal biex aħna nkunu nistgħu nieħdu l-aħjar
deċiżjonijiet.
U hija waħda mill-persuni
tan-negotiating team li hija
Jackie Camilleri illi ġiet inkarigata speċifikament biex tagħmel dan
l-eżerċizzju li tidħol hi taqbad id-dokumentazzjonijiet kollha, teżamina
d-dokumentazzjoni kollha ta’ l-iSKANSKA.Nerġa’ ngħid bil-kuntratt li aħna għandna ma’ l-iSKANSKA
hemm frażi tintuża.Jidhirli,
jekk niftakar tajjeb, open book
jiġifieri li aħna għandna dritt neżaminaw id-dokumentazzjoni kollha
li tkun qed tinżamm minn naħa tagħna, naturalment u minn naħa ta’
l-iSKANSKA.
U eżerċitajna dak id-dritt.Minħabba f’hekk stajna naraw u noħorġu bil-pożizzjoni tagħna.Naturalment huma kwestjoni ta’ negozjati u bil-mod il-mod, il-punt
tat-tluq bdejna nikklassifikaw.Bdejna
naċċettaw li ċertu affarijiet huma responsabbilta’ tal-Gvern, naċċettaw
li hemm affarijiet oħrajn li ma kinux responsabbilta’ tal-Gvern u li
allura ħaddieħor kellu r-responsabbilta’ tiegħu.
Naraw ir-riżultat x’se jkun.Jiġifieri rridu nħallu ċ-ċans illi l-aħħar fażi tan-negozjati
tispiċċa.L-options
huma illi jekk aħna ma niftehmux neżerċitaw, waħda mill-options
mhux kollha, id-drittijiet stabbiliti fil-kuntratt stess.U d-dritt stabbilit fil-kuntratt stess huwa li jekk aħna ma
naqblux ma’ l-iSKANSKA nitfgħu kollox, il-kwestjoni li tkun qamet għall-arbitraġġ
hawn Malta, għax l-agreement jgħid
ċar daqs il-kristall illi jekk ikun hemm kwestjoni, l-arbitraġġ isir
hawn Malta.U jiena lest li
nikkunsidra din, iva, u nitfgħu kollox taħt l-opinjoni ta’ l-esperti
għax jiena konvint illi l-pariri ta’ l-esperti li għandi jien huma
tajbin u sodi li fuqhom għandna u jkollna każ li nkunu nistgħu niġġustifikaw.
Nittama li tinstab is-soluzzjoni
u iżjed u iżjed jekk naf illi d-distakk bejnietna m’huwiex qawwi.Però rridu naraw, naħseb aħjar ngħid hekk u nistennew
sal-laqgħa ta’ wara nofsinhar.
David
Vella - L-orizzont
U rigward it-team
ta’ negozjati, jekk intervenejt int, x’kien ir-riżultat?
Prim Ministru
Ir-riżultat kien tajjeb ħafna rrid ngħid, tajjeb ħafna fis-sens
differenza bejnietna, bejn iż-żewġ naħat tnaqqset u naqset
sostanzjalment.It-team
ta’ negozjaturi għenu biex inkunu nistgħu nikkristallizzaw il-pożizzjoni,
u nkunu nafu preċiż fejn aħna għandna każ u fejn m’għandniex.Ir-realta’ hija wkoll però meta ġejna għas-si
u n-no:ir-risposta għall-pożizzjoni
li kelli jiena bħala l-iktar pożizzjoni li kont lest li nikkonċedi
kienet negattiva.U jiena
dakinhar deherli li la wasalna f’punt fejn ma stajniex nagħmlu
progress iżjed, kelli nwaqqaf in-negozjati kollha li kienu għaddejjin.
Però t-team ta’ negozjaturi għen ħafna għaliex issa għandna l-karti
kollha quddiemna, fuq il-mejda.Nafu
sa fejn nistgħu naslu, nafu x’inhu ġustifikat, nafu x’inhu fair, però nafu wkoll x’mhux fair.U hemmhekk għalaqna l-linja.
Le, anzi t-team
ta’ negozjaturi għamlu biċċa xogħol tajba ħafna.Naturalment ma rnexxilhomx jaslu għall-ftehim sal-mument illi
jiena ddikjarajt li n-negozjati kienu mwaqqfa.
Ftakru illi immedjatament wara,
ftit sigħat wara li jiena ddikjarajt illi n-negozjati waqfu,
effettivament irċevejna kontro-proposta mingħand l-iSKANSKA li wkoll
ma kinetx aċċettabbli u iktar tard dik il-ġimgħa rċevejna
kontro-proposta oħra li wkoll ma kinetx aċċettabbli.
Herman
Grech - The Times Domanda
żgħira fuq il-prezzijiet tad-dawl u l-ilma.Inti għidt illi fil-ġranet li ġejjin se tiġi diskussa
fil-Kabinett il-pożizzjoni u mbagħad tmur għand l-MCESD.Jiġifieri nassumu illi se jiġu mħabbrin qabel il-budget?
Prim
Ministru
Le qiegħed inħalli l-options tiegħi kollha miftuħin,
inkluż li jitħabbru fil-budget jew
inkella jitħabbru qabel il-budget.Issa naraw.
Fr Noel Grima - The
Malta Independent on Sunday
Il-Gvern investa ħafna ħin din is-sena fin-negozjati
ta’ l-MCESD, il-Gvern huwa kuntent bil-kwalita’ tad-diskussjonijiet
illi saru?Il-Gvern huwa
kuntent bir-reactions tas-Social Partners fl-MCESD? U l-Gvern jikkunsidra li dan kien ħin moħli?
Prim
Ministru
Le, Alla ħares! Le, qatt m’hu ħin moħli.L-esperjenza tiegħi minn kemm ili li dħalt fil-politika hija l-ħin
li tiddedika għal diskussjoni ma’ l-imsieħba soċjali qatt m’hu ħin
moħli, dejjem joħroġ il-ġid minnu u dejjem jgħin biex kulħadd,
inkluż il-Gvern, ikollu sensittivita’ iktar għall-affarijiet illi
jkunu qegħdin jippreokkupaw lis-setturi.
Waħda mill-ikbar sfidi li aħna għandna bħala pajjiż
huwa jekk aħniex kapaċi flimkien naslu għall-Patt Soċjali.Issa mhux faċli u ma nilludux ruħna.Jiena b’saqajja ma’ l-art, bl-iktar mod realistiku naqbel
illi mhux faċli li tasal għall-patt soċjali.Biex tasal għalih, kull naħa trid tkun ippreparata li tikkonċedi
xi ħaġa.Però dik il-konċessjoni
tkun qed issir għaliex tkun taf li fuq medda ta’ żmien dik il-konċessjoni
ssarraf f’vantaġġi għall-kulħadd.Biex tasal għal dan irid ikun hemm diskussjoni miftuħa, sinċiera,
bil-fatti kollha fuq il-mejda biex kulħadd jifhem l-isfidi li aħna għandna
quddiemna.U biex kulħadd
f’dak il-mument tad-diskussjoni jpoġġi l-interess settorjali
sekondarju għall-interess nazzjonali.Mhux qed ngħid jinsieh l-interess settorjali, ma tistax tinsieh,
irid jibqa’ hemm, però jrid ibaxxi rasu quddiem l-interess nazzjonali.U dan kien minn naħa tal-Gvern, jiġifieri mhux qed nippretendi
xi ħaġa mill-imsieħba soċjali li ma nippretendix mingħandi.
Jien stess l-ewwel wieħed ngħid,
illi l-interess ta’ popolarita’ tal-Gvern ibaxxi rasu kompletament
quddiem l-interess nazzjonali u jekk hemm bżonn jittieħdu deċiżjonijiet
diffiċli li jweġġgħu l-popolarita’ tal-Gvern fl-interess tal-pajjiż
dan il-Gvern lest illi joħodhom.
U fil-fatt diġa’ wrejna,
fl-opinjoni tiegħi illi aħna hekk qegħdin nagħmlu.Id-diskussjonijiet fl-MCESD immexxija minn Tonio Fenech però
flimkien mhux biss ma’ l-esperti tal-Gvern imma anke ma’ Ministri oħrajn,
f’mument minnhom mar anke l-Ministru Louis Galea u beħsiebna anke
jmorru Ministri oħrajn.Id-diskussjonijiet
minn naħa tal-Gvern naħseb li aħna nistgħu ngħidu li huma
diskussjonijiet illi huma kostruttivi fihom infushom però li s’issa għadhom
ma waslux għall-ftehim.
Jien xtaqt illi jekk jista’
jkun l-imsieħba kollha nippruvaw naslu għall-pożizzjoni finali qabel
il-budget ħalli d-deċiżjonijiet
ta’ l-MCESD jidħlu bħal ingwanta mal-budget
għas-sena d-dieħla.Jekk
dan huwiex possibbli jew le għadni ma nistax ngħid u nibqa’ nittama
li d-diskussjonijiet iwasslu, imma anke jekk id-deadline
ma jintlaħaqx, jien dejjem nibqa’ ngħid li d-diskussjonijiet għandhom
jibqgħu għaddejjin sakemm finalment inkunu għamilna ħilitna kollha
kemm aħna biex naslu għalih.
Ma rridx ngħid iżjed minn
hekk għaliex il-qbil bejn l-imsieħba soċjali kien illi ma nagħtux
dettalji ta’ x’qed jiġi diskuss u minn naħa tiegħi bħala Gvern
nixtieq illi nibqa’ ma’ dak l-arranġament.Però anke jiġri x’jiġri, s’issa jiena rrid nirrikonoxxi
illi r-rappreżentanti ta’ l-imsieħba soċjali ddedikaw ħafna ħin,
mhux il-Gvern biss jiġifieri, anke huma.Iddedikaw ħafna ħin għal-laqgħat twal ħafna u intensi ħafna
biex wieħed jipprova jasal għall-punt li nixtiequ naslu.S’issa għadna ma wasalniex.Però jien konvint li hemm r-rieda ta’ kulħadd u allura nibqa’
ottimist illi bil-mod il-mod naslu viċin il-pożizzjoni li tkun komuni.
Charlotte
Bonavia - di-ve.com
Fuq l-iSKANSKA ħa nerġa’ nistaqsik.L-aħħar għaxart ijiem, forsi tista’ tagħtina ħjiel kif
kienu d-diskussjonijiet li kellhom isiru tul dawn l-aħħar għaxart
ijiem.
Prim
Ministru
Matul dawn l-aħħar għaxart ijiem tajna żmien biżżejjed
biex SKANSKA stess tikkomunika mas-sub-contractors tagħha.Jien
għamilta ċara anke meta tkellimt pubblikament nhar il-Ħadd li għadda,
illi aħna ma rridux nitkellmu mas-sub-contractors.Is-sub-contractors m’humiex
sub-contractors tal-Gvern imma
ta’ SKANSKA.Dik hi
problema tagħhom.Il-messaġġ
li ppruvajt inwassal u rrepetejtu pubblikament illi jekk hawn xi ħadd
li jaħseb illi bl-isfrattu ta’ l-agreementma’ l-iSKANSKA se jibbeniefika, għaliex issa dak li ma
rnexxilux jieħu mingħand l-iSKANSKA jieħdu mod ieħor mingħand
il-Gvern, se jarralu għax mhux hekk beħsiebna nagħmlu.
Matul il-ġranet li għaddew saru dawn il-kuntatti u
issa naraw ir-riżultati ta’ dawn il-kuntatti x’riżultat jagħtu.Naturalment minn naħa tal-Gvern ukoll saru laqgħat ma’ rappreżentanti
ta’ l-iSKANSKA, anke biex naraw jekk hemmx mezzi alternattivi ta’
kif nistgħu l-ispiża nikkontrollawha.Però r-riżultat finali ta’ dan kollu se nkun
nafu iktar tard dalgħodu jiġifieri.Għandi indikazzjoni imma għadni miniex kuntent.
Naħseb illi nistgħu
nikkonkludu hawn u mbagħad forsi nara xi wħud minnkom iktar tard illum.