LAQGĦA TA’ KULL XAHAR
TAL-PRIM MINISTRU LAWRENCEGONZI
MAL-MEDIA
Berġa ta’ Kastilja
Is-Sibt 5 ta’ Novembru, 2005
Prim Ministru
Mela bonġu lil kulħadd.Erġajna ltqajna.Ilna
ftit ma niltaqgħu, imma bħal ma tafu x-xahar li għadda kien xahar
impenjattiv.Insemmi ftit il-highlights li kellna matul ix-xahar li għadda.Fil-bidu tax-xahar, fit-3 ta’Ottubru kellna l-viżita li saret
fl-Amerika u laqgħa mal-President Bush.Fl-24 ta’Ottubru kellna l-laqgħa illi saret mal-Prim Ministru
Blair.Fiż-żewġ laqgħat
- għal dak li għandu x’jaqsam mal-laqgħa tal-President Bush kont
tajt rendikont tad-diskussjonijiet fil-Parlament, għal dak li għandu
x’jaqsam mal-laqgħa mal-Prim Ministru Blair, is-suġġetti li aħna
ddiskutejna kienu l-perspettivi finanzjarji ta’ l-Unjoni Ewropea, is-summit
informalili kien se jmiss
isir wara ta’ l-Unjoni Ewropea u allura t-tema tal-globalizzazzjoni,
kif ukoll il-kwestjoni ta’ l-immigrazzjoni irregolari.
Jiena meta mort l-Ingilterra kelli diversi laqgħat ma’
ministri oħrajn li fihom spjegajt id-diffikultajiet illi pajjiżna qiegħed
jiffaċċja b’riżultat ta’ l-immigrazzjoni irregolari, u l-għajnuna
konkreta illi konna qegħdin nitolbu mingħand l-Unjoni Ewropea.U allura tlabna l-appoġġ tal-Presidenza Ingliża, kif ukoll
mingħand il-Gvern Ingliż fuq livell bilaterali.
Kif tafu malli ġejt lura mil-laqgħa mal-Prim Ministru
Blair, l-għada fil-fatt, fil-25 ta’ Ottubru, ħabbarna r-rati, is-surcharge il-ġdida fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma wara diversi
laqgħat tal-Kabinett, u wasalna għad-deċiżjoni li ġiet imħabbra
fil-25 ta’ Ottubru.Id-dettalji
tafuhom, m’għandix għalfejn nidħol fid-dettall fuqha.L-għada ta’ dak, ikkonkludejna u ffirmajna l-ftehim kollettiv
mal-unions dwar il-ħaddiema
fid-dipartimenti tal-Gvern, fiċ-Ċivil.U dak kien milestone importanti,
achievement qawwi għall-pajjiż
għax dak huwa ftehim kollettiv illi jifrex fuq medda ta’ sitt snin u
allura jagħtina stabbilita', jagħtina medda ta’ żmien li fuqha
nistgħu nimxu 'l quddiem, nittama jien, b’relazzjonijiet industrijali
li jkunu stabbli.Però anke
li jagħtu riżultati pożittivi, kemm għall-ħaddiema kif ukoll għall-Gvern,
biex dan ikompli bil-proċess tiegħu ħalli jirriforma s-settur
pubbliku biex nagħmluh iktar effiċjenti.
L-għada illi ġie ffirmat il-ftehim kollettiv, jiena
attendejt is-summit informali
ta’ l-EU ġewwa Hampton Court, fl-Ingilterra,
u bħal ma deher fuq il-gazzetti, it-temi f’dak is-summit kienu l-isfida tal-globalizzazzjoni.Dakinhar issemmiet proposta illi għandha tiġi evalwata biex
jitwaqqaf dak li jissejjaħ globalisation
fund ħalli jgħin lil dawk il-ħaddiema illi jintlaqtu
minn
deċiżjonijiet ta’ employers li jċaqalqu l-impriżi mill-Unjoni Ewropea għall-inħawi
oħra fid-dinja.Però
dakinhar ħadt l-okkażjoni wkoll, illi nressaq, apparti diversi punti oħrajn,
il-pożizzjoni ta’
Malta
dwar l-immigrazzjoni irregolari, u l-għajnuna li konna qegħdin
nistennew mill-Unjoni Ewropea biex inkunu nistgħu nindirizzaw din l-isfida
li għandu quddiemu pajjiżna.
Nhar it-Tnejn li għadda tħabbar il-budget, u d-diskussjoni dwar il-budget,
naturalment, għadha għaddejja.Nispera
l-ġimgħa d-dieħla nibdew il-proċess parlamentari bid-diskors tal-Kap
ta’ l-Oppożizzjoni nhar it-Tnejn, imbagħad bit-tweġiba tiegħi nhar
l-Erbgħa.Naħseb li l-budget effettivament, mill-kummenti li taw il-maġġoranza kbira
tal-Korpi Kostitwiti u tal-unions,
bl-eċċezzjoni tal-GWU, il-kummenti pożittivi kienu qegħdin hemmhekk.Jidher ċar illi l-budget qiegħed ifassal it-triq għas-sena ddieħla, mibni fuq pjan
iktar twil illi jwassalna għas-sena 2010.Però qiegħed jibni fuq riżultati relattivament pożittivi illi
aħna akkwistajna għal din is-sena, riżultati li joħorġu mill-istatistika
illi qiegħda tiġi ppubblikata u ġiet ippubblikata.Naturalment qegħdin ħarira iktar kmieni mis-soltu.Intom tafu illi l-eżerċizzju tal-budget,
dejjem ikun fih l-estimu ta’ dak li jrid iwassalna sa l-aħħar
tas-sena, però aħna ottimisti illi nagħlqu din is-sena bit-targets
kollha milħuqin, anzi se nkunu tejjibna ftit fuq dawk it-targets
anke għaliex kif spjegajt fil-budget
speech stess, din is-sena għamilna pagamenti illi teknikament
suppost, fil-każ ta’ Mater Dei
pagamenti kapitali, illi suppost saru s-sena d-dieħla imma
avvanzajniehom din is-sena.
Marbut mal-budget,
tħabbar il-kumpens ta’ l-għoli tal-ħajja, u ħadna d-deċiżjoni
fuq bażi eċċezzjonali illi nagħtu żieda ta’ l-għoli tal-ħajja
normali li suppost għandna nagħtu.Però mbagħad ikkalkulajna wkoll, l-impatt dirett tas-surcharge
il-ġdid li se jkollna fuq il-familji tagħna għax-xhur li ġejjin,
u ddeċidejna fuq livell mhux tas-soltu, livell eċċezzjonali, illi
navvanzaw il-kumpens ta’ ħamsin ċenteżmu li ġie kkalkulat u flok
li dan jitħallas f’Jannar ta’ l-2007, ħadna d-deċiżjoni li dan
il-kumpens jitħallas b’effett
minn
Jannar li ġej.
Din il-ġimgħa, fil-fatt il-bieraħ, irċevejt ittra mingħand
il-GWU fejn talbuni li jridu laqgħa biex jiddiskutu mal-Gvern xi
proposta
minn
naħa
tagħhom, ma nafx id-dettalji x’inhuma, biex aħna nżidu l-għoli
tal-ħajja.Irrid nagħmilha
ċara li m’għandi l-ebda ħsieb naċċetta xi talbiet biex inżid l-għoli
tal-ħajja.L-għoli tal-ħajja
illi ġiet ikkalkulata abbażi tal-kriterji li normalment nikkalkulaw,
tatna indikazzjoni sa fejn nistgħu nagħmlu, għaliex dan kollox jista’
jiġri.Jiġifieri
normalment l-għoli tal-ħajja tikkalkula l-effett tagħha wara li tkun
ġiet fis-seħħ, għalhekk issir f’Settembru, u int tikkalkula matul
is-sena li tkun għaddiet x’kien l-impatt u għandek statistika,
formola miftehma,u fuq
il-fatti li jkunu rriżultaw tikkalkula l-għoli tal-ħajja.
Naturalment aħna dan ma nistgħux
nagħmluh.Hija biss previżjoni.Għaliex l-impatt tas-surcharge għad irid jinħass u allura hija biss previżjoni, mhux
soltu jsir hekk.Għalhekk
qed ngħid ħa navvanzaw.Is-soltu
l-għoli tal-ħajja tiġi kkalkulata statistikament, fuq id-data
li jkollna li tkun daħlet, mentri f’dan il-każ qegħdin nipproġettaw
x’jista’ jkun l-impatt ta’ l-għoli tal-ħajja dirett fix-xhur
illi ġejjin.Dan għamilnih
apposta biex intaffu ftit ieħor l-impatt ta’ dan is-surcharge
fuq il-familji tagħna, però m’għandi l-ebda ħsieb u l-ebda
intenzjoni illi nirrevedi d-deċiżjoni tal-Gvern.Naturalment b’kortesija ladarba jkolli t-talba mingħand union,
mhinix sejjer ma niltaqax.Jien
mhux qed ngħid li ma niltaqax, imma qed nagħmel il-pożizzjoni tiegħi
ċara minn issa.
B’sodisfazzjon kbir nirreġistra
l-fatt ukoll illi l-bieraħ intlaħaq il-ftehim dwar il-privatizzazzjoni
tas-Sea Malta.Dan huwa target ieħor
akkwistat mill-Gvern.B’din
id-deċiżjoni issa s-Sea Malta għandha
futur quddiemha, illi jiena konvint, u l-Gvern tiegħi huwa konvint, li
huwa futur illi għandu jkun ta’ ġid għall-ħaddiema, però għandu
jkun ta’ ġid u jagħti servizz aħjar lil pajjiżna.Effettivament dan ifisser illi kumpanija li kienet fi stat ta’
falliment, issa għandha futur quddiemha illi nittama, anzi jiena
ottimist ħafna, illi jkun futur li jkun ta’ benefiċċju għal pajjiżna.
Bħalma tafu wkoll, dan l-aħħar
ħarġet l-aħbar illi għandna kumpaniji tat-tessuti hawn Malta, li
hija d-Denim, li qiegħda tiffaċċja diffikultajiet, u hemm
indikazzjonijiet illi t-850 ruħ illi din il-kumpanija timpjega, matul
l-erba’ xhur li ġejjin, jirċievu s-sensja mill-postijiet tax-xogħol
tagħhom.Jiena kelli laqgħat
fil-ġranet li għaddew mal-GWU li tirrapreżenta lill-ħaddiema.Il-Ministru għall-Industrija, Austin Gatt, iltaqa’ wkoll
mas-sidien tal-fabbrika.Qegħdin
naraw b’liema ċirkostanza u b’liema mod aħna nistgħu ngħinu lil
din il-kumpanija fiċ-ċirkostanzi preżenti.Però jidher illi d-diffikultajiet illi din il-kumpanija qiegħda
tiffaċċja hija diffikulta' għaliex min kien qed jagħtiha kuntratti
ppretenda jew qiegħed jippretendi li jsir ix-xogħol b’nofs il-prezz
ta’ dak li qiegħed isir.Jiġifieri
prattikament bl-istess prezzijiet li l-istess xogħol qed isir
fil-Marokk.
Huwa ċar mill-informazzjoni li għandna
aħna mingħand is-sidien stess, illi b’dawn it-termini huma ma jistgħux
jaċċettaw il-kuntratt, jew ma jistgħux jagħmlu dan ix-xogħol
b’dawn il-prezzijiet daqshekk imnaqqsa.Din hija r-riżultat naturalment tal- globalizzazzjoni, tal-fatt
illi pajjiżna f’dan is-settur diffiċili ħafna tat-tessuti, ilna ngħiduha,
din mhux xi ħaġa li tfaċċat issa, ilna ngħiduha s-snin, huwa settur
diffiċli ħafna li aħna nkunu nistgħu nikkompetu fuqu.Nagħmlu ħilitna biex dak li għandna nipproteġuh u nżommuh,
però, ma jfissirx illi għandna nissussidjaw fabbriki illi spiċċaw
f’din is-sitwazzjoni għax effettivament inkunu qegħdin nissussidjaw
lill-operatur barrani.Dan
li tkun qed tagħmel.Tissussidja
prodott biex dak il-prodott jieħdu b’irħis ħalli mbagħad huwa jagħmel
il-qligħ minn fuqu.Dak
mhux il-mod kif aħna nimxu.
Irrid ngħid ukoll illi fir-rigward tad-Denim, il-problemi ma tfaċċawx
issa, il-problemi ilhom hemmhekk.Tfaċċaw
l-ewwel darba bħal dan iż-żmien sena, din il-fabbrika kienet
itterminat numru ta’ ħaddiema, u aħna
ilna matul dawn l-aħħar xhur, ngħinu lil din il-kumpanija fil-limiti
ta’ dak li huwa aċċettat u aċċettabbli, ngħinuha sal-massimu
possibbli.
Jidher però, illi issa wasal
mument kritiku ħafna u għalkemm nibqgħu nittamaw li jinstabu
soluzzjonijiet, diġa' bdejna l-mekkaniżmu kemm tal-Malta
Enterprise biex mir-riżorsi li għandha hi tara kif tista’ tgħin,
anke biex jinstabu swieq ġodda, però bdejna wkoll il-mekkaniżmu ta’
l-ETC biex nibdew minn issa ngħinu lil dawk il-ħaddiema illi diġa'
ntlaqtu jew b’għażla tagħhom qed jiddeċiedu biex jitilqu minn din
il-kumpanija, biex ngħinuhom isibu postijiet alternattivi.
Xtaqt ngħid ukoll li deher
rapport, j’Alla jekk hux illum, fuq l-istrateġija ta’ pajjiżna għall-adozzjoni
tal-euro.L-ewwelnett irrid infakkar illi dan ir-rapport li ġie
ppubblikat jistabbilixxi l-pożizzjoni kif kienet sa Settembru li għadda.Importanti li dan jiġi emfasizzat.Jiġifieri r-rapport li ġie ppubblikat ħa stampa
tas-sitwazzjoni kif kienet f’Settembru illi għadda.Il-pożizzjoni llum hija, illi l-istrateġija għall-komunikazzjoni,
waħda mit-tliet affarijiet li jsemmi r-rapport, hija avvanzata ħafna u
qiegħda fl-aħħar stadji tagħha, se tiġi konkluża fil-ġimgħat li
ġejjin u mbagħad inkunu nistgħu nippubblikawha.
Għal dak li għandu x’jaqsam
mal-masterplan, l-istrateġija
sħiħa tal-proċess kollu ta’ l-implimentazzjoni ta’ programm biex
pajjiżna jersaq lejn l-adozzjoni tal-euro,
dan se jkun ippubblikat f’Diċembru, jiġifieri, minn hawn u ftit ġimgħat
oħra.It-tielet punt illi
ssemma f’dan ir-rapport huwa dak li ngħidulu l-proċess għall-munita
biex jintgħażel id-disinn tal-munita li se jkun aċċettabbli għal
pajjiżna, f’dan il-każ se jkun hemm kompetizzjoni li se tiġi mħabbra
fil-bidu tas-sena 2006, jiġifieri f’Jannar.U allura qegħdin mexjin fil-programm illi konna stabbilejna biex
ikollna kollox f’postu għal dak li għandu x’jaqsam ma’ dawn it-tliet
aspetti li għandhom x’jaqsmu mal-euro.Naturalment apparti l-fatt, però, illi aħna sadanittant
irridu nkomplu mexjin bil-pjan illi aħna għandna biex nilħqu l-kriterji
ta’ Maastricht, ħalli nkunu nistgħu nikkwalifikaw għall-adozzjoni
tal-euro.
Dan ix-xahar issa, minn hawn u
ftit ġranet oħra, se jkollna l-viżita tar-Reġina f’pajjiżna u ċ-CHOGM.Fil-25 u s-26 ta’ dan ix-xahar f’pajjiżna se jkollna l-kapijiet
ta’ l-istat, nittama jiena, ta’ 53 pajjiż, qed ngħid nittama għaliex
hemm żewġ pajjiżi jew tlieta li għadhom isibu diffikulta' biex
jattendu.Però se jkollna
rappreżentanza hawn Malta, ta’ prattikament terz tal-mexxejja ta’
Gvernijiet fid-dinja li jirrapreżentaw ħames kontinenti.
Huwa appuntament importanti għall-implikazzjoni
politiku tiegħu, u Malta għandha opportunita' biex tikkontribwixxi fil-Commonwealth,
anke għaliex Malta qiegħda fil-pożizzjoni partikolari illi hi mhux
biss membru tal-Commonwealth, imma
hija wkoll membru ta’ l-Unjoni Ewropea.Hemm żewġ pajjiżi oħra biss fil-Commonwealth
bħalna, li huma Ċipru u l-Ingilterra u allura pajjiżna għandu rwol
partikolari fil-mument partikolari.Naħseb illi għar-rigward ta’ sustanza u b’tema politika, l-issues ta’ globalizzazzjoni u immigrazzjoni irregolari, se jkunu
temi importanti li se jolqtu lilna direttament, kif ukoll naturalment
dwar aspetti ta’ sigurta' u terroriżmu u suġġetti oħrajn li se
jkunu suġġett ta’ l-aġenda importanti li se ssir.
Immedjatament li jispiċċa ċ-CHOGM,
ftit sigħat wara, inkun irrid nattendi summit li se jsir f’Barċellona, għall-għaxar anniversarju tal-Euromed.U anke dik se tkun okkażjoni hemmhekk illi wieħed jerġa’
jitkellem dwar is-sitwazzjoni f’dan ir-reġjun li hija ta’ interess
għal pajjiżna.Pajjiżna
jiżviluppa u jimxi 'l quddiem jekk ir-reġjun tal-Mediterran
jistabbilizza ruħu u allura l-kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi
oħrajn fil-Mediterran hija xi ħaġa li hija ta’ interess għalina.
Dik kienet l-introduzzjoni.Issa nagħmlu bħal ma nagħmlu s-soltu, jekk jogħġobkom
mistoqsija waħda kull wieħed, imbagħad nistgħu nagħmlu iktar minn round
wieħed.
Julia Farrugia – One
News
Iktar kmieni semmejt lill-ħaddiema
tad-Denim.Gvern
Nazzjonalista kien ta garanzija lil dawn il-ħaddiema, quddiem
sitwazzjoni fejn anke l-ħaddiema nfushom, 850 ħaddiema jħossuhom
ingannati.Kif tħossok int?
U t-tieni punt, b’rabta ma’
dawn l-istess ħaddiema, Austin Gatt u anke inti illum, irreferejt għall-fatt
illi dawn issa s-soluzzjoni għalihom għandha tkun l-ETC.Ma tħosshiex imma illi kumment bħal dan, li anke kif qed jgħidu
l-ħaddiema, iħossuhom urtati, imweġġa’, f’mument delikat bħal
dan? Dawn il-loans ma naħsibx
illi ħalli jitħallsu jew ħa tgħajjex familji u tfal bl-ETC.
Prim Ministru
Is-sitwazzjoni tad-Denim, kif għidt
diġa', ilna ngħiduha u l-kummenti tagħhna, mhux fil-konfront
tal-kumpanija tad-Denim, imma fil-konfront tas-settur tal-manifattura
kollha.L-istrateġija tagħna,
tul is-snin li għaddew, mill-1987, tal-Gvern immexxi mil-Partit
Nazzjonalista kienet mill-ewwel indirizzata lejn trasformazzjoni ta’
l-ekonomija ta’ pajjiżna.Trasformazzjoni
ta’ din l-ekonomija biex tinbidel minn waħda li kienet tiddependi
mill-fabbriki illi qegħdin, minn setturi li konna nafu li se jiffaċċjaw
kompetizzjoni enormi, għal trasformazzjoni ta’ ekonomija li
tiddependi ħafna iżjed fuq il-qasam tas-servizzi.Però wkoll fuq il-manifattura, it-tip ta’ manifattura illi
jkollha l-valur miżjud u li tkun tista’ tikkompeti bil-ħiliet kollha
illi l-ħaddiema Maltin huma kapaċi illi jipprovdu.
L-istrateġija wettaqnieha, u tul
medda ta’ ħmistax-il sena ttrasformajna l-ekonomija tagħna u għadna
fil-proċess ta’ trasformazzjoni.Il-fatt illi fil-qasam tal-manifattura qed ikollna suċċessi
sostanzjali għal dak li għandu x’jaqsam ma’ fabbriki li ġew hawn
Malta,u li għadhom qed jiġu.Hemm oħrajn li fetħu riċenti u oħrajn li se jiftħu fix-xhur
li ġejjin fl-oqsma differenti, u mhux biss tal-farmaċewtika, li huwa
l-iktar settur li bħalissa qiegħed jurina sinjali pożittivi.Però anke f’oqsma oħrajn.Fabbriki illi qegħdin fil-qasam ta’ l-informatika, tat-teknoloġija,
ta’ l-inġinerija, fejn pajjiżna qed jipprovdi prodott li huwa
kompetittiv fid-dinja tal-lum, għaliex għandna ħiliet kbar fost il-ħaddiema
li dawk il-ħiliet jippermettulna nirbħu l-kompetizzjoni.
Però mill-bidunett konna għidna u konna nafu illi l-oqsma
tal-manifattura, iż-żraben u fit-tessuti, ħa jiffaċċjaw
diffikultajiet kbar.Naturalment
dan ma jfissirx illi tabbandunahom, imma bqajna ngħinu sal-massimu
possibbli kif stajna lil dawn il-fabbriki.Imma tul is-snin li għaddew kellna numru sostanzjali ta’
fabbriki, illi kienu qegħdin fil-qasam tat-tessuti, għalqu, il-ħaddiema
spiċċaw, ġew issensjati imma bħalma tafu l-ħaddiema li ġew
issensjati, fil-maġġoranza kbira tagħhom sabu xogħol alternattiv.Tant hu hekk illi llum ir-rata tal-qagħad f’pajjiżna qiegħed
fost l-inqas waħda li teżisti fl-Unjoni Ewropea u fost l-inqas li
kellna f’dawn l-aħħar għaxar snin jekk tħalli barra l-2000, għax
is-sena 2000 kienet ukoll sena tajba ħafna.
Issa l-fatt li għandna din ir-rata
ta’ qagħad baxxa f’pajjiżna huwa sinjal tajjeb ħafna, għaliex
irrid infakkar illi l-Gvern qed jiffriża sa fejn hu possibbli l-impjieg
miegħu.Filwaqt, illi kieku
l-Gvern kompla jimpjega bir-ritmu li kien jimpjega qabel,il-qagħad kien jonqos iżjed.Kien hemm anke setturi fil-privat illi introduċew skemi ta’
rtirar kmieni u allura lliberaw is-suq tax-xogħol mijiet kbar ta’ ħaddiema
li ġew assorbiti mis-suq tax-xogħol.Dan ifisser illi l-ekonomija tagħna qiegħda tiġġenera
postijiet tax-xogħol.
Inti semmejt l-ittra li kienet inkitbet lid-Denim.L-ittra li nkitbet lid-Denim u nkitbet lis-setturi oħrajn
tal-manifattura, mhux lid-Denim biss, kienet inkitbet għax kien hemm
min kien qiegħed jiżgwida lill-poplu tagħna u kien qiegħed jgħid li
bid-dħul ta’
Malta
fl-Unjoni Ewropea, dawn il-fabbriki se jagħlqu.U l-Kap ta’ l-Oppożizzjoni, jiena niftakru fil-mass meetings, isemmi lista twila ta’ kumpaniji li kienu se jagħlqu
u kulħadd iċapċaplu.Għaliex
kien qed jgħid li s-sħubija ta’ l-Unjoni Ewropea se tagħlaq lil
dawn il-kumpaniji, mentri aħna konna qegħdin nispjegaw illi s-sħubija
tagħna fl-Unjoni Ewropea kienet se tfisser illi l-ewwelnett, is-suq ta’
l-Unjoni Ewropea jkun miftuħ bla ostakoli ta’ xejn għall-fabbriki
kollha ta’ pajjiżna, u t-tieni, l-Unjoni Ewropea għandha ftehim mal-kontinenti
kollha, mal-pajjiżi kollha madwar id-dinja tista’ tgħid, illi huwa
ftehim illi jippermetti l-prodott magħmul fis-suq Ewropew ikun jista’
jidħol f’dawn is-swieq.Allura
kien se jfisser illi bis-sħubija aħna stess nirkbu fuq dawn l-agreements
li l-Unjoni Ewropea stess kienet innegozjat ma’ pajjiżi oħrajn.U dik l-ittra kienet tfisser, kienet qiegħda tipprova tneħħi
mill-imħuħ tan-nies, il-gidba li kienet se tiġi mressqa fil-kampanja
għar-referendum ta’ l-Unjoni
Ewropea, li kienet il-gidba illi jekk nissieħbu fl-Unjoni Ewropea
il-fabbriki tagħna jagħlqu.
Però, dik ma kienetx tfisser illi l-fabbriki tagħna ma
kellhomx jiffaċċjaw ukoll l-isfida taċ-Ċina.Jekk hawn xi ħadd f’pajjiżna illi jaħseb illi aħna l-uniku
pajjiż fid-dinja kollha illi nistgħu nipproteġu lilna nfusna mill-kompetizzjoni
li għandna, mhux biss fiċ-Ċina, imma anke mit-Tuneżija, mill-Marokk,
fejn diġa' ċċaqalqu numru ta’ kumpaniji minn pajjiżna u marru
hemmhekk, anke qabel ma sseħibna fl-Unjoni Ewropea, allura jiena ngħid
illi min qed jipprova jagħmel dan l-argument qiegħed jisfrutta lil
dawn il-ħaddiema li bħalissa qegħdin f’mument diffiċli ħafna.Il-Gvern huwa konxju mid-diffikultajiet ta’ dawn il-ħaddiema u
kull meta ħaddiem ikun xi jkun, jista’ jkun wieħed u jista’ jkunu
850, jistgħu jkunu iżjed minn hekk, wieħed jiffaċċja sitwazzjoni ta’
theddid għax-xogħol tiegħu.Jiġifieri
li x-xogħol tiegħu hemm il-periklu li jintilef, hemmhekk aħna mhux
kwestjoni li ninkwetaw.Nibdew
il-mekkaniżmi kollha li hemm bżonn biex ngħinu.
Irrid ngħid illi din il-kumpanija ilna ngħinuha, nirrepeti,
għal dawn l-aħħar xhur.Din
il-kumpanija għandha tagħti ammonti kbar ta’ flus lill-Gvern u aħna
ħadna inkonsiderazzjoni s-sitwazzjoni tagħha.Jekk xi ħadd jgħid li dan il-Gvern m’għenx lil din
il-kumpanija allura qiegħed jgħid xi ħaġa żbaljata.Però qed ngħinuha kif għandu jkun, mhux ngħinuha bi tbażwir,
kelma li ntużat mill-Kap ta’ l-Oppożizzjoni l-bieraħ, illi skond hu
aħna f’pajjiżna rridu nbażwru biex nimxu 'l quddiem.Din hija skandaluża, dan l-istatement,
ma naqbilx assolutament.Turi
nuqqas ta’ serjeta' mill-kbar, itellef il-kredibilita' ta’ pajjiżna
u Alla ħares dak il-messaġġ b’xi mod jew b’ieħor, jasal għand
investituri oħrajn jew inkella għand min iħares lejn pajjiżna bħala
pajjiż serju u jkun imħajjar biex jinvesti.Jiġifieri jisma’ xi ħadd li qed jippretendi li jkun xi darba
Prim Ministru, li jgħid illi huwa jmexxi l-pajjiż u juża t-tbażwir
biex jindirizza l-problemi f’pajjiżna.
Ma naqbilx illi l-ETC hija xi ħaġa li aħna qisna mhu qed
noffru xejn.L-ETC għandha
r-riżorsi kollha, inkluż miljuni ta’ liri illi qed jitpoġġew għad-dispożizzjoni
ta’ l-ETC mill-Unjoni Ewropea, apposta, biex hi tgħin lill-ħaddiema
li jintlaqtu minn dawn is-sitwazzjonijiet.Huwa l-aħjar u l-iktar mod effettiv kif nistgħu ngħinu lil
dawn il-ħaddiema biex jekk għandhom bżonn taħriġ biex isibu
postijiet alternattivi, dak it-taħriġ nagħtuholhom u nagħtuhulhom
malajr biex għal dak li għandu x’jaqsam ma’ postijiet tax-xogħol,
illi jitfaċċaw fuq is-suq tax-xogħol, malajr kemm jista’ jkun, dawk
il-postijiet jiġu identifikati jekk ikunu adattati għall-ħaddiema
illi jkunu milqutin.
Charles Muscat – In-Nazzjon
Prim Ministru, għadek kif semmejt li l-Gvern laħaq il-miri
li stabbilixxa għal din is-sena. Kemm tara li l-Gvern, immexxi minnek,
ikun kapaċi li, kemm is-sena d-dieħla, kif ukoll fis-sentejn illi ġejjin
u aktar tard, jibqa’ jżomm mal-miri li jistabbilixxi?
Prim Ministru
Jiena kunfidenti ħafna illi dak li rnexxielna nagħmlu s-sena
illi għaddiet, u dak li se jkun irnexxielna nagħmlu din is-sena
jirnexxielna nagħmluh is-sena d-dieħla. Jiġifieri li nilħqu l-miri
finanzjarji kollha, inkluż ukoll il-miri ta’ tkabbir ekonomiku illi aħna
nkunu poġġejna għalina nfusna.
Jiena ottimist illi dan jista’
jsir. Jien naf għaliex l-interess ta’ investiment f’pajjiżna qiegħed
hemm. Ikun hemm affarijiet illi naturalment trid tistenna sakemm jiżviluppaw,
però l-interess ta’ l-investiment f’pajjiżna qiegħed hemm u qiegħed
hemm bil-kbir. U allura jien ottimist illi pajjiżna se jiġbed lejh
investimenti ġodda. Pajjiżna se jkun kapaċi wkoll ikompli l-proċess
biex is-sena d-dieħla nakkwistaw mira li ilha taħrab lil pajjiżna għal
numru ta’ snin, u cioé illi nniżżlu d-defiċitta’ pajjiżna taħt it-3%. Din hija mira kruċjali, illi
determinati illi nilħquha għaliex hija importantissima għal ekonomija
ta’ pajjiżna.
Jiena rrid, forsi jekk
tippermettuli nagħmel, nuża dan l-argument, għax kultant meta
nitkellmu fuq id-defiċit ma nispjegawx biżżejjed li d-defiċit hija
xi ħaġa marbuta mal-ħajja tagħna ta’ kuljum. Tolqot lill-ħaddiema
tagħna direttament. Tolqot lill-familji tagħna direttament. Tolqot
lill-pensjonanti tagħna direttament u nispjega kif.
Pajjiż illi għandu d-defiċit
illi jitlaq jiġri, ma jkunx pajjiż attraenti għall-investiment. Pajjiż
illi għandu qagħda fiskali soda, b’defiċit konsistentament illi
jkun taħt il-livelli normali taħt il-livelli ta’ 3%, huwa pajjiż
attraenti għall-investiment. Għax l-investitur irid ikun jaf li sejjer
f’pajjiż fejn hemm Gvern illi għandu kontroll sħiħ fuq il-qagħda
fiskali, u mhux jivvintaluxi
taxxa sempliċament biex dik it-taxxa timlielu l-vojt tad-defiċit. Din
hija importantissima.
Jiena għadni kemm lestejt it-tieni budget tiegħi. Il-proċess tal-budget
illi kien ir-riżultat ta’ konsultazzjoni wiesa’ u rrid ngħid illi
kien hemm numru ta’ nies, uħud minnhom kitbu anki fl-artikoli illi
kienu qed jimbuttaw il-Gvern biex jaħseb f’xi soluzzjonijiet ta’ xi
taxxa ta’ waħda ta’ darba fuq xi setturi illi sejrin tajjeb. F’dak li jissejjaħ windfalltax. Il-messaġġ
illi ridna mmexxu bħala Gvern huwa illi pajjiżna huwa Gvern illi miexi
bi programm, qed jilħaq il-miri tiegħu, u m’għandniex bżonn illi
noqogħdu nagħmlu miżuri ta’ eċċezzjoni biex aħna nilħqu l-miri
tagħna. U dan huwa l-aktar messaġġ b’saħħtu illi nistgħu nibagħtu
lil min huwa interessat biex jinvesti f’pajjiżna.
Issa, inutli noqogħdu nagħmlu
ħafna diskorsi politiċi. Il-postijiet tax-xogħol jinħolqu f’pajjiżna
billi jiġi l-investiment lejn pajjiżna. Mela d-defiċit u l-post tax-xogħol
marbutin illi nilħqu t-targets
tad-defiċit tagħna huwa wieħed mill-ingredjenti l-aktar importanti
biex ngħinu liż-żgħażagħ il-ġodda illi deħlin fid-dinja tax-xogħol,
isibu xogħol. Però anki biex ngħinu lil min jintlaħat ħażin, bħalma
qed jintlaqtu ħażin il-ħaddiema tad-Denim.
Tolqot direttament lill-familji
tagħna, għaliex jekk id-defiċit ma tikkontrollahx il-Gvern ikun irid
jieħu miżuri illi jagħmel tajjeb għal dak id-defiċit. Jiena wkoll
f’dawn il-ġranet kelli l-okkażjoni illi nerġa’ naqra mill-bidu sa
l-aħħar il-BudgetSpeech li kien sar mill-Ministru ta’ dak iż-żmien Leo
Brincat f’Novembru ta’ 1997, għas-sena 1998. Jien nistidinkhom erġgħu
aqrawh. Erġgħu aqrawh, għax il-lista twila, enormi ta’ taxxi li ġew
imħabbra f’dak il-budget
kienu rekord assolut, ma kien hemm ebda budget
ieħor illi kien introduċa dak il-livell ta’ taxxi fuq il-livelli
kollha. Apparti ż-żidiet fenomenali tad-dawl u l-ilma li kienu tħabbru
ma’ dak il-budget. Dak hu xi jkollu jagħmel min jispiċċa b’defiċit li dak
iż-żmien kien jiġi pproġettat illi se jkun Lm125,000,000 għas-sena
1997. U d-defiċit allura għas-sena 1998 intkom tafu bil-Lm150,000,000.
U allura l-kwistjoni ta’ defiċit
hija marbuta wkoll ma’ kif nintlaqtu fil-ħajja tagħna, mill-familji
tagħna, mill-pensjonanti tagħna, minn dawk kollha, għaliex la darba
jkollok Gvern li mhux kapaċi jsib irkaptu tad-defiċit,dak il-Gvern bilfors ikollu jirrikorri għal taxxi biex isolvi dik
il-problema. Bħalma stajtu tinnutaw, u nirrikonoxxi illi aħna introduċejna
s-surcharge din is-sena,
introduċejnieha din is-surcharge mhux
biex nagħmlu tajjeb għad-defiċit.
Importanti illi dan nemfasizzah. Iż-żieda fis-surcharge
ma sarx għaliex ma lħaqniex il-miri tagħna tad-defiċit. Iż-żieda fis-surcharge
saret għaliex il-prezz taż-żejt bejn Awissu u Settembru miss
b’livelli rekord u hu proġettat li jkompli hekk matul ix-xhur illi ġejjin.
U għalhekk biss aħna żidna s-surcharge.
Li kieku l-livell taż-żejt baqa’ fuq l-istess livell li kien
meta aħna introduċejna s-surcharge
l-ewwel darba s-sena illi għaddiet bi 17%, aħna ma kienx ikollna għalfejn
nerġgħu nżidu dan is-surcharge.
Mela s-surcharge daħal mhux biex nagħmlu tajjeb għad-defiċit,għad-defiċit ilħaqna l-miri kollha, bir-riżultati kollha. Is-surcharge
daħal għaliex pajjiżna, bħal bqija tad-dinja kollha, qed jiffaċċja
problema li ġejja mill-prezz taż-żejt. U naħseb illi rridu nippustaw
il-kuntest ta’ budget,
ta’defiċit, ta’ kontijiet tad-dawl u ta’ l-ilma f’din id-dimensjoni.
Jekk allura twarrab is-surcharge
għaliex dik qed tindirizza problema partikolari, il-budget
illi aħna introduċejna ma kien fih ebda taxxa oħra. Dan għaliex? Għaliex
qed jirnexxielna nirbħu l-miri finanzjarji kollha illi aħna
stabbilejna għalina nfusna.
Mhux meritu tagħna biss, meritu
ta’ kulħadd. Meritu ta’, iva wkoll, is-saġrifiċċi li jagħmlu l-familji
Maltin għaliex fil-budget
tas-sena illi għaddiet, dak in-nhar bl-aktar mod apert konna introduċejna
t-taxxi. Żidna t-taxxa fuq is-safar. Introduċejna t-taxxa fuq il-mobile phones, jiġifieri ħadna miżuri s-sena li għaddiet. Is-saġrifiċċju
kien saġrifiċċju illi refgħu l-poplu kollu. Però llum nistgħu ngħidu
illi dak is-sagrifiċċju ma kienx għalxejn.
Tfajna t-taxxa tan-nies
f’sistema illi llum il-ġurnata jippermettulna illi, mhux biss niftaħru
illi t-targets tad-defiċit
milħuqin, imma anki niftaħru illi qegħdin ninvestu fl-oqsma l-oħrajn
importanti għal pajjiżna - l-edukazzjoni u l-ambjent.
Kurt Sansone - Maltatoday
Fil-budget hemm item
partikolari taħt ‘Miscellaneous
Receipts’ li s-sena d-dieħla l-Gvern qed jipproġetta illi jdaħħal
ammont sostanzjali minn Sale of
Public Land, skond l-item.
Forsi
tista’ tindikalna liema huma dawn, u l-artijiet pubbliċi illi l-Gvern
bi sħiebu jneħħi jew ibiegħ is-sena d-dieħla.
U mill-impenji illi semmejt int,
fil-ġimgħa ta’ qabel il-budget
kellek impennji uffiċjali darbtejn barra minn Malta. Is-soltu l-ġimgħa
ta’ qabel il-budget tkun il-ġimgħa
fejn il-Ministru tal-Finanzi jinqafel ġo kamra u ma jara ’l ħadd. Taħsibx
illi wasal iż-żmien illi l-portfolio
tal-finanzi jgħaddi għand xi ħadd ieħor, anki minħabba impenji uffiċjali
li qed ikollok bħala Prim Ministru, bħala Ministru tal-Finanzi, jiġifieri
anki fiżikament kif qed tlaħħaq maż-żewġt portfolios.
Prim Ministru
Tal-Miscellaneous Receipts, is-sena d-dieħla se jkollna żgur l-artli għandna ta’ Tigné li hija parti mill-assets
ta’ l-AirMalta, illi parti minnha trid tmur għand l-AirMalta però
parti l-oħra għand il-Gvern. Hemm
naturalment imbagħad il-Lands
Department ikollha diversi artijiet oħrajn illi hemm art kbira illi
aħna nafu illi ħarġu d-development
briefs. Jiena semmejt illi fil-budget
id-development briefs li ħarġu l-artijiet u dawk partikolarment ta’
Tignè bis-saħħa ta’ dak id-development
brief issa se nkunu nistgħu npoġġuha fuq is-suq. Dik għandu
jkollha valur sostanzjali, dik l-art.
Irrid nagħmilha ċara, dak id-dħul ma jidħolx biex jagħmel
tajjeb għal spiża rikorrenti tal-Gvern. Jiġifieri aħna meta nieħdu
l-estimi tagħna, id-dħul illi jsir mill-kapitali ma jmurx biex jagħmel
tajjeb għal spiża rikorrenti tal-Gvern. Fil-fatt iċ-ċifra li jiena
tagħtini sodisfazzjon u tinkoraġġini ħafna għal quddiem hija illi
jekk taqta’ barra l-ispiża kapitali tal-Gvern, l-ispiża tal-Mater
Dei, l-ispiża kapitali kollha, għax dawk spiża ta’ kapitali xi
darba tagħlaqhom jekk il-Bambin irid. Mater Dei f’2007 jagħlaq. Mhux
se nibnu sptar ieħor, meta jagħlaq dak din is-sena jekk infaqna
Lm40,000,000 fil-Mater Dei m’aħniex se nonfqu Lm40,000,000 kull sena.
Malli tlesti tkun lestejt.
Mela jekk taqta’ barra l-kapital kollu u jekk taqta’
barra d-dħul kapitali wkoll ta’ dan ix-shareholding
u tieħu biss dak li huwa biss purament rikorrenti. U bħala rikorrenti
fil-kalkolu jiena ndaħħal ukoll il-flus illi qegħdin nirċievu minn għand
l-Unjoni Ewropea. Iċ-ċifra llum turina surplus
ta’ Lm60,000,000. Dan meta fi żmien Dr Sant iċ-ċifra kienet minus
xi Lm6,000,000 jew Lm7,000,000. Jiġifieri r-recurrent
expenditure f’dak iż-żmien, l-ispiża rikorrenti kienet qed tkun
akbar mid-dħul rikorrenti. U dik hija l-agħar scenario
li jista’ jkollok. Dan ifisser li s-self li jkollok tissellef biex tagħmel
tajjeb għal dik id-differenza, qed tissellfu biex tiekol. L-ispiża ta’
kuljum, l-ispiża rikorrenti jfisser il-pagi, il-pensjonijiet, ifisser
il-benefiċċji soċjali, dak li jfisser.
Illum iċ-ċifri qegħdin juru
illi aħna għandna bilanċ favorevoli fuq l-ispiża rikorrenti ta’
Lm60,000,000 li tinkludi wkoll flus li ġejjin mill-Unjoni Ewropea. Dak
hu sinjal pożittiv ħafna li juri illi għandna finanzi illi huma sodi
u li malli nlestu allura mill-proġetti kapitali illi aħna għandna in-the-pipeline
dak joħroġ ammonti sostanzjali li nkunu nistgħu nitfgħuhom skond
il-prijoritajiet fejn jidhrilna aħna huma l-prijoritajiet ta’ pajjiżna.
Dwar tal-finanzi. L-ewwelnett,
din is-sena għamilna xi ħaġa ġdida illi qabel qatt ma kienet saret.
F’Lulju ppubblikajna pre-Budget
document, u jien nerġa’ nistieden lil kulħadd, min jerġa’
jaqra l-pre-Budget document isib il-pedament kollu ta’ dan il-budget.
Bid-data, bl-istatistika, li kienet qed tirriżultana dakinhar. L-interpretazzjoni
ta’ dik l-istatistika u bil-linja illi konna qegħdin naraw quddiemna.
Dakinhar konna diġà indikajna, allavolja kien Lulju u l-prezz taż-żejt
kien ogħla minn dak li konna bdejna bih matul is-sena, però kien inqas
minn dak li imbagħad tfaċċa f’Awissu u Settembru. Però diġà fil-pre-budget,
konna għidna illi l-prezz taż-żejt hija xi ħaġa illi qed tinkwetana
u li jista’ jkollha effett negattiv fuq l-ekonomija, u jista’ jkun
ukoll fuq affarijiet oħrajn. Issa inti għidtli isma, dan l-impenji
kollha li kellek, wasal iż-żmien illi titlaq il-portfolio
minn taħt idejk?
Kieku ma rnexxiliex nasal, kieku
kont ngħidlek iva. Imma jiena rnexxieli nattendi dan kollu u nippreżenta
baġit, u naħseb illi kien baġit tajjeb. Naħseb illi nilħaq it-targets kollha illi stabbilejt u allura ngħid m’hemm l-ebda raġuni
għaliex nitlaq il-portfolio
tal-Finanzi minn taħt idejja.
Charlot Zahra – The
Malta
Independent on Sunday
Bħalissa fadal żewġ skadenzi illi ilhom daqsxejn illi
skadew fil-fatt. Il-ħatra tal-Kummissjoni Elettorali u l-ħatra
tal-Bord ta’ l-Awtorità tax-Xandir, x’inhuma l-aħħar żviluppi
dwar dan?
Prim Ministru
Naħseb mhux Kummissjoni Elettorali ridt tgħid imma
l-Ombudsman. Iva, ara fuq l-Ombudsman ilna niddiskutu mal-Kap ta’ l-Oppożizzjoni,
kif jien obbligat illi nagħmel fil-Kostituzzjoni u anki għaliex l-għażla
ta’ l-Ombudsman trid l-appoġġ ta’ żewġ terzi fil-Parlament.
Ilna niddiskutu mill-bidu ta’ din is-sena, f’mument
minnhom ma wasalniex u l-Kap ta’ L-Oppożizzjoni kien għamel proposta
illi minflok li nkomplu nitkellmu jien u hu, ninnominaw delegazzjoni ta’
tlieta
minn
nies jiena, u hu jinnomina delegazzjoni ta’ tlieta
minn
nies hu, u nħallu f’idejn iz-żewġdelegazzjonijiet biex jitkellmu.
Jiena għalkemm irrid nammetti illi kont xettiku fuq dan, għaliex
jiena deherli illi jekk ma naslux jiena u l-Kap ta’ l-Oppożizzjoni,
id-delegati tagħna wkoll mhux se jaslu. Però, biex inkun ippruvajt
kollox, anki naċċetta suġġeriment tal-Kap ta’ l-Oppożizzjoni, aċċettajt
illi ninnomina delegazzjoni, li kienet magħmula mill-Viċi Prim
Ministru, mill-Ministru Louis Galea u
minn
Mario Galea illi huwa l-Whip
tal-Gvern u l-Kap ta’ l-Oppożizzjoni nnomina wkoll id-delegazzjoni
tiegħu.
Matul ix-xhur tas-sajf iltaqgħu diversi drabi, eventwalment
spiċċaw tkellmu wkoll il-viċi Prim Ministru Tonio Borg mad-Deputy Leader tal-Partit ta’ l-Oppożizzjoni l-Onor. Charles
Mangion, u semmew diversi ismijiet u dawn l-affarijiet kollha però
s’issa għadna ma wasalniex fuq persuna li hemm il-qbil fuqha.
Dwar il-Broadcasting
Authority, ukoll aħna bi qbil mal-Kap ta’ l-Oppożizzjoni konna
estendejna l-perijodu n-nomina taċ-Chairman
tal-Broadcasting Authority, li
però skadiet issa ġimgħatejn ilu. Ġħadni qiegħed f’pożizzjoni
illi qegħdin jikkonsultaw il-Viċi Prim Ministru ma’ l-Onor. Charles
Mangion fuq isem. Issa fuq iċ-Chairman
tal-Broadcasting Authority, il-Kostituzzjoni tobbligani illi nikkonsulta,
imbagħad jiena għandi d-dritt illi nieħu d-deċiżjoni. Però nibqa’
nagħmel l-isforz biex nippruvaw ikollna l-qbil bejn iż-żewġ naħat
fuq dawn il-karigi.
Jekk il-qbil mhux se jintlaħaq fuq il-Broadcasting Authority, allura l-Gvern imexxi fid-deċiżjoni tiegħu.
Nibgħu nittamaw illi imbagħad tinstab soluzzjoni eventwalment ta’
l-Ombudsman. Però biex tinstab soluzzjoni għal Ombudsman kif għidt diġà
rridu żewġ terzi tal-voti fil-Parlament, allura jrid ikun hemm bilfors
il-kunsens ta’ l-Oppożizzjoni.
Herman Grech – The
Times
Prim Ministru, żewġ affarijiet l-ewwelnett biex inkompli
mad-domanda ta’ Charlot. Dan l-aħħar issemma l-isem taċ-Chairman tal-Broadcasting
Authority li jista’ jkun the
next Ombudsman. Issa kien hemm Alfred Sant forsi ma tantx kien clear fuq jekk jaqbilx jew le ma din in-nominazzjoni. Intkom xi ħjiel
għandkom fuqu? Jiġifieri he
could be the nextOmbudsman?
It-tieni domanda, naħseb xi ħaġa illi kulħadd huwa
kuntent biha bħalissa huwa r-rata tax-xogħol, embellishment
inkredibbli bħalissa jiġifieri. Ħafna nies huma ovvjament xettiċi jaħsbu
illi malli jaqa’ s-siparju tal-Commonwealth
se jieqaf kollox. Inti tista’ tagħti garanzija illi x-xogħol se
jibqa’ għaddej?
Prim Ministru
Jekk tippermettuli fuq l-ewwel
mistoqsija ma nixtieqx insemmi ismijiet la darba għadna qed
nikkonsultaw jiena u l-Kap ta’ l-Oppożizzjoni u d-delegati tagħna
qed jistennew l-ismijiet u b’rispett siegħa għall-konsultazzjoni
illi għaddejja u siegħa għal individwi ma jidhirliex illi għandi la
nikkonferma u lanqas niċħad, u lanqas nikkummenta fuq ismijiet.
Huwa proċess importanti għal
pajjiżna, u naħseb illi għandi d-dover, għandi r-responsabbiltà
illi dak il-proċess nirrispettah bit-tama illi naslu f’pożizzjoni. U
allura minix se nirrispondi għall-mistoqsijiet illi jsemmu ismijiet jew
li jridu xi kummenti minn għandi dwar l-ismijiet.
Dwar ix-xogħlijiet fit-toroq. L-ewwelnett ħa nagħmluha ċara,
ix-xogħlijiet illi għaddejjin fit-toroq, il-maġġoranza m’għandhom
x’jaqsmu xejn maċ-CHOGM. Dawn ġew ippjanati anki erba’ snin ilu.
Xogħlijiet tal-protokoll Taljan bdejna nippjanawhom meta lanqas konna
nafu illi ċ-CHOGM ġej Malta, kien għadu se jsir iċ-CHOGM ta’
Abuja, meta konna qegħdin nippjanaw kif se nużaw il-Finanzi mill-ħames
Protokoll Taljan.
U allura min illum qiegħed jgħidilna illi għamilna t-toroq
dan kollu biex nogħġbu r-Reġina, jew inkella l-Commonwealth Heads of Government qed jgħid xi ħaġa kompletament
żbaljata, għaliex mhux hekk. Mela t-toroq il-ġodda illi aħna għamilna
bl-istandards li għamilna, għamilniehom
għaliex din kienet strateġija tal-Gvern apposta illi meta aħna għidna
li ridna ninvestu fl-infrastruttura ta’ pajjiżna, għal ħafna raġunijiet,
mhux biss għall-kwalità tal-ħajja imma anki għall-ekonomija tagħna,
għall-industrija tagħna. Dak għamilnieh bil-pjan li kien determinat.
Huwa veru wkoll illi x-xogħlijiet illi għaddejjin minn
Kastilja sa l-Airport però hu
relatat maċ-CHOGM iva. U dak irridu illi aħna nirranġaw fejn għandna
nirranġaw, ħlief il-parti li bħalissa qegħda ssir mit-triq ta’
Kastilja sal-monument tal-Gwerra. Dak kien proġett ippjanat. Maħsub
minn qabel. Ġie tajjeb għal maċ-CHOGM, però l-verità aħna li minħabba
l-Cruise Liner Business illi għandna
mal-Waterfront u għaliex nafu
illi minn hemmhekk jitilgħu mijiet kbar ta’ turisti bil-mixi. Ridna
illi t-triq kollha minn Kastilja li tibqa nieżla sal-Waterfront tkun triq illi tixraq li tkun denja l-entratura għall-Belt
u li t-turisti li jkunu telgħin japprezzawha.
U allura dik qed issir mhux esklussivament għaċ-CHOGM imma
kienet ippjanata għar-raġunijiet kompletament differenti. Naturalment
huwa tajjeb illi għaċ-CHOGM ukoll. Ix-xogħlijiet ta’ restawr li għaddej,
vera sar ir-restawr fil-Mediterranean
Conference Centre, fejn hu l-post fejn se jilqa’ ċ-CHOGM, però
anki dik importanti aħna l-programm illi għaddejjin bih fil-proġetti
ta’ restawr f’diversi inħawi f’pajjiżna anki f’ibliet, l-irħula,
il-proġetti li saru f’Paceville, il-proġett tal-Bajja ta’ San Ġorġ,
il-proġetti li għandna in thepipeline issa għall-bajja
ta’ Buġibba u għal bajjiet f’inħawi oħrajn ta’ Malta, il-fatt
illi għall-baġit tas-sena d-dieħla vvutajna Lm7,000,000 apposta biex
issa l-Ministeru responsabbli għat-toroq jiddedika li jkollu flus iżjed
biex jiddedika għat-toroq residenzjali. Jiġifieri fl-irħula u l-ibliet
tagħna fejn jgħixu n-nies, biex ma naħsbux biss fl-arterjali imma naħsbu
wkoll fit-toroq tar-residenti tagħna.
Dak juri illi din m’għandha x’taqsam xejn maċ-CHOGM;
dan huwa pjan dettaljat ħafna għaliex meta l-baġit tas-sena illi għaddiet
kien qal illi t-tliet pilastri huma l-ekonomija, l-edukazzjoni u l-ambjent,
fil-qasam ta’ l-ambjent, il-parti ta’ l-infrastruttura tat-toroq tagħna,
u l-mod ta’ kif nagħmluha dik l-infrastruttura, hija pilastru
importanti ta’ dik l-istrateġija illi aħna għandna għall-ambjent.
U meta ngħidu li rridu qabża ta’ kwalità biex ngħixu aħjar, dak
ifisser illi jinkludi wkoll l-investiment illi għamilna, qegħdin nagħmlu,
u se nagħmlu fil-qasam tat-toroq tagħna.
Jiġifieri l-garanzija illi nagħti huwa dak li hemm miktub
diġà fil-baġit, jiġifieri l-commitments
inkluż il-flus illi poġġejna aħna in
writing issa speċifikament biex ikomplu jsiru dawn il-proġetti.
Apparti illi nerġa’ nirrepeti r-ringrazzjament u l-apprezzament tiegħi
illi esprimejtu bil-miktub fid-diskors tal-baġit li l-ħaddiema tal-Public Works immexxija mill-Ministru Ninu Zammit illi dawn il-proġetti
kollha l-biċċa l-kbira minnhom qed jagħmluhom huma, qed jagħmluhom on
time qed jagħmluhom on budgetu qed jagħmlu xogħol li qed ikun apprezzat minn kulħadd.
U nerġa’ ngħid illi jekk taraw il-lista twila ta’ proġetti
illi għamlu ħafna minnhom, il-maġġoranza minnhom m’għandhom
x’jaqsmu xejn maċ-CHOGM.
Reno Bugeja – PBS
Prim Ministru, id-diskors tiegħek tal-baġit seta’ ġie
interpretat illi l-Gvern reġa’ għandu xire-thinking fuq is-sit
tal-korsa tal-golf, u x’inhi l-pożizzjoni tal-Gvern ukoll dwar wara
li ħarġet l-aħħar proposti li l-grupp ta’ ħidma fuq
il-pensjonijiet anki dik li llum ġiet irrappurtata fil-Ġens
illi r-rakkomandazzjonijiet huwa illi Malta tibda tilqa kwota ta’
500 immigrant fis-sena biex iżżid il-popolazzjoni tagħha. Ma nafx
jekk il-Gvern għandu xi pożizzjoni dwar dan.
Prim Ministru
Dwar il-golf course fid-diskors
illi jiena qrajt tal-baġit ridt nagħmel il-pożizzjoni ċara kif
dejjem kienet, imma ridt nagħmilha ċara issa għax qed isir ħafna
diskors u kulħadd jaħseb illi dan il-Gvern m’huwiex sensittiv għal issues,
mentri mhux hekk.
Aħna tlaqna mill-bidu nett u għidna, il-pajjiż għandu bżonn
illi jtejjeb il-prodott turistiku tiegħu. Jekk irridu nkunu
kompettittivi ma nistgħux fl-istess nifs ngħidu illi niddependu
mit-turiżmu u rridu nżidu l-kwalità ta’ turiżmu u n-numru ta’
turisti f’pajjiżna però kull darba illi nagħmlu ċaqlieqa biex
intejbu l-prodott nispiċċaw b’barrage ta’ kritika ġej
minn
dawk kollha illi ma jaqblux. Għaliex dawk li jaqblu mbagħad jibqu b’ħalqhom
magħluq ma jitkellmux. Allura tisma’ biss vuċi negattiva hemm barra
u tibda taħseb illi allura noqogħdu b’idejna fuq żaqqna u ma nagħmlu
xejn. Imma jekk toqgħod sejjer hekk, aħna meta bdejna naħdmu fuq it-toroq
arterjali kien hemm min iddejjaq mill-fatt, u jiena nifhem, illi għamilna
numru ta’ xhur bi trabijiet, bit- traffiku u dawn l-affarijiet kollha.
Il-verità le imma trid tgħaddi
minn
dak id-dwejjaq biex imbagħad ikollok prodott tajjeb.
Fil-każ tal-golf
course, jiena
minn
dejjem għamiltha ċara fil-waqt illi jiena mill-pariri kollha illi għandi,
anki mis-sens komun, jirriżultali illi l-prodott turistiku ta’ pajjiżna
jrid jitjieb u jinkludi wkoll golf
course oħra f’Malta u golf
course oħra f’Għawdex. Però hemm limitu għal dan l-argument.
Hemm linja li jien u l-Gvern tiegħi m’aħniex lesti illi naqbżuħ.
X’inhi din il-linja?
Il-linja hi illi aħna rridu golf course ma rridux żvilupp urbanistiku, ma rridux żvilupp ta’
vilel, ma rridux żvilupp illi jkun żvilupp ta’ villaġġ turistiku, golf
course irridu. Golfcourse illi tkun
vijabbli. Naċċetta illi golf
course biex tkun vijabbli jrid ikollha element ta’ żvilupp ta’
bini, però dak l-element m’għandux ikun hu l-prima
donna, il-prima donna jiġifieri
l-element importanti, għandu jkun il-golf
course u mhux hekk biss. Imma l-argument ta’ golf
course jrid ukoll jitpoġġa fil-kuntest ta’ ambjent illi aħna
rridu ntejbuh u rridu nagħmlu lil pajjiżna isbaħ, u allura l-golf course trid issebbaħ u mhux tkerrah, u mhux talli hekk. Il-golf
course trid toffri hi stess fl-inħawi ta’ madwara esperjenza
ambjentali, u mhux esperjenza ta’ dwejjaq ambjentali.
Dawn il-kriterji minix lest illi nagħmel kompromess fuqhom u
f’dan il-każ jekk jiriżultali illi dawn il-kriterji mhux se jintlaqgħu
allura jirbħu dawn il-kriterji u mhux jirbaħ il-prodott turistiku. Għaliex
inkunu qed nirrovinaw il-prodott turistiku tagħna jekk minflok li ħaġa
tajba illi hija golf course
nispiċċaw li nagħmlu żvilupp ta’ villaġġ turistiku illi
jiddispjaċini dak ma naqbilx żgur fis-sit fejn aħna pproġettajna.
Dawn huma l-kriterji, issa aħna kellna ħames siti, u l-ħamsa illi
huma ġew indikati bħala potenzjalment ideali għal golf courses. Ma eliminajna l-ebda waħda minnhom.
Ikkonċentrajna fuq dik li dehret l-aktar waħda vantaġġjuża,
għal ħafna raġunijiet inkluż il-fatt illi hemm medda art hemmhekk li
jinkludi proġett tal-Gvern illi huwa propjetà ta’ l-AirMalta però
li wkoll l-AirMalta ddikjarat li riedet tneħħi dak l-interess li għandha,
qed ngħid għal Ħal Ferħ, u allura l-formula bdiet tagħmel is-sens
minn diversi aspetti imma kien ċar mill-bidu nett illi aħna għidna
illi se nagħmlu l-istudji biex naraw jekk dan is-sit li kien is-sit
preferut jagħmilx sens u jekk jidħolx fil-parametri tal-kriterji li għadni
kemm semmejt.
Bħalissa għaddejjin l-istudji biex inkunu nistgħu niddeċiedu.
Jiena ma eliminajt xejn, u mhux qed nelimina l-ebda sit ieħor.
Hawn min għadu qed isemmi Pembroke. Pembroke jibqa’ sit interessanti
ħafna fejn wieħed jista’ jagħmel golf
course. Hawn min qed isemmi, il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni, isemmi l-Magħtab.
Jiena ma neliminax il-Magħtab. Id-diffikultà illi għandi fuq il-Magħtab
hija li l-esperti jgħidulna li biex jitneħħew il-gassijiet kollha u
l-elementi kollha f’dik is-sit iridu jgħaddu għaxar snin, ħmistax-il
sena. U jiena ma jidhirliex illi pajjiżna jista’ jistenna għal dan
is-snin kollha. U allura l-Magħtab mhix ikkunsidrata, però hemm l-options,
tajjeb.
Jien li nagħti garanzija hi li aħna
se nużaw il-pariri ta’ l-esperti kollha, kif ukoll is-sens komun biex
nieħdu l-aħjar deċiżjoni għal pajjiżna, u mhux deċiżjoni ta’
ebusija tar-ras jew deċiżjoni biex togħġob lil dak jew biex togħġob
lil ieħor, imma l-aħjar deċiżjoni għal pajjiżna. U niggarantixxi
dan lill-pajjiż, jien, illi finalment id-deċizjoni tista’ ma togħġobx
lil kulħadd però se tkun l-aħjar waħda għal pajjiżna.
Fuq il-pensjonijiet, dawn
il-proposti tal-ħames mitt ruħ u mhux ħames mitt ruħ, jiena naħseb
fuq il-pensjonijiet wasalna f’dan l-istadju.Sar ħafna
xogħol, smajna lil kulħadd, ħlief lill-Oppożizzjoni.Ippruvajna nisimgħuha, però ma nstema’ ebda ħoss, dawwarna
widnejna lejn l-Oppożizzjoni imma silenzju assolut.U allura ma nistgħux nibqgħu nistennew, il-pajjiż ma jistax
jibqa’ jistenna.Jiena
tajt ċifri fil-budgetspeech
fuq il-pensjonanti u n-numru ta’ nies li se joħorġu bil-pensjoni
din is-sena u s-sena d-dieħla.Huwa
numru li għandu jimpressjona b’mod qawwi lil kulħadd u għandu
jikkonvinċi lil kulħadd illi kull ġurnata li tgħaddi qiegħda
tkabbar il-problema u mhux iċċekkina.
Issa wasal iż-żmien illi ladarba kkonsultajna, la darba
ppubblikajna White Paper,
ippubblikajna l-konklużjonijiet, issa ppubblikajna r-reviżjoni
tal-konklużjonijiet, jiena naħseb illi iktar
minn
daqsekk ma nistgħux nagħmlu.Issa
wasal iż-żmien li ngħaddu għad-deċiżjonijiet. Fil-ġimgħat li ġejjin
il-Kabinett se jkun qed jieħu d-deċiżjonijiet.
Fil-fehma tiegħi, nispera kmieni
s-sena d-dieħla, nressqu l-abbozzi tal-liġi.
Sarah Suda – dive.com
Minn naħa għandna l-GWU li qed
jgħidu li ż-żieda ta’ l-għoli tal-ħajja mhux biżejjed, però n-naħa
l-oħra għandna ċ-Chamber of
Commerce, li l-bieraħ qalu li ż-żieda ta’ l-għoli tal-ħajja
ħa jkollha mpatt negattiv fuq il-kompetittivita’ tas-settur privat u
li mhix neċessarja.Inti
x’taħseb dwar dan?
Prim Ministru
Naturalment iż-żewġ naħat
jarawha mill-angolu tagħhom, sewwa jagħmlu, jiena nifimha u mhux qed
nikkritikahom, nifhem illi kulħadd jara mill-angolu tiegħu.Il-Gvern irid finalment jisma’ lil kulħadd u jieħu d-deċiżjonijiet.Jien nifhem il-punt li qed jagħmlu l-Kamra tal-Kummerċ u l-Federazzjoni
ta’ l-Industriji.Però r-risposta
hi, li aħna pproteġejna sa fejn stajna lill-industrija ta’ pajjiżna,
inkluż il-hotels, it-turiżmu,
għaliex żammejna capping, jiġifieri
massimu, li dak ifisser illi hemm numru ta’ kumpaniji ta’ sidien ta’
hotels, li suppost iħallsu ħafna,
ħafna iżjed però, mhux se jħallsu.
Issa mhux se jħallsu jfisser li
xi ħaddieħor se jħallsu!Dan
ma jfissirx illi issa mmorru mingħand min nixtru ż-żejt u ngħidulhom,
isma’, peress illi dawn għamilnielhom il-capping
u mhux se jħallsu, jekk jogħġobkom tiħdux il-flus lilna.Xi ħadd se jħallashom.U
dan ix-xi ħadd li se jħallashom huwa l-Gvern u l-poplu Malti.U se jħallashom il-poplu Malti biex nipproteġu l-postijiet tax-xogħol.
U allura filwaqt li nifhem
x’qed tgħid il-Kamra tal-Kummerċ, imma rrid ngħid illi pproteġejnieha.Apparti dan, il-kompetittivita' ta’ pajjiżna, teoretikament,
fil-prattika wieħed jista’ jagħmel argumenti, però t-teorija din
hi.Suppost li tjiebet bil-capping,
għaliex fabbriki oħrajn li jikkompetu magħna, f’pajjiżi oħrajn
fl-Ewropa u barra mill-Ewropa ma kellhomx Gvern li jagħmel il-capping.U allura ħallsu kollox.
Iż-żejt jekk għola, għola għalina
bħalma għola għalihom, għola bl-istess mod għalina u għola
bl-istess mod għalihom.Aħna
bil-capping li poġġejna,
tajna ħarira vantaġġ jekk trid taraha b’dan il-mod.Issa
nifhem illi l-argument finalment ifisser li din hi spiża extra
għall-operaturi illi ma kinux iħallsuha, ovvja din.Però r-risposta tiegħi bħala Gvern, bħala Kap tal-Gvern, din
hija - li pproteġejna sa fejn stajna lil dan is-settur għax nifhmu li
huwa settur illi qed jipprovdi l-postijiet tax-xogħol u rridu nipproteġu
l-postijiet tax-xogħol.
Mill-banda l-oħra, ridna wkoll intaffu l-impatt fuq
il-familji tagħna u allura dehrilna li kellna nagħmlu eċċezzjoni għar-regola
normali u noħorġu l-kumpens għall-impatt tas-surcharge fuq il-familji tagħna, inkluż, eċċezzjoni
oħra, għar-rigward tal-pensjonanti.Flok nagħtuhom żewġ terzi ta’ dan il-kumpens nagħtuhom dan
il-kumpens sħiħ u hekk fil-fatt se nagħmlu.
Nikol Baldacchino
– Il-Ġens
Inti għadek kif semmejt tal-pensjonijiet, kull ġurnata qed
toħloq problema, ilna seba’ snin li beda dan il-proċess.Ir-rapport isemmi n-nuqqas tal-popolazzjoni hux hekk? Tikkonsidra,
il-Gvern jikkonsidra, illi żżidu l-għajnuna biex tħeġġu iktar
familji jkollhom tfal?Bħalma
qed jagħmlu pajjiżi oħra bħal Franza?Reviżjoni taċ-children’s
allowance eċċ.
U l-oħra hija rigward kemm inti kuntent bix-xogħol li qed
isir mit-Tax Compliance Unit u
kemm inti kuntent bix-xogħol li qed isir mill-Enemalta
biex tiġbor il-miljuni li għandha ddaħħal? Ta’ djun fuq
il-kontijiet minn kumpaniji, anke mill-Gvern stess u anke minn ċittadini,
nies normali ?
Prim Ministru
L-ewwelnett fuq il-familji, biex il-familji jkollhom tfal.Din finalment hija dejjem deċiżjoni tal-koppja u jiena
personalment ma naħsibx li tista’ tikkonvinċi lid-dinja tal-lum,
lill-familji, billi żżidilhom iċ-children’s allowance.L-allowance
tgħin lill-familji, hija mibnija fuq test tal-mezzi u tgħin lil
dawk il-familji li għandhom bżonn.Naħseb illi għandha bżonn irfinatura, is-sistema ta’ children’s
allowance, għaliex ma tirrikonoxxix il-piż ikbar ta’ familji
b’numru ikbar ta’ tfal.Dan
li għandha, li hu ta’ min, meta l-pajjiż ikun jista’ jaffordja,
jerġa’ jħares lejn is-sistema taċ-children’s allowance u jtejjibha.
Jiena iktar nemmen illi nistgħu ngħinu lill-familji bil-miżuri
illi ilna ndaħħlu bil-mod il-mod, li jissejħu family friendly measures.U
billi nkomplu nipprovdu sistema edukattiva tal-Gvern ta’ l-ogħla
kwalita’. Għaliex qed
insemmi dawn?Għax jien
ukoll ġenitur u kelli t-tfal tiegħi żgħar.Meta kelli t-tfal tiegħi żgħar, naf li l-ikbar preokkupazzjoni
tal-ġenituri, minn mindu titwieled it-tarbija, kienet tkun l-iskola u
tkun ukoll kif se nlaħħaq?Jiena
kelli l-mara tiegħi taħdem ukoll u kif se tlaħħaq mad-dmir tagħha,
mat-trobbija tat-tfal u d-dmir tagħha fuq il-post tax-xogħol?Dak iż-żmien kienet iddeċidiet li tieqaf taħdem biex
tiddedika ħin lill-familja…imma dak iż-żmien kienu żmenijiet, qed
insemmi 27 sena ilu, meta ma kienx hawn il-miżuri li hawn illum, illi
jippermettulek, per eżempju l-parental
leave, u l-flexitime.
Illum għall-grazzja ta’ Alla,
pajjiżna żviluppa u rrid ngħid illi l-Gvern immexxi mill-Partit
Nazzjonalista kien pijunier fl-introduzzjoni ta’ diversi miżuri li
huma favur il-familja.Jiena
niftaħar illi meta konna ilna ħmistax-il sena niddiskutu fil-pajjiż
kif se ntejbu l-liġi tax-xogħol tagħna, ma nafx kemm il-konferenza
nazzjonali għamilna, il-famuża C.E.R.A., conditions
of employment regulations act, nirriformawha, nbiddluha, nirranġawha,
naġġornawha u dawn l-affarijiet kollha, jiena meta sirt Ministru għall-Politika
Soċjali, fil-Gvern ta’ l-1998, bdejt proċess u white
paper eċċ.Dan
finalment wassal għal-liġi ġdida tax-xogħol u dik il-liġi daħħlet
fil-liġi numru qawwi ta’ mizuri, li qabel kienu parti biss mill-collective
agreement tal-Gvern.Bir-riżultat
ta’ l-emendi fil-liġi ġdida tax-xogħol dawn, ġew issa
statutorjament bil-liġi mdaħħlin hemmhekk u qed jitgawdew minn
kwantita' kbira ta’ nies.
Jien personalment iktar nemmen
illi t-triq trid tkun din, li nirrealizzaw id-dinja tax-xogħol illum
kif inhi, kif qed issir, kif qed tinbidel, l-opportunitajiet li hemm,
il-flexitime, il-vantaġġ anke ta’ part-time.It-tip ta’ xogħol illi llum, hu iktar orjentat lejn
teknoloġija u allura tista’ tagħmlu anke mid-dar, iktar milli minn
fuq post tax-xogħol.M’għadniex
kif konna qabel, li tmur ġo fabbrika imma tista’ taqbad linja ta’
xogħol differenti li toffrilek il-possibbilita’ li tlaħħaq ma’
responsabbilta' tat-trobbija tat-tfal u familja u wkoll ma’
responsabbilta' fuq il-post tax-xogħol.Jien nemmen li dik hija t-triq.
Dwar it-Tax ComplianceUnit, qatt ma jien kuntent
bix-xogħol tat-Tax Compliance
Unit.Naħseb waħda
mir-regoli importanti ta’ kull politiku li jkun qiegħed f’pożizzjoni
ta’ responsabbilta' hija li ma jikkuntenta ruħu qatt.Jiġifieri anke li kieku jien kuntent mhux se ngħida, jien naħseb
dejjem hemm lok għal titjib u jidhirli illi anke t-Tax
Compliance Unit tista’ taħdem aħjar.Tatna riżultati, qiegħda tagħtina riżultati, però bħal
kollox fid-dinja hemm spazju għat-titjib fil-mod ta’ kif qiegħed jew
qiegħda taħdem.
U dwar l-Enemalta naħseb
nirrispondi bl-istess metodu. L-Enemalta
diġa’ ħadet miżuri biex tkun tista’ mhux biss tirkupra u tiġbor
l-arretrati li hemm, imma anke biex taqta’ s-serq u t-telf ta’ enerġija
li jkun hemm fis-sistema elettrika.Kuntent? Ngħidlek le.Fadal
ħafna iżjed x’isir u jidhirli jien, illi l-leakages
mis-sistema tagħna għadhom kbar u nistgħu nagħmlu iżjed biex
inkomplu nieħdu l-massimu possibbli tal-ġenerazzjoni ta’ elettriku
li aħna għandna.Anke l-Enemalta
jrid jasal iż-żmien li tgħaddi mill-proċess ta’ ristrutturazzjoni
u ta’ riforma ta’ l-organizzazzjoni tagħha, u dan se jiġri.Ibda biex, mill-bidu tas-sena d-dieħla se tiġri xi ħaġa li
bilfors li tkompli tpoġġi pressjoni, għax se tidħol kompetizzjoni
fis-suq tagħhna.
Se jkun hawn min jista’
jimporta f’pajjiżna ż-żjut u jista’ jiddistribwixxi u jikkompeti
ma’ l-Enemalta.Is-sitwazzjoni
ta’ monopolju esklussiv li l-Enemalta gawdiet għal tant snien,
partijiet minnha se jkun qed jispiċċa.Dan għandu jġib, bħalma ġabet il-kompetizzjoni f’oqsma oħrajn,
titjib fil-kwalita' tas-servizz tal-konsumatur u anke effiċjenza ogħla
minn naħa ta’ l-aġenzija stess, ta’ l-awtorita' tal-korporazzjoni
stess.
Owen Galea –
Union Press
Nerġa’
mmur lura għall-kwestjoni ta’ l-Ombudsman.
Jiena l-bieraħ kelli l-opportunita’
li nkellem lill-Kap ta’ l-Oppożizzjoni dwar din il-kwestjoni u
semmilli illi l-ballun jinsab f’saqajkom.Jiġifieri
tista’ tagħti indikazzjoni meta din l-istituzzjoni ħa jkollha chairman?Jien għandi wkoll informazzjoni fis-sens, tal-Broadcasting
Authority u kemm ukoll l-Ombudsman.Qalli wkoll li hemmhekk hemm nies qed jagħmlu l-ilmenti tagħhom
u nafu illi d-deċiżjonijiet ma jistgħux jittieħdu.Jiġifieri kull min qed jagħmel l-ilmenti għand l-Ombudsman
qiegħed isib bieb magħluq, literalment.
Kwestjoni oħra, mistoqsija oħra, semmejt fuq In-Nazzjon
kif ukoll The Times, kien
hemm rapporti dwar l-investiment li ġej minn barra, dwar kumpaniji li
ġejjin minn barra.Kemm taħseb
li dawn il-kumpaniji lesti jassorbu dawn il-ħaddiema kollha li, l-ewwelnett
qegħdin qiegħda, jiġifieri fuq ir-reġistru tal-qagħad, kif ukoll
dawn il-ħaddiema tad-Denim, jiġifieri għandek 850 ruħ.Meta nifhmu wkoll li dawn il-ħaddiema sfortunatament forsi m’għandhomx
it-taħriġ lanqas li qed tgħidu li hemm bżonn ikollhom dawn il-ħaddiem
f’dawn il-kumpaniji ġodda li qed ngħidulhom ta’ valur għoli.
Prim Ministru
Mela ħa nibda bl-ewwel
mistoqsija. Ma nafx fhimtekx
tajjeb, inti qed tgħidli li l-bieraħ tkellimt mal-Kap ta’ l-Oppożizzjoni,
dwar il-Broadcasting Authority …għax
kieku qallek hekk fuq il-Broadcasting
Authority, u qallek ball in my
court allura I will take the
ball u nixxuttjah mill-ewwel.Mela
orrajt fhimtek ħażin jien.
Ma naħsibx li hija kwestjoni li
l-ballun qiegħed f’saqajna jew f’saqajn ħaddieħor.Imma għidt diġa', l-għażla ta’ Ombudsman
trid bilfors l-appoġġ u l-vot ta’ żewġ terzi tal-Parlament u
allura trid bilfors il-vot minn naħa ta’ l-Oppożizzjoni.Issa ssemmew diversi ismijiet li jistgħu, setgħu jiġu
kkonsidrati.S’issa ma
wasalniex u jiena nibqa’ nittama li naslu fuq l-isem tal-persuna u
jekk il-Bambin irid, nidentifikaw persuna li tkun aċċettabbli.Però mhux kwestjoni ta’ xi ballun li qiegħed f’saqajna u li
rridu nixxutjawh lil xulxin. Hija
kwestjoni ta’ laqgħat kontinwi u kuntatti li saru, u saru diversi
minnhom.
Il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni, għidtha
diġa’ din, kien għamilli suġġeriment, jien kont xettiku ħafna, ħa
nkun ċar biex ma naħbi xejn, tajjeb?Lili qalli flok nibqgħu niltaqgħu jien u int, u hu jmur għand
il-grupp parlamentari tiegħu u jgħidli dan ma wasalniex, ma ftehimniex
u whatever u jien nagħmel l-istess
ħaġa, qalli, għaliex ma nagħmlux hekk, ninnominaw tliet delegati aħna,
u tliet delegati int.Jien għidtlu,
ma nafx din kemm se ssolvilna l-problema, la ma konniex kapaċi nsibu s-soluzzjoni
jien u int, però aċċettajtha wkoll u għamilnieha.Semmejt it-tlieta li ġew innominati minn naħa tal-Gvern.Li nista’ ngħidlek huwa illi l-Viċi Prim Ministru Tonio Borg,
ikkomunika fil-ġimgħat li għaddew, u fix-xhur li għaddew, diversi
drabi, kemm waqt laqgħat bejn id-delegati tagħna, kif ukoll
direttament ma’ l-Onor. Mangion, imma s’issa għad ma ħariġx l-isem
li fuqu nistgħu naqblu.Issa
nibqgħu nippruvaw mingħajr ma nagħmluh ballun għax inkella żgur ma
naslux.
Jiena ma nkunx naf ir-raġunijiet tal-Kap ta’ l-Oppożizzjoni,
għaliex ikun qal le għal ċerti ismijiet u hu ma jkunx jaf ir-raġunjiet
għaliex inkun għidt le. Ma tfissirx illi n-nies li qed jissemmew
m’humiex nies ta’ kalibru, huma ta’ kalibru, però finalment trid
taqbel u s’issa għad m’għandniex dik il-pożizzjoni.
Sylvana Farrugia –
NET News
Diġa’ għamilt referenza għaliha, Alfred Sant il-bieraħ
għamel dikjarazzjoni li lest li jimplimenta politika ta’ tbażwir għaż-żamma
u ż-żieda ta’ l-impjiegi.Taħsibx
li hijiex aċċettabbli u taħsibx li tingħaqad mal-politika ta’
opportuniżmu tal-Partit Laburista, li esperjenzajna f’dawn l-aħħar
xhur?
Prim Ministru
Sylvana, jekk tippermettili, għax naħseb ma rrispondejtx għat-tieni
mistoqsija. Inweġibha wkoll. Owen staqsieni mistoqsija wkoll fuq dan l-investiment
tal-fabbriki li ġejjin.Ingħataw
dettalji, ġew approvati numru ta’ proġetti li l-kalkolu tagħhom
huwa li matul ix-xhur li ġejjin jimpjegaw magħhom 650 ruħ, bejn wieħed
u ieħor.Uħud minn dawn
il-postijiet tax-xogħol ikunu jirrikjedu ċertu livell ta’ teknika,
però hemm oħrajn li le.Jiena
nerġa’ nfakkarkhom.
Jekk tmorru lura bħal dan iż-żmien sena u terġgħu tiftħu
l-faċċati tal-ġurnali tagħkom, ta’ kulħadd, konna wkoll qegħdin
nitkellmu fuq sensji u kien hemm is-sensji.Mhux minn din il-kumpanija li semmejna biss, minn kumpaniji oħrajn.U ġew issensjati numru sostanzjali ta’ nies.Ir-riżultat huwa, illum sena wara, li numru sostanzjaliminn dawn in-nies, mhux kulħadd, numru minnhom, illum qegħdin
jaħdmu f’postijiet tax-xogħol.Ma’
dan inżid illi sadanittant l-ekonomija tagħna kellha tassorbi dawk
kollha li spiċċaw mill-istudji tagħhom u daħlu fid-dinja tax-xogħol
u kellha tissaporti wkoll il-Gvern li ma kienx qed jimpjega.
Per eżempju, il-Gvern għandu bżonn jimpjega numru ta’
skrivani, imma għax konna nafu li mexjin fil-proċess ta’ Sea Malta li għandhom numru ta’ skrivani.Aħna għidna, ma nimpjegawx, żomm il-post vojt għaliex
hemmhekk nistgħu nassorbu numru minn dawk l-iskrivani u naddattawhom aħna.Naturalment aħna stajna għażilna li xorta waħda nimpjegaw
minn fost dawk li qed jirreġistraw u kont niġi hawn u niftaħar iżjed
li l-unemployment niżel.Però m’għamilniex hekk.
Mela, jien x’qed ngħid?Jien nifhem li mhux faċli għal min m’għandux skola u m’għandux
it-taħriġ, però l-esperjenza wrietna bil-fatti illi min jaċċetta li
jgħaddi minn skemi ta’ taħriġ, il-possibbilta' li jsib xogħol,
anke fil-fabbriki tal-farmaċewtika, fil-postijiet tax-xogħol li qegħdin
jinfetħu issa, il-possibbilta' tikber sostanzjalment.
Il-fabbriki li qegħdin jinfetħu ma jridux il-ħaddiema
kollha, mhux neċessarjament ikollhom kollha l-PhDs, jew inkella li
jkollhom diploma jew degree jew tkun xi tkun.Ikunu
jridu wkoll livelli ta’ ħaddiema illi basta jkunu mħarrġa f’ċertu
tip ta’ xogħol u jkunu jistgħu jagħmluh.Jiġifieri jien nibqa’ ngħid illi hemm il-potenzjal.Il-problema kbira hi illi f’dan il-każ qegħdin nitkellmu fuq
850 ruħ.Dan hu n-numru u
filwaqt li qabel kellna numri li daqqa kienu jkunu 100, daqqa 200, daqqa
250 u bil-mod il-mod tipprova tirranġa, u rranġajna fis-sens li ħaddiema
li tilfu l-post tax-xogħol kien hemm min litteralment ma tilef xejn.Fis-sens li spiċċa mill-post tax-xogħol u l-għada bis-saħħa
ta’ l-ETC sab post tax-xogħol x’imkien ieħor.Dan seta’ jsir u sar bħal-lum sena.
Però, in-numri din id-darba huma ħafna ikbar minn dawk li
qatt iffaċċjajna fis-snin riċenti u allura dan huwa ċ-challenge kbir li aħna għandna u rridu nagħmlu ħilitna u nużaw
ir-riżorsi kollha li l-Gvern għandu għad-dispożizzjoni tiegħu biex
ngħinu lil kull wieħed u waħda minnhom biex malajr kemm jista’ jkun
isibu l-postijiet tax-xogħol li jkunu available
u jitfaċċaw fl-ekonomija tagħna.
Ħa niġi għall-mistoqsija ta’ Sylvana.Il-bieraħ fuq programm ta’ Xarabank,
il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni smajtuh b’widnejkom.Din issa m’hijiex invenzjoni, m’hijiex kategorika, ħarġet
bl-iktar mod ċar minn ħalq il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni.Huwa lest li jbażwar biex jipprova jirranġa jew jindirizza d-diffikulta',
il-kriżi.Jiena dan ma naqbilx.It-tbażwir huwa sinjal ta’ nuqqas ta’ serjeta'. U
nerġa’ nirrepeti, id-dikjarazzjoni li smajna l-bieraħ fuq l-istazzjon
tat-televiżjoni, tagħmlilna ħafna ħsara għall-kredibbilta' ta’
pajjiżna fuq livell Ewropew u fuq livell internazzjonali.
L-investiment lejn pajjiżna jiġi
biss jekk aħna nuru serjeta' u kredibbilta' f’dak li nagħmlu
bir-regoli tas-suq, bir-regoli illi aħna marbutin minnhom.Din hija d-dikjarazzjoni illi tkexkex lil min jara l-affarijiet għal
pajjiżna minn lenti ta’ serjeta’ kif nara jien u kif jara l-Gvern
tiegħi.U nikkundannaha
bl-iktar mod qawwi.