LAQGĦA
TA’ KULL XAHAR
TAL-PRIM MINISTRU LAWRENCEGONZI MAL-MEDIA
Berġa
ta’ Kastilja
Is-Sibt 5 ta’ Marzu, 2005
Prim Ministru
Bonġu lil kulħadd, kif
nagħmlu s-soltu, se nagħmel introduzzjoni qasira jiena x’naħseb li
kienu l-highlights prinċipali
mill-aħħar darba li ltqajna u mbagħad nagħtikom iċ-ċans li tagħmlu
l-mistoqsijiet.
L-ewwel punt li xtaqt
nagħmel dalgħodu huwa l-qagħda finanzjarja, jiġifieri x-xogħol
tal-Gvern ma’ dak li għandu x’jaqsam mal-konsolidazzjoni tal-pożizzjoni
fiskali tiegħu.Kif tafu
dan ix-xahar ikkonfermajna li għalaqna s-sena 2004 bit-target
tad-deficit li lħaqnieh,
jiġifieri l-94 miljun lira.Għadna qed insejħu issa naturalment, ir-riżultati li rridu nakkwistaw din
is-sena, fejn għandna mira oħra ambizzjuża illi tkompli tnaqqas id-deficit,
fl-aħħar ta’ din is-sena għal-livelli li huma stabbiliti
fil-pjan ta’ konverġenza.Kellna
l-ewwel ċifri li ġew ippubblikati f’Jannar għall-perfomance
ta’ Jannar u jidher illi minn dak li ġie ppubblikat, qegħdin ukoll on
target mal-projections illi
aħna għamilna għal din is-sena.Nibqgħu
nsegwu naturalment, dan ifisser li l-Gvern se jibqa’ għassa biex
jikkontrolla l-ispiża tiegħu u jżommha fil-miri li huma budgeted.Filwaqt illi jibqa’ għaddej biex id-dħul li huwa pproġettat
għal din is-sena nakkwistawh.
It-tieni punt li xtaqt insemmi, illi naturalment kienet parti mill-ħidma li
saret f’dawn l-erba’ ġimgħat illi għaddew, li huma l-laqgħat li
qed ikollna fuq il-livell Ewropew mal-Kummissarji, partikolarment
il-laqgħat li kelli jiena ħmistax ilu, inkluż mal-President Barroso,
fuq il-perspettivi finanzjarji ta’ l-Unjoni Ewropea għas-snin 2007 u
2013, xi ħaġa li hija ta’ importanza. Kienu laqgħat illi
naturalment tawna l-opportunita bħala pajjiż illi nispjegaw il-pożizzjoni
ta’ Malta, għalkemm s’issa l-affarijiet għadhom mhumiex finalizzati u naturalment
ma rridux ninfaxxaw rasna qabel ma naqsmuha.Però rridu naħsbu għal dak ix-xenarju jekk jirriżulta, għax
s’issa ħadd m’hu ċert mija fil-mija illi jkun hekk, jekk jirriżulta
li Malta, minħabba l-effett statistiku, qed taqbeż il-benchmark
tal-75% stabbilit skond ir-regoli ta’ l-Unjoni Ewropea.
Hemm issues oħrajn, żewġ issues
partikolari ta’ interess għal pajjiżna: waħda li għandha
x’taqsam mad-distribution key
li huwa l-formola ta’ kif jinħadmu l-għajnuniet li jingħataw
fil-fondi għal skop ta’ koeżjoni, kif ukoll il-punti li aħna
sostnejna u ilna nsostnu għal diversi xhur, illi t-trattament illi l-Unjoni
Ewropea tagħti lill-gżejjer, għandu jkun trattament ukoll illi jingħata
bl-istess metodu lill-gżira bħal Malta li għandha l-kapitali tagħha.
Dawn kienu punti li ddiskutejniehom fid-dettall. Il-każ ta’ Malta għamilnieh, naturalment irridu
nistennew però ftit ieħor, għaliex nirrepeti ċ-ċifri s’issa għadhom
m’humiex finalizzati, wieħed irid jara daqsxejn ir-riżultat x’ikun.
It-tielet punt li xtaqt insemmi huwa li l-Gvern baqa’ għaddej issa fuq
diversi fronts u inizjattivi
li għandu in the pipeline.Waħda minnhom li ilna naħdmu fuqha għal numru ta’ xhur
huwa proġett ieħor nazzjonali.Fażi
li jmiss f’dak li għandha x’taqsam mal-proġett tal-Kottonera u
allura d-Dock No. 1. Kif tafu
fil-ġranet li għaddew, il-Kabinett approva l-proposta għal development brief għad-Dock
No. 1 u l-ħruġ tat-tender
għall-interess nazzjonali dwar dan il-proġett huwa maħsub illi joħroġ
fil-ġranet li ġejjin u nittamaw li jkollna interess għal dan il-proġett
li huwa ambizzjuż u li l-Gvern qed jagħtih prijorità, għaliex irridu
li l-area tal-Kottonera tagħmel
il-qabża ta’ kwalità anke b’riżultat ta’ dan il-proġett li
jrid jiffittja, jiddeffes, jidħol mal-bqija ta’ l-inizjattivi li ttieħdu
f’dik, għar-riġenerazzjoni
tal-Kottonera.
Ir-raba’ punt li xtaqt
nagħmel huwa s-sinjali pożittivi li qed ikollna issa b’riżultat
tal-politika illi qegħdin inħaddmu u kien hemm numru ta’ aħbarijiet
li ħarġu matul il-ġranet li għaddew u li għandhom jinkoraġġuna
fis-sens ta’ espressjoni ta’ fiduċja ta’ investituri, issa mhux
Gvern, imma ta’ investituri privati fil-performance
ta’ pajjiżna u fil-potenzjal li għandu pajjiżna partikolarment
għall-ġejjieni.Kellna
kumpaniji lokali stabbiliti li ħabbru investimenti ta’ miljuni ta’
liri li se jiġġeneraw postijiet tax-xogħol u nsemmi l-Foster
Clark, Dedicated Micros, udin
il-ġimgħa kellna l-aħbar minn naħa ta’ Farsons illi se jinvestu
14-il miljun lira fuq medda ta’ sitt snin biex ikunu jistgħu
jikkompetu f’suq liberalizzat u dak huwa sinjal tajjeb ħafna, għax
hija vot ta’ fiduċja illi huma kompetittivi u jistgħu jkunu
kompetittivi f’kuntest ta’ liberalizzazzjoni bħalma ħarġet
b’mod pożittiv.
Ukoll l-aħbar il-bieraħ
illi l-Commonwealth Bank of
Australia għażlet lil Malta u li huwa importanti u ta’
sodisfazzjon kbir li din l-għażla saret anke meta kienu qed
jikkonsidraw postijiet oħrajn bħal Lussemburgu u Singapore, li bank bħal
dan jagħżel lil pajjiżna biex ikollu l-bażi minn fejn jopera, bi
preferenza fuq pajjiż bħal-Lussemburgu fl-opinjoni tiegħi jfisser li
fil-qasam tas-servizzi finanzjarji bankarji, Malta hija kompetittiva u
toffri kundizzjonijiet partikolari illi naturalment allura jiġbdu dan
it-tip ta’ inizjattivi għal pajjiżna li huma ta’ importanza kbira.
Hemm ħafna affarijiet oħra
imma li kieku kelli nenfasizza l-punti importanti - jiena se nillimita
ruħi għal dawn, inħalli f’idejkom issa biex tagħmlu l-mistoqsijiet.Nerġa’ nirrakkomanda bħas-soltu mistoqsija waħda jekk jista’
jkun, ħalli nagħtu ċans lil kulħadd
nagħmlu rounds kemm hemm bżonn.
Alex Attard – In-Nazzjon
Inti semmejt dwar l-iżviluppi li seħħew fil-ġranet li għaddew Dedicated
Micros, Foster Clarke, Farsons.Kif
tinkwadra u kif tħares lejn dan l-iżvilupp mal-komunikattivà ta’ l-Oppożizzjoni
f’dan ir-rigward?
Prim Ministru
Ninkwadra bħala r-riżultati anke tal-politika li ħaddimna ma’ dawn ix-xhur
illi għaddew, anke b’riżultat ukoll jien ngħid tal-Budget tagħna ta’ l-inizjattivi tagħna, ta’ dak li rridu ninċentivaw,
ta’ l-issue tal-kompetittivita’.Aħna poġġejna l-issue tal-kompetittivita’ ta’ pajjiżna bħala issue kruċjali, importanti u naħseb illi s-setturi qegħdin
jirrispondu. Is-settur
tal-manifattura, li nerġa’ nenfasizza huwa settur importanti ħafna għal
pajjiżna u li l-Gvern irid joħloq l-ambjent ħalli s-settur
tal-manifattura jerġa’ jkun jista’ jiżviluppa.
Kien għalhekk illi fil-Budget illi
għadda, aħna għamilna parti minn dak il-Budget
b’focus partikolari fuq
ir-riċerka, l-innovazzjoni u l-iżvilupp u l-manifattura f’pajjiżna
għandha bżonn din in-niċċa biex tkompli tinċentiva lilha nfisha,
però tissoda lilha nfisha wkoll biex hi tibqa’ kompetittiva u tkun
tista’ tirbaħ is-swieq Ewropej illi nfetħu għalina issa bla
limitazzjoni ta’ xejn b’effett mill-ewwel ta’ Mejju.Jiena dejjem ukoll anke dan nenfasizzah, infakkar li l-ewwel ta’
Mejju fisser ukoll illi s-swieq miftuħin, internazzjonali, huma miftuħin
grazzi għall-Unjoni Ewropea stess, għax l-Unjoni Ewropea nnegozjat
ma’ swieq kbar mad-dinja kollha. Il-vantaġġi kollha li akkwistat l-Unjoni
Ewropea huma vantaġġi li llum qegħdin ingawdu.Allura rridu li s-settur tal-manifattura tagħna jkompli jiżviluppa
u jidħol għal din il-kompetizzjoni, għax aħna konvinti li dik
il-kompetizzjoni tista’ tintlaħaq.
Naturalment hemm kundizzjonijiet kardinali.Dawn is-setturi tal-manifattura għandhom bżonn ħaddiema li
jkunu mħarrġa li jkunu preċiżament il-ħaddiema li għandhom bżonn.Jiena fil-laqgħat li kelli fil-ġimgħat li għaddew ma’
rappreżentanti ta’ kumpanniji kbar f’ pajjiżna, il-preokkupazzjoni
li huma esprimew miegħi hija l-availability
ta’ riżorsi umani mħarrġa għal dak li huma għandhom bżonn.Anke fis-setturi fejn qed ikollna suċċessi, partikolarment
fil-farmaċewtika, jgħiduli li s-settur għandu bżonn iktar inġiniera,
iktar żgħażagħ li jkunu studjaw u komplew l-istudji tagħhom
fil-qasam tax-xjenza u tat-teknoloġija, u għandna bżonn inwasslu dan
il-messaġġ liż-żgħażagħ tagħna biex meta jiġu biex jagħżlu l-career path tagħhom, ikollhom il-pariri, il-gwida li jkun hemm bżonn
biex imorru għal dawn il-karrieri.
Naturalment dan kollu jagħmel kuntrast b’mod qawwi mad-doom and gloom tal-Kap ta’ l-Oppożizzjoni u tal-Partit Laburista.Donnhom iridu jmeru l-fatti li qegħdin jirriżultaw - waqt
li l-Partit Laburista u l-Oppożizzjoni jgħidu li l-pajjiż għaddej
minn diżastru, li donnu qisu n-nies qed imutu bil-ġuħ barra t-triq,
ir-risposta miniex nagħtihielu jiena, imma qed jagħtuha dawn li qed
jinvestu flushom f’dan it-tip ta’ inizjattivi.U huma jmeru l-Kap ta’ l-Oppożizzjoni, jiena nsostni li din
hija issue ta’ kredibilita’
u hija issue anke ta’ rġulija
mal-poplu tagħna u, għalkemm, jiena naċċetta illi jkun hemm
affarijiet li għandna bżonn nirranġaw u affarijiet li hemm bżonn
jitjiebu, li mhumiex perfetti u li fadlilna iżjed x’nimxu.Però l-fatti jitkellmu waħidhom.
Il-politika tal-Gvern qegħda ġġib ir-riżultati u r-riżultati qegħdin
hemm hekk.Fadlilna ħafna iżjed
x’nagħmlu, ħdimna ħafna matul is-sena li għaddiet.Bdejna fuq it-tajjeb li kien jeżisti qabel, nibqgħu naħdmu
imma r-riżultati qegħdin huma stess iwieġbu lil Dr. Sant u fl-opinjoni
tiegħi jkissru l-kredibilità tal-Kap ta’ l-Oppożizzjoni.
Fr. Noel Grima – The
Malta
Independent on Sunday
Ħalli nikkwota mill-Gazzetta tiegħek, mill-Gazzetta tal-Gvern.Rigward l-ewwel punti li għamilt inti fuq is-sitwazzjoni
finanzjarja, ir-riżultati ta’ Jannar l-ewwelnett juru li l-Gvern daħħal
inqas milli daħħal is-sena li għaddiet.Is-sena li għaddiet daħħal 48-il miljun u din is-sena daħħal
45-il miljun.Imbagħad juru
illi l-Gvern nefaq iktar, ħafna iktar, jiġifieri mill-52 miljun is-sena
li għaddiet nefaq 69 miljun, jiġifieri
17-il miljun: fost oħrajn social
security benefits is-sena li għaddiet nefaq 17-il miljun fihom
infushom u din is-sena nefaq 25-il miljun.Hemm xi raġuni għal dawn iċ-ċifri?
Prim Ministru
L-ewwelnett importanti, tajjeb li nagħmlu dan il-paragun iva, xahar
b’xahar però li huwa kruċjali huwa li aħna qegħdin nipparagunaw
ma’ dak li ġie budgeted, il-forecasts jiġifieri meta ppreparajna l-Budgettas-sena
2005, x’konna qegħdin nipproġettaw għax-xahar ta’ Jannar, u r-riżultati
li ġew ippubblikati fil-Gazetta tal-Gvern għax-xahar ta’ Jannar huma
in line ma’ dak li pproġettajna
u hemm raġunijiet speċifiċi.Per
eżempju, għas-sena 2005 u għal Jannar partikolari, għandna ġimgħa extra ta’ ħlasijiet ta’ social
security li ma kellniex f’Jannar ta’ l-2004.Jiġifieri l-outlay, pagamenti, ħlasijiet li kienu pjanati għal Jannar 2005,
jinkludu ġimgħa pagament iżjed milli kellna fis-sena 2004 u allura l-ispiża
bilfors tkun iżjed.
Din is-sena per eżempju,
f’Jannar ukoll għandna pagament li l-iskejjel tal-knisja ma kienx sar
f’Jannar illi għadda.Din
is-sena wkoll għandna r-refunds illi
rridu nħallsu lill-Unjoni Ewropea, illi qegħdin inħallsuhom illi
f’Jannar tas-sena li għaddiet ma kinux saru.U hemm spjegazzjonijiet, jiena għandi l-break
down ta’ x’qed jiġri għax nassigurak illi din hi xi ħaġa li
nkun qed insegwi
minn
ġimgħa għal ġimgħa.L-importanti
għalija huwa li mexjin skond dak li ġie budgeted.U noqogħdu attenti ħafna li nibqgħu mexjin b’dan il-mod,
jiġifieri biex malli jkollna l-iċken sinjal illi l-projections
tagħna jkunu qegħdin jiżvijjaw għal xi raġuni jew oħra,
nintervjenu immedjatament u nieħdu l-miżuri li jkun hemm bżonn illi
nieħdu.
Hekk għamilna s-sena li
għaddiet għall-ħabta ta’ Mejju tas-sena li għaddiet. Infakkarkom
li kien qed jidher illi kellna bżonn nintervjenu b’mod qawwi u
nfakkar ukoll li waħda mill-ewwel affarijiet li jiena kont għamilt,
kont laqqajt il-permanent secretaries kollha kif ukoll iċ-chairpersons kollha ta’ l-awtoritajiet hawnhekk Kastilja u għidtilhom
li huma jridu jkunu on board kompletament
ma’ l-eżerċizzju tal-Gvern illi jikkontrolla l-ispiża tiegħu u li
ninsistu biex ikollna r-revenues li
aħna għandna.
F’dan l-istadju, għalkemm
għadu kmieni u wieħed ma jridx jgħaġġel, l-indikazzjoni illi għandi
li mexjin skond il-forecasts,
dan huwa ta’ sodisfazzjon.
Pamela Hansen – The Sunday Times
Bħala investiment,
semmejt tliet kumpanniji lokali u barranija Australian
Commercial Bank hemm iktar interess ġej
minn
barra fuq investiment? Il-pubbliku vera mhux qed imut bil-ġuħ però
huwa nkwetat fuq kemm l-għoli tal-ħajja u in ġenerali.Inti bħala Prim Ministru u intkom bħala Gvern, ħa tassiguraw
il-pubbliku li l-affarijiet ħa jmorru għall-aħjar?
Punt ieħor, semmejt l-availability
tal-human resources għall-kumpanniji lokali - din mhix problema ġdida,
imma l-ETC x’qed tagħmel u l-MCAST? X’qed jagħmlu dawn
il-postijiet li suppost ilhom jaħdmu fuqhom dawn il-problemi?
Prim Ministru
Dwar l-investiment
barrani, investiment qed jiġi lejn pajjiżna.
Meta
tqabbel l-investiment matul l-2004 mqabbel ma’ l-2003, qed nitkellem
ftit bl-amment, jidhirli li hemm qabża ta’ bejn wieħed u ieħor ta’
30% f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-investiment.Interess f’pajjiżna għal investiment barrani partikolarment
fis-settur tal-farmaċewtika, però anke f’setturi oħrajn qiegħed
hemm u qed jirriżulta.Jekk
trid l-opinjoni sinċiera tiegħi, not
good enough, jiġifieri rridu nagħmlu ħafna iżjed u rridu
nistimulaw kull ma għandna, all
our resources¸ jiġifieri jien ngħid l-ambaxxati tagħna, l-ambaxxaturi
tagħna. Il-miljuni tal-liri li aħna nonfqu fir-rappreżentanza tagħna
barra
minn
Malta
għandha tiffunzjona b’dan il-mod kif fil-fatt, ma rridx ngħid li mhux qed tiffunzjona, jiġifieri hemm riżultati li ġew
partikolarment għaliex ambaxxati u rappreżentanti tagħna għamlu xogħolhom
u ġabu riżultati lejn pajjiżna.Però
nemmen illi jista’ jsir ħafna iżjed.
Però l-indikazzjonijiet huma tajbin u kien għalhekk illi bqajna ninsistu
matul is-sena li għaddiet illi l-kompetittività ta’ pajjiżna hija
l-element li jiġbed l-investiment lejn pajjiżna.L-issue tal-public holidays għalhekk kienet importanti u għalhekk ippruvajna
anke naslu għal patt soċjali, għaliex patt soċjali kien
jistabbilixxi kieku pożizzjoni ċara għal kulħadd għall-medda ta’
erba’ snin. Kienet tkun mezz ukoll ta’ kif tiġbed l-investiment
lejn pajjiżna, għaliex min jiġi jinvesti jaf x’se tkun il-pożizzjoni.
Ma wasalniex bil-patt soċjali, ma ġara xejn. Però mexxejna bil-miżura li
għandha x’taqsam mal-holidays għaliex
dik tagħti iktar kompetittività lil pajjiżna, speċjalment fil-qasam
tal-manifattura, u allura insistejna fuqha, għaddejna l-liġi u issa
hija implimentata.Però l-indikazzjonijiet
qegħdin hemhekk, jiena xorta nibqa’ ninsisti li għandna nibqgħu nagħmlu
ħafna iżjed milli qed nagħmlu issa biex inġibu iktar investiment
lejn pajjiżna.
Iva, hemm diversi inizjattivi, uħud minnhom imħabbra fil-budget,
illi jagħtu vantaġġi lil min jinvesti f’pajjiżna u f’settur
partikolari li aħna għażilna u indikati fil-budget.Fil-fatt tlabt ukoll update
tal-miżuri kollha li ħabbarna fil-budget
ta’ x’wettaqna u x’implimentajna s’issa, prattikament il-miżuri
kollha ġew imwettqa ħlief, jonqos jiġu ppubblikati r-regolamenti dwar
l-iskema tal-VAT biex nagħtu vantaġġ lill-conference
business fit-turiżmu.
Jonqosna nippubblikaw ir-regolamenti għall-inċentivi fiskali għal riċerka
u l-iżvilupp, research and
development kif għidna fil-budget
għall-industrija tal-films u
għall-faċilitajiet tal-warehousing.
Dawn se jiġu ppubblikati issa għaliex ridna nkunu ċerti illi l-iskemi
huma wkoll in line mar-regoli ta’ l-Unjoni Ewropea dwar state aid u l-business
promotion act biex inkunu in
line 100%. Imma dawk se jiġu ppubblikati dalwaqt u se nippubblikaw
ukoll fil-ġimgħat li ġejjin, kważi lesti dawn ir-regolamenti dwar l-iskemi
dwar it-tax relief. Jiġifieri
l-eżenjoni tal-ħlas ta’ income
tax lil nisa li jirritornaw għax-xogħol kif ħabbarna fil-budget.Dawn it-tliet oqsma li jonqosna nippubblikaw, huma parti minn pakkett ta’ inizjattivi, anke dawn biex niġbdu l-investiment lejn pajjiżna
u nieħdu inizjattivi oħrajn.
Se ngħid ukoll fuq l-għoli tal-ħajja.Infakkar illi matul is-sena 2004, l-għoli tal-ħajja tela’
b’ħarira iżjed minn qabel.Però
r-raġuni għal dik kienet għaliex is-sena 2004 kienet is-sena meta aħna
żidna r-rata tal-VAT minn 15% għal 18%.Parti sostanzjali mir-rata ta’ l-inflazzjoni li kellna matul
is-sena 2004 kienet dovuta għal din il-VAT. Aħna
qegħdin attenti wkoll għal dak li qed jiġri bħalissa f’pajjiżna,
għaliex hawn għażla ta’ prodotti li qed jiġu f’pajjiżna b’riżultat
tal-ftuħ kompletament, ta’ sfruttar b’effett mill-1 ta’ Mejju.U nistennew illi l-kompetittività fl-għażla tal-prodotti
tnaqqas il-prezzijiet.
Fuq uħud mis-setturi dan qed jiġri, f’oħrajn
mhux qed jiġri u qegħdin nippruvaw naraw għaliex, x’qed jiġri u nużaw
il-metodi li tista’ tuża llum li ma stajniex nużaw dari, fejn konna
nużaw is-sistema tal-price
control li hi out of the window kompletament.Illum għandna sistemi differenti illi joqogħdu għassa ta’ l-affarijiet
biex naraw li mhux qed ikun hemm sfruttament tal-konsumatur.
Taxes
u
utilities naħseb qed
tirreferi partikolarment għas-surcharge
fuq l-elettriku probabbilment, li hi xi ħaġa li s’issa għadha
ma daħlitx fis-seħħ, għaliex l-ewwel kontijiet għadhom ma ħarġux.Però din hija xi ħaġa illi qed tiġri mad-dinja kollha,
il-prezz taż-żejt reġa’ miss l-ogħla livelli tiegħu u s-sitwazzjoni
f’pajjiżna hija parti mid-dinja u jekk iż-żejt jogħla kullimkien,
jogħla anke għal pajjiżna and
we have to face the music.
Naturalment x’qed jagħmel
il-Gvern? Il-Gvern irid li l-Enemalta
ssir effiċjenti, li l-konsumatur ma jissussidjax hu l-prezz ta’
l-elettriku.Il-Gvern irid
li l-work practices jirranġahom, il-Gvern irid illi filwaqt illi
nirrikonoxxu li l-prezz taż-żejt ikun żdied, però nirrikonoxxu wkoll
li anke l-Enemalta għandha bżonn
tgħaddi minn proċess ta’ ristrutturazzjoni
u m’aħniex noqogħdu lura mir-ristrutturazzjoni ta’ l-Enemalta, ngħaddu
minn dik ukoll bħalma għaddejna
f’korporazzjonijiet l-oħrajn kollha.Naħseb fuq din żgur ħadd ma jista’ jgħidilna li qed noqogħdu
lura mir-ristrutturazzjoni li hemm bżonn.
Fuq il-kwestjoni tal-gass, iva kellna sitwazzjoni illi in parti kienet
dovuta minn ċirkostanzi li ġie kollox
kontra, però hija parti wkoll, żbalji li saru fil-proċess li jiena
jiddispjaċini għalihom però jiena dejjem emmint mhux kwestjoni ta’
apoloġija imma what are we going to do about it.Jiena
billi mmur quddiem il-poplu Malti u nagħmel apoloġija, b’daqsekk ma
solvejtx il-problema.Immedjatament
malli sirna nafu u rrealizzajna l-pożizzjoni x’kienet, ħadna miżuri
immedjati u issa daħlu miżuri oħrajn biex kemm jista’ jkun malajr iċ-ċilindri
tal-gass jiġu għand id-djar tan-nies.
Ninnota
dak li qalu l-GRTU u nispera li huwa hekk. Jien
qed nipprova nivverifika ħalli nara jekk hux hekk illi s-sitwazzjoni
bil-mod il-mod tiġi għan-normal u nittama malajr kemm jista’ jkun. U nittama wkoll li din is-sitwazzjoni
ma tirrepetix ruħha, għalkemm il-verita’ hija li hemm ċerti
affarijiet ma tistax tikkontrollhom daqs kemm tixtieq.
It-tielet ħaġa, l-ETC x’qed tagħmel? L-ETC qed tagħmel ħafna, din is-sena
2005 għandha record ta’
flus ivvutati għaliha – fuq ħames miljun lira speċifikament biex
tindirizza l-kwestjoni ta’ human
resources għaliex għadna, f’pajjiżna, tradizzjonali wisq
fil-karrieri tagħna.F’pajjiżna
kulħadd irid isir teacher,
avukat, perit.Tradizzjonali.U m’hawnx biżżejjed żgħażagħ li qegħdin ninkorraġuhom
biex jagħżlu career streams differenti
fil-qasam tax-xjenza.Qed jiżdied
dak in-numru u mnalla l-Bambin ried illi nidejna l-MCAST fl-2000, mnalla
li issa għandna career streams ġodda
f’dak li għandu x’jaqsam ma’ teknoloġija, għax kieku llum m’għandniex
lanqas ċans żgħir illi niġbdu t-tip ta’ investiment li għandna bżonn.Imma finalment ma tistax tisforza ż-żgħażagħ jagħmlu l-għażliet
tagħhom.Tista’
tagħti pariri, tinkoraġġixxi, però jiena nemmen li l-liberta’ tħalliha
f’idejn l-individwu. Jien
ma nemminx li għandna nimponu l-għażliet fuq iż-żgħażagħ, naħseb
li trid tkun sistema wiesa’ fejn nagħtu l-pariri, iva, ninċentivaw,
iva imma finalment tħalli l-individwu jagħżel.
Il-mistoqsija kienet x’qed tagħmel l-ETC.L-ETC għandha pjan ta’ azzjoni nazzjonali, pubbliku, qed jiġi
implimentat, ġew ivvutati flus għaliha. Jiġifieri f’mument fejn
il-Gvern qiegħed jikkontrolla l-ispiża tiegħu, żied l-ispiża tiegħu
b’mod eċċezzjonali record għal
dak li għandu x’jaqsam ma’ l-ETC. Nistieden anke lil min għandu ċ-ċans
jagħmel analiżi ta’ l-istatistika għall-unemployment
f’pajjiżna, pubblikazzjoni li ħarġu l-NSO għal Jannar u hija
interessanti ħafna, għaliex meta tara l-age
brackets ta’ dawk li qed jirreġistraw għax-xogħol, tibda
tinduna li l-ikbar problema li aħna għandna hija ta’ dawk li huma over
40.Il-verita’ dawk li
huma under 20s u under 25s, illum għandna numru li huwa iżgħar, inqas minn dak li
kellna ħames snin ilu, sitt snin ilu.
In-numru qed jiżdied f’dawk li huma over
40s u hemm raġuni loġika għaliha din. Għaliex
meta tagħmel proċess ta’ ristruturazzjoni u jkollok shedding
fir-restructuring ta’
nies li jieħdu voluntary
redundancy schemes, normalment dawn huma l-over
40s u l-40s+ u allura anke
hemmhekk skema li se tiswa waħidha miljun u nofs biex timpjega 400 ruħ
li qed jirreġistraw għax-xogħol u li għandhom ‘l fuq minn 40 sena,
xogħlijiet li jadattawhom issa għal xogħlijiet li qegħdin jinħolqu.
Aħna għandna mismatch.Din ilna niffaċċawha, vera, però l-problema ta’ llum as
against ħames snin ilu, għaxar snin ilu x’inhi? Li l-bidliet qed
iseħħu u b’ritmu ħafna iżjed mgħaġġel.Illum fabbrika tbiddel il-magni tagħha darba kull sentejn.Qabel kienu jbiddlu l-magni tagħhom darba kull għaxar snin.It-teknoloġija qiegħda tiżdied b’ritmu qawwi u fis-setturi
kollha, jekk il-ħaddiema tagħna ma jkunux imħarrġin biex jadottaw
irwieħhom għal dan it-tibdil, inkunu qegħdin nidħqu bina nfusna.Però qed isir ħafna.Għamilna
biżżejjed? Nistgħu nagħmlu iżjed? Ir-risposta hija m’għamilniex
biżżejjed, hemm bżonn li nagħmlu iżjed.
Kurt Sansone – The Malta
Today
Prim Ministru, ftit
tal-minuti qabel ma bdejt kont fuq ir-Radio
101 u ċempel xi ħadd u garr li l-Kunsill taż-Żurrieq ma daħħalx il-Bring-in Sites. U
inti fit-tweġiba tiegħek għidt, “isma dak huwa Kunsill Laburista u
ma jridx jikkoopera mal-Gvern”. U ħeġġiġtx imbagħad fit-tieni
parti, ħeġġiġtx, biex in-nies taż-Żurrieq joħorġu jivvutaw nhar is-Sibt
li ġej fl-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali. L-appell tiegħek kien li
inutli toqgħod id-dar tgorr, għandek iċ-ċans tagħmel id-differenza,
mur u ivvota. U għamilt dan l-appell biex il-Maltin madwar
Malta
fejn hemm il-Kunsilli Lokali joħorġu biex jivvutaw.
Dan l-appell ukoll għidtu
għar-residenti taż-Żejtun u l-Marsa? U ħaġa oħra li forsi tista’
tikkummenta wkoll, kien hemm il-pubblikazzjoni ta’ rapport ta’ l-Awditur
Ġenerali, tal-Fondazzjoni ta’ l-Iskejjel ta’ Għada. Dan ir-rapport
jitfa’ dawl ikraħ fuq kif kienet topera din il-Fondazzjoni. Il-Ministru
responsabbli huwa l-Ministru Louis Galea, li kellu wkoll l-esperjenza ta’
l-awżiljarji. M’hemmx dellijiet ta’ korruzzjoni però ir-rapport jgħid
li kienu saru affarijiet mhux politikament korretti, ta’ kif tħaddmu
flus pubbliċi. Dan hu aċċettabbli għalik?
Prim Ministru
Se nirrispondi l-ewwel
mistoqsija però nagħmel appell illi din hija Press
Conference tiegħi bħala Prim Ministru tal-Gvern u mhux bħala Kap
tal-Partit Nazzjonalista, u nixtieq nevita mistoqsijiet li jmorru fuq
livell ta’ Partit. Però ma ridx niġi akkużat l-anqas li qed naħrab
mill-mistoqsija u allura nweġibha.
Nirrepeti dak li għidt
fl-imgħoddi, fil-ġimgħat illi għaddew, mhix l-ewwel darba li Partit
Politiku issa jew il-Partit Laburista jew il-Partit Nazzjonalista jiddeċiedi
li jirtira l-Kandidati b’mod illi fil-lokalitijiet ma ssirx elezzjoni.
Ġrat fl-imgħoddi, għamilha l-Partit Laburista, għamilha aktar mill-lokalità
waħda, darba minnhom f’ħames lokalitajiet differenti f’Għawdex.
Ma nistax nifhem għaliex
il-Partit Laburista jista’ jagħmilha dik, u l-Partit Nazzjonalista
le. Dik hija l-istandard reply
li qed nisma’. Il-verità hija, il-mistoqsija tiegħek ma kinitx jekk
ġewx irtirati kandidati jew le. Il-mistoqsija tiegħek kienet “sa
ssir elezzjoni?” u qed inwieġbek. Is-sustanza hija se ssir elezzjoni
jew mhux se ssir elezzjoni. Ir-risposta tiegħi hija, ara daqsxejn
x’sar fis-snin illi għaddew u spjegali. Mhux fair
li jien qed ngħid lilek tispjegali, inti m’intiex hawn biex nagħmillek
mistoqsijiet. Però xi ħadd irid ikun konsistenti u jgħidli għaliex
minn
għand il-Partit Laburista jippretendi ċertu tip ta’ aġir u
minn
għand il-Partit Nazzjonalista jagħmel differenza f’affarijiet. Mhux
aċċettabbli għalija.
Din hija deċiżjoni li ħa
l-Partit u hija deċiżjoni li ttieħdet fil-kumpless sħiħ ta’ l-affarijiet
kif inhuma. Ma jfissirx li l-Partit Nazzjonalista beża’ mill-elettorat.
Imma l-Partit Nazzjonalista qed jiffaċċa l-elettorat f’diversi
lokalitajiet, inkluż fil-lokalitajiet importanti u qegħdin inwasslu l-messaġġ
tagħna. Issa finalment jagħżel l-elettorat.
Dik hi l-kwistjoni. Issa ma nippretendux illi l-elezzjonijiet tal-Kunsilli
Lokali huma elezzjonijiet li se jiddeterminaw ir-riżultat ta’ l-Elezzjoni
Ġenerali. Nassigurakom illi mhux hekk, però huwa eżerċizzju
importanti li jrid isir biex jintgħażlu l-Kunsilli illi se jieħdu ħsieb
il-management tal-Lokalitajiet tagħna għal tliet snin illi ġejjin u
dak l-eżerċizzju qegħdin committed
illi nagħmluh biex ikollna fil-lokalitajiet kollha, dak illi hu aħjar
fil-lokalitajiet tagħna.
Dwar l-FTS, nixtieq li nkunu ġusti hawn għax jiena ma nistax naċċetta u
ma nistax nifhem kif (fair enough
issir l-analiżi ta’ dak illi wieħed għandu jħaddem biex l-affarijiet
isiru sew) però xi ħadd irid jirrikonoxxi li ttieħdet azzjoni, u li
ttieħdet azzjoni biex dak illi ma sarx sew jibda jsir sew u illi ma
tissemmiex illi min kien responsabbli tterminalu l-impjieg u li ma
jissemmiex illi ttieħdu miżuri biex dawk l-iżbalji li saru ma jerġhux
jiġu ripetuti.
Jien inħossni ftit iddiżappuntat illi jien nagħmel rapport, però f’dak
ir-rapport back dated għal
sena, sentejn ilu ma tirrikonoxxix id-deċiżjonijiet u l-miżuri li
ttieħdu preċiżament biex jindirizzaw u biex jiġu highlighted.
Għax allura li nippubblikaw rapport illi jpinġi stampa illi hija
sentejn antika u dik l-istampa ma tiġix aġġornata bil-miżuri kollha
li ttieħdu biex dawk l-issues
jiġu indirizzati, skużi, jien indawwarha bil-kontra. Jien ngħid illi
min hu responsabbli politikament ħa l-passi u passi ibsin ukoll biex
dak li seħħ jiġi kkoreġut.
Issa m’hemm l-ebda allegazzjoni ta’ korruzzjoni u x’naf jien.
Allavolja kien hawn min għamel dawn l-allegazzjonijiet u nispera li
issa ħa t-tweġiba tajjeb. M’hemm xejn minn dan kollu. Li hemm, li ma ġewx segwiti proċeduri finanzjarji, u dak huwa
ħażin u ttieħdu l-miżuri biex dak ma jsirx.
Jien personalment jinteressani ħafna, la darba nidentifikaw il-problema,
tinteressani soluzzjoni u li jkolli rapport illi ma jindikax illi ttieħdu
soluzzjonijiet, f’opinjoni tiegħi m’għandux ikun, illi l-pubbliku
tagħna, il-poplu tagħna ma nkunux qed nagħtuh l-istampa vera. Għax
l-istampa vera hija li għandna l-istrutturi li għandna f’pajjiżna,
għax l-istrutturi f’sitwazzjoni fejn ċertu proċeduri finanzjarji ma
jkunux qed jiġu segwiti.
Dan ifisser illi għandna strutturi illi jaħdmu. Issa, għandna wkoll Gvern
li ħa l-azzjoni fuq dak li ġie identifikat u ħadha dik l-azzjoni. Dak
tajjeb ukoll għax ifisser illi għandna Gvern illi jirrispondi għal
dak li l-istituzzjonijiet qegħdin jgħidu li għandhom jiġu rranġati
u ġew irranġati imma din it-tieni parti ma tintqalx.
U jiena nħossni ftit iddiżappuntat. Madanakollu nirrikonoxxi illi huwa
tajjeb li għandna istituzzjonijiet illi iva, imma jibqgħu għassa ta’
l-entitajiet kollha tagħna biex inkunu ċerti li kulħadd miexi sew.
Mhux hekk biss, jien inżid biċċ’ oħra. Jien stess żidt unit ieħor speċifikament ukoll li għandha dan il-ħsieb biex
naraw illi l-infiq tal-Gvern fil-livelli kollha, anki
tal-korporazzjonijiet, qed isir kif għandu jsir u dan huwa l-FMMU, li
issa bdiet topera u jonqosha nżidulha aktar nies biex tkun aktar effiċjenti,
biex tkun tista’ ġġibilna r-riżultati. Għalhekk nagħmluhom l-istituzzjonijiet
aħna. Però la darba tittieħed azzjoni biex dan il-pajjiż jirranġa,
ma naħsibx li, skużi, huwa sew illi nippreżentaw stampa li hija
nofsha. U dan li qed jiġri sfortunatament.
Xi ħadd ieħor?
Karl Wright – RTK Radio
Prim Ministru, saret referenza għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali.
Vera li forsi mhux issue tal-Gvern
imma forsi issue tal-Partit.
Però saret kritika illi minn naħa tal-Gvern qisu, u minn naħa tiegħek
bħala Prim Ministru u Kap tal-Partit ukoll, jiġifieri bħala Kap
Nazzjonalista wkoll, baqgħu għaddejjin ukoll qisu ma tantx hemm impenn
għal elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali. Bħal li kieku speċi m’hu ġej
xejn.
Xi twieġeb għal din il-kritika?
Prim Ministru
Niċħadha kompletament
żgur.
Karl Wright – RTK Radio
Skużani, anki fir-rigward
tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, speċi kien hemm min qal,
dan kif qed isir issa qabel l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali?
Prim Ministru
Le, niċħad
kompletament. L-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali huma importanti. Huma
parti mill-ħajja, tar-realtà ta’ pajjiżna u jiena nagħtiha l-importanza
u qegħdin nagħtuha l-importanza li jistħoqqilha. Il-Kunsill Ġenerali
tal-Partit Nazzjonalista għadda, u għaddej
minn
proċess biex il-Partit iġedduh, ħalli
anki l-Partit jiġġedded.
Aħna ma għedniex, isma’ l-pajjiż kollu imma aħna le. Għandna
Partit li ridna nġedduh u ġeddidna waħda sew. Għax biex tbiddel
il-Kap tal-Partit proprju meta qiegħed fil-Gvern, niftehmu għidli
x’hemm iżjed ta’ tiġdid
minn
hekk. U li jirnexxilek tagħmel din il-bidla u tibqa’ għaddej bil-ħidma
tal-Gvern, bir-ritmu li llum qed niġu akkużati illi qed nagħmlu
wisq affarijiet, inkluż din. Għax din gustuża, din oħra, din togħġobni.
Issa anki l-Kunsill Ġenerali, x’jiġifieri ma jmissniex iltqajna bħala
Kunsill Ġenerali? Ma jmissniex biddilna? Ma jmissniex aħna lilna
nfusna tajna parteċipazzjoni ta’ nisa aktar, ma jmissniex tajna aktar
vuċi liż-żagħżagħ, ma jmissniex tajna aktar vuċi għal Għawdex?
Le. Jiena ili ngħid, kull ġurnata tiswa mitqlu deheb. Jekk f’ġurnata
waħda nista’ ndaħħal għaxar affarijiet minflok ħamsa, għaxra se
ndaħħal. U tistgħu ddumu tgħiduli li ma għandux x’jaqsam xejn
mal-Kunsill Lokali għax jekk jidhirli li f’din il-ġimgħa li qegħdin
fiha aħna rridu nħabbru l-proġett ta’ Dock Number 1 ħabbarnieh.
Jekk
f’din il-ġimgħa li qegħdin fiha, ġimgħa qabel l-elezzjonijiet
tal-Kunsilli Lokali qed niddiskutu l-istrateġija tagħna dwar l-Ewro
ddiskutejnieha, u qed niddiskutuha. Jekk f’din il-ġimgħa hemm bżonn illi l-pajjiż jiena nsiefer u nitkellem
mal-President Barroso dwar il-Financial
Perspectives iva jiena nsiefer. Mela se noqgħod nistenna għal wara
l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali?
Jien ngħid, u l-Gvern tiegħi qed jirraġuna, m’għandniex ħin x’naħlu.
Iż-żmien għaddej u kull ġurnata tiswa mitqlu deheb, u r-riżultati
ta’ din il-ħidma qed noħduhom. Jiġifieri to
theextent li jgħidulna
kemm qed taqbdu affarijiet. Jien ir-risposta tiegħi hija naqbdu, anzi
xtaqt qbadt iżjed, anzi xtaqt li qbadna iżjed affarijiet. Għax kull
ġurnata hija prezzjuża u kull ġurnata nixtieq noħroġilha s-sugu
kollu li hemm bżonn, għax ir-riżultati għal pajjiżna rrid
nakkwistahom malajr. U pajjiżna qiegħed jakkwistahom.
U r-riżultati qed narawhom. Fadlilna ta, jiġifieri ara ma jfettillux xi ħadd
jaħseb illi lħaqna, fadlilna ħafna iżjed imma t-12-il xhar illi għaddew,
kienu 12-il xhar illi kienu jinvolvu element ta’ ħidma mill-Ministeri
kollha enormi, illi wħud minnhom ir-riżultati ta’ dawk, għad iridu
joħorġu fil-ġimgħat illi ġejjin. Jiġifieri se nuża espressjoni
tipikament fl-Ewropa. Il-pipeline tagħna
mhux l-acquis, ta’ l-inizjattivi,
tal-proġetti, il-pipeline tagħna
bl-Ingliż jgħidu is bursting.
Jiġifieri aħna għandna inizjattivi li ġejjin li issa rridu jaslu għal
punt ta’ maturità tagħhom li se nkunu qed inħabbru fil-ġimgħat
illi ġejjin. Dak hu r-riżultat ta’ ħidma li ma taqta’ xejn imma
sa dan it-tant hemm l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali. Nagħtu l-importanza
lill-Kunsilli Lokali però nagħtu importanza lill-affarijiet oħrajn
ukoll illi jagħmlu differenza għalina wkoll.
Karl-Stagno-Navarra – Maltarightnow.com
Prim Ministru, fenomenu
li l-Ewropej qed jiffaċċaw huwa jobless
growth. Jekk tippreokkupax lilek bħala Prim Ministru għaliex ċerta
statistika jidher illi l-ekonomija tagħna qed tikber bl-investiment,
però mhux qed toħloq daqshekk, kemm huma mixtieqa, ta’ postijiet ta’
xogħol ġodda. U semmejt issa d-diskussjoni dwar l-istrateġija għal
adozzjoni ta’ l-Ewro, jekk tista’ iżżid xi ħaġa.
Prim Ministru
Din ta’ l-jobless growth, tkabbir ekonomiku mingħajr ma jinħolqu l-postijiet
tax-xogħol din hija realtà illi d-dinja moderna qiegħda tiffaċċja.
It-teknoloġija qiegħda tavvanza u ilha issa, imma issa r-ritmu żdied
b’mod qawwi. Però din it-teknoloġija qiegħda tippermettilna biex
dak li qabel biex nagħmluh kien ikollna bżonn għaxra
minn
nies, illum tista’ tagħmlu b’ħamsa.
Mela inti għandek
fabbriki illi qed jirduppjaw il-produzzjoni tagħhom però b’inqas
nies. U għalhekk hemm bżonn illi aħna dejjem immorru għal dak li
huwa added value għal dawk
illi huma niċeċ adattati għal pajjiżna. U allura għalhekk l-inizjattivi
li ħabbarna, fosthom illi għandna bżonn bħala pajjiż ninvestu ħafna
iżjed fir-riċerka ta’ l-innovazzjoni u l-iżvilupp. Waħda mill-affarijiet
li qegħdin naħdmu fuqha u ilna naħdmu fuqha issa mill-ftit ġimgħat
qabel ma ħabbarna l-budget,
hija biex nirrevedu l-istruttura nazzjonali għal dak li għandu
x’jaqsam mar-research and
development.
Irridu, u nixtiequ li
jkollna struttura ħafna iżjed iffukata, ħafna iżjed attrezzata, biex
dak li għandu x’jaqsam mar-riċerka u l-iżvilupp, l-innovazzjoni
f’pajjiżna, il-benifiċċju li dak jagħti għal manifattura tagħna,
l-industrija tal-manifattura tagħna għas-servizzi tagħna kollha, għall-ekonomija
kollha tagħna, inkunu nistgħu nisftruttawha, din mixjin lejha,
fadlilna x’naqdfu, però se nkunu qed inħabbru, nittama, deċiżjonijiet
minn hawn u ftit ġimgħat oħra.
Dwar l-Ewro iva, bħalissa
l-Gvern qed ikompli bid-diskussjoni nterna dwar id-deċiżjoni tagħna
dwar jekk nipparteċipawx u meta nipparteċipaw fil-mekkaniżmu li jgħidulu ERM II li fih irridu nqattgħu perjodu ta’ sentejn biex
eventwalment tidħol il-munita Ewropea f’pajjiżna. F’dawn il-jumejn
illi għaddew, kien hemm delegazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea
minn
waħda mill-kumitati għal ta’ l-apposta biex teżamina l-performance ta’ l-ekonomija tagħna. Fix-xhur illi għaddew, u l-projections
ta’ l-ekonomija tagħna għal perjodu li ġej ħalli jagħmlu dan l-assessment
u jkunu jistgħu huma stess jagħmlu assessment
dwar jekk
Malta
hiex f’pożizzjoni li tibda proċess ħalli tidħol fl-ERM II.
Id-delegazzjoni
kkonkludiet ix-xogħol tagħha l-bieraħ, u rridu naraw x’se tkun din
l-analiżi,
Malta
hawn ukoll, il-Gvern ukoll, naturalment qed jagħmel din l-analiżi. Li
nixtieq ngħid li s’issa għandna rikonoxximent totali, pożittiv min-naħa
tal-Kummissjoni u min-naħa ta’ l-ECOFIN dwar il-performance
tal-Gvern fil-qasam finanzjarju. U jien dan nixtieq nenfasizzah, għax
din ġdida, din qatt ma kellna, qatt ma għaddejna minnha din l-esperjenza.
Qabel fl-imgħoddi,
fis-snin illi għaddew, ma kienx ikollna body
indipendenti li jagħmel audit
dak li jgħid il-Gvern. It-talba issa bir-realtà ta’ l-Unjoni Ewropea
għandna din ukoll. Il-Gvern, mhux il-Gvern Malti biss, il-Gvernijiet
kollha tal-25 pajjiż jiġu prattikament audited
mill-ECOFIN, illi jivverifikaw jekk il-kontijiet għal għeluq tas-sena humiex veritieri, humiex korretti. Imbagħad jeżaminaw
ukoll il-miżuri li jkunu ġew imħabbra għall-budget
tas-sena d-dieħlajekk
humiex in line ma’ dawk it-targets li kienu ġew stabbiliti. U jien niftaħar
illi l-ECOFIN lill-Gvern tah l-akbar ċertifikat possibbli.
Issa vera
,
il
-Kap ta’ l-Oppożizzjoni qed jgħid bil-kontra. Però bir-rispett
kollu, jien naħseb illi noqgħod iżjed fuq il-kelma ta’ l-ECOFIN, u
d-dikjarazzjonijiet ta’ l-ECOFIN
minn
dak tal-Kap ta’ l-Oppożizzjoni li qiegħda tgħid li hemm diżastru
kullimkien, waqt li jien qed ikolli ċertifikat mill-aħjar li jista’
jkolli mill-Unjoni Ewropea.
Xi ħadd ieħor?
Charlon Gouder – Super One TV
Prim Ministru, ma kontx
se nistaqsi però madankollu la għamilt referenza għaliha se nsaqsiek
mistoqsija. Mistoqsija li ili ħafna nsaqsilek imma li s’issa għadni
bla risposta. Forsi għallinqas ġimgħa qabel l-elezzjonijiet
tal-Kunsilli Lokali ta’ l-inqas ikolli risposta.
Liema huma dawk
il-lokalitajiet, liema huma dawk il-Kandidati li l-Partit Nazzjonalista
irtira n-nomini tagħhom b’konsegwenza ta’ hekk ma sarux
elezzjonijiet lokali? Mela dik hija l-ewwel mistoqsija.
It-tieni mistoqsija dwar
l-FTS. Jekk immorru lura għas-sena 2003, Louis Galea kien qal “jiena
lest li naċċetta r-responsabbiltà politika anki jekk ma nkunx jiena
stess illi żbaljat”. Saru żewġt investigazzjonijiet fil-kwistjoni
tal-FTS. Waħda mill-Maġistrat Dr Consuelo Scerri Herrera u l-oħra
wkoll ir-rapport ta’ l-Awditur Ġenerali. It-tnejn qiegħed jgħidu li
saru rregolaritajiet kbar. X’passi se tieħu inti bħala Prim Ministru
fil-konfront ta’ Louis Galea sabiex ta’ l-inqas
tara
illi dak illi qal fl-2003 effettivament jitwettaq?
Louis Galea wkoll dan l-aħħar
qal li jissuspetta li r-rapport ta’ l-Awditur Ġenerali ġie
ippubblikat issa minħabba l-elezzjonijiet tat-12 ta’ Marzu, minħabba
skadenzi elettorali. Taqbel mal-kollega tiegħek?
It-tielet mistoqsija
fil-każ ta’ John Dalli
Prim Ministru
Intkom ma titgħalmu
qatt, jiena għidt mistoqsija waħda, inti għamiltli erba’
mistoqsijiet
Charlon Gouder – Super One TV
Le, mhux jiena biss
staqsejt il-mistoqsijiet aktar
minn
waħda. Fil-każ ta’ John Dalli inti tlabtu biex jirriżenja minkejja
li ma kien hemm l-ebda konklużjoni ta’ l-ebda rapport li saret. Ma
kien hemm l-ebda konklużjoni ta’ l-ebda investigazzjoni tar-rapport
minkejja illi madanakollu xorta waħda tlabtu illi jirriżenja.
Fil-konfront ta’ Louis
Galea se tadotta l-istess proċedura? U l-aħħar mistoqsija,
fil-kwistjoni tal-gass, ftit li xejn issemma illi Tancred Tabone xeħet
ir-riżenja tiegħu, ried jirriżenja, il-ballun issa qiegħed
f’saqajn il-Gvern. Għaliex ma aċċettajtux ir-riżenja ta’ Tancred
Tabone? U jekk taqbilx ukoll mal-Ministru
Austin
Gatt illi inti għidt mhux ta’ kemm titlob apoloġija?
Illum il-Ministru
Austin
Gatt, dan l-aħħar fl-isem l-Enemalta talabha biex titlob skuża jiġifieri
dik hija responsabbiltà politika li se jieħu l-Gvern tiegħek
fil-kwistjoni tal-gass?
Grazzi ħafna.
Prim Ministru
L-ewwel mistoqsija weġibtielek, però meta dawn fuq is-Super
1 dak li għidtlek jiena ħadtu nofs sekonda minn dak li għidt jien u l-bqija tat-tweġiba tiegħi qtajtuha kompletament.
Jekk se tkomplu sejrin hekk jien se ngħidlek jiena diġà weġibtek.
Sib ir-recording kollu illi għandkom
tas-Super 1, u pproduċi r-recording
kollu u mhux sempliċiment sentenza waħda fejn jien inwieġeb
il-mistoqsija u taqlagħha mill-kuntest kollu. L-ewwel mistoqsija weġibtielek
diġà.
Dwar ir-responsabbiltà
politika u Louis Galea. Louis Galea r-responsabbilta’ politika refagħha
u ħa l-azzjoni fuqha. U ħa l-azzjoni fuqha. Ittieħdu d-deċiżjonijiet
preċiżament biex jiġu ndirizzati l-punti li ġew imqajma, inkluż li
l-persuna li kienet responsabbli - c-CEO - spiċċat minn dik il-pożizzjoni u ttieħdu deċiżjonijiet
oħrajn biex dak li sar ma jerġax iseħħ, bil-bord stess ta’ l-FTS
jiltaqa’ u jagħti struzzjonijiet stretti ta’ dak x’għandu jsir u
x’mgħandux isir. Tajjeb, issa l-bord ta’ l-FTS kellu jiltaqa’ l-bieraħ,
jew il-bieraħt lura, biex jeżamina wkoll ir-rapport ta’ l-awditur,
u jekk hemmx suġġerimenti ġodda li għadhom ma ġewx implimentati
biex nimplimentawhom. Però dak li ġie implimentat se jgħidu żgur
illi ġie implimentat.
Dwar il-kwistjoni ta’
John Dalli, ma nħalltux iż-żewġ affarijiet. Iva, anki
fil-mistoqsijiet li jsiru noqogħdu nħalltu l-affarijiet. M’għandha
x’taqsam xejn u qegħdin f’pożizzjoni, sitwazzjoni kompletament
differenti.
Dwar Tancred Tabone.
Tancred Tabone offra r-riżenja tiegħu u dehrilna li ma kellniex naċċettaw
ir-riżenja tiegħu. Austin Gatt stieden lill-Enemalta biex toffri l-apoloġija
u għamel sew, però finalment Austin Gatt, jiena u kollha kemm aħna bħala
Gvern nemmnu illi mhux biżżejjed titlob apoloġija. Dik faċli ħafna
biex wieħed jagħmilha.
Jien li jinteressani
huwa x’tagħmel biex issolvi l-problema partikolari u rrid ngħid illi
Austin
bħala Ministru responsabbli
minn
dak is-settur, flimkien ma’ l-Enemalta u Tancred Tabone, ħadu diversi
miżuri biex il-problema tiġi indirizzata, tiġi riżolta u biex malajr
kemm jista’ jkun is-sitwazzjoni terġa’ tiġi għan-normal. Nerġa’
nirrepeti
minn
dak li qalu l-GRTU il-bieraħ jidher illi bil-mod il-mod is-sitwazzjoni
ġejja għan-normal.
Owen Galea – Union Press
Prim Ministru, nixtieq nagħmel referenza lejn il-Kostituzzjoni. Anzi lejn
il-Kostituzzjoni ta’ Malta. Fil-Kostituzzjoni ta’ Malta
hawnhekk jingħad f’Kapitlu 1, Artiklu Numru 6 “subject
to the provisions of sub-articles (7) and (9) of the article 47 and of
article 66 of this Constitution, if any other law is inconsistent with
this Constitution the Constitution shall prevail and the other law
shall, to the extent of the inconsistency, be void” Issa minn naħa
l-oħra fil-Kostituzzjoni jew fit-Trattat tal-Kostituzzjoni Ewropea qed
jingħad ċar hawnhekk illi l-Kostituzzjoni li tiġi adottata mill-Kostituzzjonijiet
Ewropea tal-kompetenzi konferenti fuqha, jkollhom primat fuq il-liġi ta’
l-Istati Membri. Issa aħna bħala Stat Membru, ma taħsibx li hemm xi
konflitt bejn dawn iż-żewġ Konstituzzjoniijiet?
Prim Ministru
Le, ma naħsibx illi hemm kontradizzjoni jew pożizzjoni konfliġġenti bejn
il-Kostituzzjoni ta’ Malta u t-Trattat Kostituzzjonali.
Nenfasizza illi Trattat Kostituzzjonali ġab għal pajjiżna, jew iġib
għal pajjiżna, jekk jiġi approvat, għax it-Trattat Kostitituzzjonali
għad irid jiġi approvat u jrid jgħaddi minn proċess mal-pajjiżi kollha,
inkluż Malta. Però la darba jiġi approvat u
jiġi fis-seħħ it-Trattat Kostituzzjonali, lill-pajjiżna jagħtih is-sitt
siġġu parlamentari. Lil pajjiżna jikkonfermalu illi ħadd qatt ma
jista’ jiġi u dak is-sitt siġġu jneħħih għax dak se jkun in-numru
minimu ta’ siġġijiet li pajjiż jista’ jkollu membru fl-Unjoni
Ewropea.
Jiġifieri tikber kemm tikber l-Unjoni Ewropea, fl-ebda stadju ħadd ma
jista’ jiġi u jgħidilna “mela xi ħadd irid inaqqas is-siġġijiet
tiegħu.” Ħaddieħor jista’ jnaqqas imma aħna le. Għax aħna qedgħin
f’dak il-minimu. It-trattat Kostituzzjonali tagħna, l-kummissarju tagħna,
l-affarijiet kollha jekk tiftakru tajjeb fir-referendum, il-poplu tagħna
ddeċieda.
Il-poplu tagħna f’referendum iddeċieda li jrid jissieħeb fl-Unjoni
Ewropea, li jrid anzi illi Malta jkollha dawn u l-punti kollha illi t-Trattat Konstituzzjonali stess
ikkonferma. Jiġifieri jiena r-risposta tiegħi hija le, m’hemmx
kontradizzjoni bejn iż-żewġ affarijiet, anzi t-trattat
Konstituzzjonali jġib fis-seħħ dak li l-poplu Malti verament ried
b’espressjoni ta’ Referendum li hija l-ogħla espressjoni
demokratika ta’ volontà ta’ poplu. Naħseb illi dak fih innifsu
huwa tajjeb, u għalhekk jiena nirrakkomanda li t-Trattat
Konstituzzjonali malajr kemm jista’ jkun iġib l-approvazzjoni ta’
kulħadd f’pajjiżna.
Il-Kostituzzjoni Maltija, għal dak li għandu x’jaqsam mal-liġijiet ta’
Malta, ma’ dak li għandu x’jaqsam
ma’ l-affarijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ pajjiżna, tibqa’
suprema. It-trattat Kostituzzjonali jsemmi affarijiet illi għandhom
x’jaqsmu mar-relazzjonijiet ta’ pajjiżna fis-sovranità ta’ pajjiżna
ma’ l-Unjoni Ewropea, u allura m’hemmx kontradizzjoni u l-Gvern mhux
qed jaħseb le, biex jagħmel xi emendi Kostituzzjonali għax m’hemmx
għalfejn ikun hemm emendi Kostituzzjonali biex dan ikun jista’ jsir.
Owen Galea – Union Press
Hemm bżonn ukoll taż-żewġt terżi tal-Parlament ?
Prim Ministru
Le m’hemmx għalfejn iż-żewġ terzi tal-Parlament anzi kif inhi l-liġi
ta’ pajjiżna stess approvata mill-Parlament Malti teknikament kull ma
rridu nagħmlu huwa li titressaq riżoluzzjoni quddiem il-Kumitat dwar
l-affarijiet barranin u l-affarijiet Ewropej. Il-Gvern pero’ diġà
kkommetta ruħu illi se jressaq riżoluzzjoni fil-Parlament biex tiġi
approvata mill-Parlament u allura se nagħmlu hekk.
Il-Kostituzzjoni Ewropea jkollha prevailing
speċi fuq il-Kostituzzjoni Maltija?
Prim Ministru
Dak li għandu x’jaqsam mar-relazzjoni ta’ pajjiżna ma’ l-Unjoni
Ewropea, ir-relazzjoni ta’ pajjiżna ma’ l-Unjoni Ewropea tiġi
relatata b’dan it-Trattat. Bħalma pajjiżna jiffirma trattati ma’
pajjiżi oħrajn u dawn jiġu approvati mill-Parlament tagħna. Għamilna
Trattati ma nafx kemm. Lista sħiħa, siegħa qabel ma dħalna membri
fl-Unjoni Ewropea, kif ukoll wara. U dejjem imxejna b’dan il-mod. Kif
ukoll it-Trattat Kostituzzjonali ta’ l-Unjoni Ewropea. Xi ħadd ieħor?
Reno Bugeja - PBS
Prim Ministru, fid-dawl tal-visibiltà tiegħek u tal-Ministri
fil-lokalitajiet fejn qed isiru l-elezzjonijiet naħseb li hu ġustifikat
li nagħmel din il-mistoqsija. X’tantiċipa li se jiġri fl-elezzjonijiet
ta’ nhar is-sibt li ġej?
Prim Ministru
Ġustifikat tagħmilha l-mistoqsija, ma nafx kemm jien ġustifikat inweġibha.
Ma nafx l-elettorat Malti għandu issa l-opportunita’ li jagħmel għażla
bejn Kandidati ta’ Partit u Kandidati oħrajn. Ngħaddu minn dan l-eżerċizzju, mbagħad
nittama illi jitwettaq mill-għada stess xi ħaġa illi jien ili
nappella għaliha matul dawn il-granet illi għaddew.
Jiġifieri illi jkun hemm
verament dan is-sens ta’ sħubija bejn il-Kunsilli Lokali u l-Gvern. Aħna
l-Gvern għas sena 2005, però f’kuntest ta’ pjan ta’ ħames snin,
poġġejna bħala tliet pilastri l-ekonomija tagħna u allura l-ħolqien
tal-postijiet tax-xogħol, l-edukazzjoni u l-ambjent.
Nirrikonoxxu bħala Gvern li nistgħu ngħaġġlu ħafna iżjed jekk ikollna
l-Kunsilli Lokali sħab magħna f’dan l-eżerċizzju. U l-messaġġ li
jiena nispera li joħroġ huwa, li minn dan ir-round
tal-Kunsilli Lokali, il-Kunsilli Lokali kollha, mhux biss il-Kunsilli
Lokali eletti f’dan ir-round,
imma l-Kunsilli Lokali kollha jifhmu l-Gvern irid li din l-isħubija
bejn il-Gvern Ċentrali u l-Gvern Lokali titkattar u tissaħħaħ ħafna
iżjed. Aħna m’aħniex sodisfatti daqs kemm xtaqna nkunu illi l-inizzjattivi
importanti li ħadna matul it-12-il xhar li għaddew fil-qasam ta’ l-ambjent,
ġew assorbiti kollha kif kellhom jiġu assorbiti bil-Kunsilli Lokali
kollha.
Jien għadni sa llum ma nistax nifhem kif il-Gvern ipoġġi Lm1,600 għad diżpozizzjoni
ta’ kull Kunsilli Lokali biex iwaqqfu Bring-In-Sites, parti mill-istrateġija tagħna importantissima
f’dawk li għandu x’jaqsam mat-Trattament ta’ l-Iskart, u jkun
hemm Kunsilli Lokali li jirrifjutaw illi jieħdu sehem f’dan l-eżerċizzju
li jagħmlu użu minn dawn il-Lm1,600 u ma jkollhomx Bring-in-Sites
f’posthom. Dan mhux aċċettabli, mhux spjegabbli, ħlief b’aġenda
illi aħjar ma nikkumentax iż-żejjed fuqha, għax jien wegħidt li
nibqa’ nikkonċentra fuq il-ħidma tal-Gvern. Pero’ anki din hija ħidma
tal-Gvern importanti, u jiena ngħid illi biex jirnexxu, partikolarment
fuq il-qasam ta’ l-ambjent, għandna bżonn li jkollna l-Kunsilli
Lokali sħab magħna fil-proġetti kollha li nkunu qegħdin nieħdu.
Kurt Sansone – The
Malta
Today
Prim
Ministru, xahar u nofs ilu inti kont tlabt l-Imħallef Debasquale jibda
inkjesta fuq dak li ġara fil-Barracks ta’ l-Armata. Għaddew xahar u nofs u ma smajna xejn.
Inti dak inhar kont tlabtu li kemm jista’ jkun ilesti malajr għax
kienet xi ħaġa ta’ urġenza Nazzjonali.
Sodisfatt
b’dan id-dewmien ta’ żmien?
Prim
Ministru
Mhux
kwistjoni ta’ sodisfatt jew mhux sodisfatt. Jien m’għandiex dubju
li l-Imħallef Debasquale jagħmel xogħlu u jagħmel xogħlu tajjeb. L-informazzjoni
li għandi hija li għandu lista twila ħafna ta’ nies illi jrid jisma’
xiehda u tajna anki l-faċilitajiet biex ikun jista’ jagħmel dan.
Ma
rridx bl-ebda mod ninfluwenza l-Imħallef Debasquale f’xogħlu, dik
mhix il-biċċa tiegħi. Jiġifieri nħalli dan is-suġġett
kompletament f’idejh biex hu jkun f’pożizzjoni li jagħmel rapport,
inkjesta oġġettiva li tkun tista’ tgħinna ħalli naraw l-affarijiet
eżattament kif saru, u jekk saru b’affarijiet li hemm bżonn
intejbuhom, allura nieħdu l-miżuri biex intejbuhom. Però la darba l-Imħallef
qed jagħmel dik il-biċċa xogħol, ma rridx nindaħal jien bl-ebda mod
u ma rridx ninfluwenzah, l-anqas fil-mod ta’ kif jaħseb l-aħjar li
jmexxi din l-inkjesta.
Pamela
Hansen – The Sunday Times
Tkellimna
fuq Tancred Tabone u l-Ministru Gatt. U ġie f’moħħi l-intervista li
ta il-Ministru Gatt lit-Times, li dehret il-bieraħt lura. U fiha semma’ li ċ-Chairman
kważi kważi ma jistax ikellem lill-Press
qabel ma jkellmu lilu. Taħseb li din qed tawgura sistema ta’ Gvern li
l-media ma jistgħux ikellmu ċ-Chairman
u c-CEO’s ta’ kumpanniji
li huma parastatali?
Prim
Ministru
Le,
ma naħsibx li ried ifisser hekk jew li qal hekk. Ma nafx it-text
preċiż biex inkun sinċier, imma ma jidhirliex li fhimtha hekk. Li
kien speċifiku u naħseb f’dan is-sens I
endorsefully, li nispiċċaw
aħna b’awtoritajiet illi jitfgħu l-ballun lil-xulxin, that
is unacceptable. U allura jekk, mhux qed nirreferi għal Tancred
Tabone, jekk Chairman ta’
awtorità qed jipprova jfarfar u jitfa’ l-awtorità fuq iċ-Chairman,that is unacceptable u f’dak
il-każ ma rridux li dan jiġri. Jiġifieri naħseb f’dan il-kuntest
saret. Ma nafx it-text preċiż
biex inkun fair, ma niftakarx
preċiż il-kliem kif intqalu però
Pamela
Hansen – The Sunday Times
Hu
qal li jrid jikkontrolla għax hu responsabbli, u Vanessa MacDonald
fil-fatt kienet qed tagħmel l-intervista. Qalet, vuol
dire, gagging the press, għax fil-fatt jekk aħna ma nkunux nistgħu
nkellmu CEO jew Chairman ta’
kumpanija qabel ma jikkonsulta l-Ministru, ma naħsibx li jawgura tajjeb
għad-demokrazija.
Prim
Ministru
Le
assolutament. Il-fatt li jiġi l-Prim Ministru jqatta’ sagħtejn mal-Press
hawnhekk u jsaqsu l-mistoqsijiet kollha, naħseb hija l-akbar prova li
nista’ nagħtik jien illi l-Gvern tiegħi huwa kompletament miftuħ.
Però
wkoll żgur mhux il-każ u naħseb, għax naf il-kuntest u għax kelli
diskussjonijiet ukoll mal-Ministru Gatt naf il-kuntest. Aħna li ma
rridux huwa li nispiċċaw kulħadd jitfa’ l-ballun lil-xulxin. Jekk
hemm xi ħaġa li aħna rridu nkunu accountable
għaliha, let us be accountable,
iva, imma mhux nispiċċaw kulħadd ifajjar. U naħseb li f’dak
il-kuntest li sar il-kumment. Xi ħadd ieħor?
Fr. Noel Grima – The Malta
Independent on Sunday
Fil-gazzetti tal-Ħadd
li għadda kien hemm f’diversi gazzetti, ittra li wieħed anke jista’
jinterpretaha bħala attentat ta’ kite-flying
minn
naħa
ta’ l-Oppożizzjoni fuq is-suġġett tal-Kostituzzjoni u fuq
il-possibilta’ ta’ referendum dwar il-Kostituzzjoni.Anke jekk ma kienx hekk, anke jekk kienet espressjoni ta’
persuna individwali, kellu l-opportunita’ li jikteb f’iktar
minn
gazzetta waħda, hemm xi ċans illi l-Gvern ibiddel il-fehma tiegħu fuq
li jżomm referendum fuq
il-Kostituzzjoni in view tal-fatt
illi prattikament il-pajjiżi kollha ta’ l-Unjoni Ewropea qegħdin jagħmlu
dan, l-aħħar li ddeċidiet kienet id-Danimarka u l-Olanda, il-ġimgħa
li għaddiet.
Malta
ħa tkun waħda
minn
dawk il-ftit pajjiżi fejn il-poplu mhux se jingħata d-dritt li
jesprimi ruħu fuq xi ħaġa importanti bħal din bħal ma hija l-Kostituzzjoni?
Prim Ministru
Le ma naħsibx li dan jiġri
u hemm raġuni illi jiena kelli l-okkażjoni nispjegaha fl-imgħoddi,
nerġa’ nispjegaha llum.L-issues kollha tat-trattat kostituzzjonali kienu parti ċentrali ta’
kampanja għar-referendum li
f’pajjiżna, b’differenza mill-pajjiżi l-oħrajn kollha, kienet l-iktar
kampanja intensiva, l-iktar kampanja illi kellha żewġ partiti illi
aggressivament, ħa nużu dik il-kelma, qed jindirizzaw l-issues
kollha u l-issues kollha
li ssemmew fil-kampanja għar-referendum
huma issues illi b’xi
mod jew ieħor huma relatati ma’ punti marbutin mat-Trattat
Kostituzzjonali – is-sitt siġġu, il-lingwa Maltija, il-Kummissarju,
kollha kemm huma.U allura
naħseb illi ladarba l-poplu tagħna kellu l-okkażjoni li jesprimi lilu
nnifsu b’mod liberu fuq is-sħubija ta’
Malta
fl-Unjoni Ewropea, wara li sema’ l-argumentazzjoni kollha, jien ma naħsibx
li għandna għalfejn nerġgħu nagħmlu ripetizzjoni ta’ l-istess ħaġa.
Malta
għaddiet
minn
sitwazzjoni li hija pjuttost differenti
minn
dawk li għaddew pajjiżi oħrajn.U
kulħadd jirrikonoxxih dan.Jiġifieri
kienet kampanja partikolari, intensa u ma ssibiex fil-pajjiżi l-oħrajn.Żgur ma ssibiex fil-ħmistax il-pajjiż li kienu diġà membri,
għax dawn kienu diġà membri, m’għaddewx mill-eżerċizzju li għaddejna
minnu aħna, u jekk tqabbel lilna mad-disa’ pajjiżi ġodda l-oħrajn
kollha u tara r-referendum ta’
pajjiżna u tqabblu ma’ ta’ pajjiżi oħrajn, issib li ta’ pajjiżna
kien l-iktar wieħed kontenzjuż u l-iktar wieħed li daħal f’dawn l-issues.
Jiġifieri jien ma narax raġuni għaliex id-deċiżjoni tal-Gvern għandha
tiġi riveduta.Sadanittant
huwa importanti però, li l-partit Laburista jiġi għall-konklużjoni
malajr kemm jista’ jkun.Il-Gvern
iddeċieda illi ma nippressawx għall-pożizzjoni espressa mill-Parlament
Malti kif xtaqna li nagħmlu sa l-aħħar tas-sena 2004 u tajna iktar żmien
biex il-Partit Laburista jilħaq jagħmel id-diskussjoni interna.Jiena għidt illi lesti bħala Gvern nistennew sa nofs din is-sena,
però mbagħad f’nofs din is-sena il-pajjiż hemm bżonn li jiddeċiedi.Dan huwa fl-istil tal-Gvern li jagħti ċans għad-diskussjoni,
isiru d-diskussjonijiet, interni, ma’ xulxin, whatever,
però finalment imbagħad se tittieħed id-deċiżjoni.
Fin-nofs imma hawn mhux biss il-pożizzjoni ta’ Malta imma wkoll Malta fl-Unjoni
Ewropea. Il-pajjiżi l-oħrajn qed jaraw x’qed nagħmlu u ma nagħmlux
u huwa importanti li jkollna l-opinjoni tal-Partit Laburista fuqha din
il-kwestjoni. U għalhekk nittama, ġenwinament nittama, illi ssir id-diskussjoni
interna li tkun diskussjoni li tkun pożittiva u kostruttiva u li naslu
għal dak li nittama jiena, pożizzjoni li tkun unanima bejn il-partiti
fil-parlament tagħna.
Owen Galea – Union Press
Għall-iva u le biss biex tidħol fl-Unjoni Ewropea?
Prim Ministru
U żgur li le.Daqs kemm
smajna xorti fir-referendum! Inkluż
illi r-referendum rebħu l-Le u mhux l-Iva.Din eċċezzjonali.Kieku
kellna l-percentages nikkalkulawhom
b’dan il-mod, x’jiġrilna f’dan il-pajjiż! Li tibaħ ir-referendum
u tirbħu b’54% u tibqa’ tgħid illi r-referendum
intilef hija xi ħaġa li ġrat naħseb jiena f’Malta biss mid-dinja
kollha.Però ma ġara xejn.Dik illi ma nistax ma nagħmilhiex.
Fr. Noel Grima – The Malta
Independent on Sunday
Il-bieraħ kien hemm it-tieni
Cabinet Meeting f’ġimgħa
li dam eċċezzjonalment mid-9:00 sa l-16:00. Sa fejn naf jien ma ġie mħabbar
xejn x’kien is-suġġett li kważi hija prattika llum li l-Kabinett ma
jħabbarx għal xiex qiegħed jiltaqa’. Tista’
tgħid x’kienet ir-raġuni għal dan il-meeting,
it-tieni wieħed b’dan it-tul?
Prim Ministru
Kienet il-euro.Il-laqgħa li saret tal-bieraħ.Sejjaħtha jiena għal ta’ l-apposta biex il-Ministri
bis-Segretarji Parlamentari, jkollhom l-opportunità illi naġġornaw
irwieħna bl-aħħar studji, rakkomandazzjonijiet minn naħa tal-Bank Ċentrali
f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-adozzjoni tal-euro, f’dak li għandu x’jaqsam mal-Pjan ta’ konverġenza mal-kriterji
ta’ Maastricht, ma’ l-integrazzjoni ta’ l-ekonomija tagħna, ma’
l-ekonomija ewropea u allura kienet laqgħa li fiha ddiskutejna dak li
qed jirriżulta s’issa, ir-riskji għal pajjiżna xi jkunu
f’kwalinkwe deċiżjoni li nistgħu nieħdu.
Infakkar illi Malta bħal pajjiżi l-ġodda kollha, hija obbligata li ddaħħal
il-munità ewropea, li mhemmx, mhemmx it-terminu ta’ żmien.Però xi darba din irridu nagħmluha.Pajjiżi oħrajn ġodda diġà ħadu d-deċiżjoni, uħud minnhom
diġa’ ngħaqdu ma’ l-ERM II u oħrajn qegħdin fil-proċess biex
jingħaqdu.Dak ifisser li
sas-sena 2008, sa jkun hemm numru sostanzjali ta’ pajjiżi mill-membri
l-ġodda li se jkunu daħħlu l-euro.Malta tista’ tiffaċċa sitwazzjoni fejn il-kompetittivita’
tagħha tista’ tiġi mnaqqra, imdgħajfa għaliex pajjiżi oħrajn
membri ġodda fl-Unjoni Ewropea jkunu daħħlu l-euro
u Malta le.
Però aħna d-deċiżjoni tagħna rridu noħduha f’dak li huwa l-aħjar
interess ta’ pajjiżna.U
din l-analiżi li qed nagħmlu u bħalissa hija analiżi li kif għidt
diġà, wkoll qed issir minn naħa ta’ l-Unjoni Ewropea biex huma
indipendentement jaslu għall-konklużjoni ħalli jaraw jekk l-ekonomija
Maltija hijiex fi stadju li tista’ tintegra ruħha f’dan il-mekkaniżmu.L-indikazzjonijiet li għandi jiena huma pożittivi, però wieħed
irid jara l-iżviluppi li għad iridu jsiru.
Il-bieraħ fil-laqgħa li saret ma ttieħditx deċiżjoni għaliex għad
jonqos laqgħat oħrajn biex id-diskussjoni tiġi aktar approfondita u
dan se jkun qed jiġri fil-ġranet jew ftit ġimgħat li ġejjin, għaliex
jekk irridu nkunu f’pożizzjoni li nkunu ma’ l-iktar grupp viċin
illi ingħaqdu fl-ERM II, id-deċiżjoni rridu noħduha żgur fix-xahar
ta’ April.Jekk jaqbeż
ix-xahar ta’ April, allura jkun ifisser li aħna nkunu ipposponejna d-dħul
ta’ l-Euro, eventwalment b’numru ta’ snin u rridu naraw l-implikazzjonijiet
kollha ta’ deċiżjoni bħal din xi jkunu għall-pajjiż tagħna.
Jekk id-deċiżjoni tittieħed f’April, li nidħlu fl-ERM II, allura nkunu
nistgħu nkunu fost il-pajjiżi li jdaħħlu l-Euro
fis-sena 2008.Jekk
April jaqbeż, allura probabbilment it-terminu taż-żmien għad-dħul
ta’ l-Euro jitwal sostanzjalment.Dak
ifisser li nkunu spiċċajna probabbilment wieħed mill-ftit, ftit pajjiżi
membri ġodda li għadhom ma daħħlux il-Euro.
Il-lira Maltija, l-istudji li qed ikollna dwar il-valur tal-lira Maltija,
huma studji li kollha jikkonfermaw illi l-valur tal-lira Maltija huwa
valur reali.M’hemmx
assolutament l-ebda konsiderazzjoni, l-ebda ħsieb, l-ebda studju li
b’xi mod jew b’ieħor juru l-lira Maltija għandha bżonn żvalutazzjoni.Assolutament le.Lanqas
aġġustament, le.Li jiġri
huwa, jekk nieħdu d-deċiżjoni li nidħlu fl-ERM II, li jiġri huwa li
l-lira Maltija li llum hija pegged
70% mal-euro u mbagħad il-bqija mad-dollaru u mal-lira sterlina, b’effett
mid-data ħa tiġi pegged mal-euro.Imma dik hija deċiżjoni li wieħed irid jieħu, ma tagħmel
ebda differenza, jiġifieri ma tvarjax il-valur tal-lira Maltija.