LAQGĦA
TA’ KULL XAHAR
TAL-PRIM MINISTRU LAWRENCEGONZI MAL-MEDIA
Berġa ta’ Kastilja
Is-Sibt 5 ta’ Frar, 2005
Prim Ministru
Bonġu lil kulħadd.
Xtaqt nagħmel
introduzzjoni qasira għal dan il-press
briefing, l-ewwel wieħed tas-sena 2005.Naħseb illi kieku kelli nagħżel ftit punti li npoġġi
fil-bidu ta’ din l-introduzzjoni, l-ewwelnett matul il-ġranet li għaddew,
kellna ir-riżultat ta’ l-assessment
ta’ l-Unjoni Ewropea fuq il-performance
finanzjarju tal-Gvern għal dak li għandu x’jaqsam mal-miżuri
tiegħu biex jikkontrolla d-deficit,
kif ukoll għal dak li għandu x’jaqsam mal-mod kif mexjin għall-Pjan
ta’ Konverġenza tagħna.
Kif tafu, fil-konfront
ta’
Malta
l-assessment huwa wieħed pożittiv.
Mill-Ecofin ħareġ ir-riżultat
illi
Malta
miexja bil-proġett illi hija għandha li d-deficit
ta’ pajjiżna tnaqqsu fuq medda ta’ tliet snin għal-livell li
jinżel taħt it-3% u dan skond il-Pjan ta’ Konverġenza li aħna
konna ddeċidejna fuqu f’Mejju li għadda.Fil-fatt fis-summit illi
jmiss se jkun hemm rakkomandazzjoni għall-approvazzjoni tal-Kunsill
dwar l-assessments li saru fuq
Malta
u l-assessments huma pożittivi.Hemm kritika fil-konfront ta’ pajjiżi oħrajn, però
fil-konfront ta’
Malta
hija waħda pożittiva.Ninnota
li anke l-Unjoni Ewropea però rrikonoxxit bħalma qegħdin nirrikonoxxu
aħna, illi l-ikbar prijorita’ għal pajjiżna għandha tkun li
nkomplu ntejbu l-kompetittività, għaliex dak huwa fattur importanti ħafna
biex l-ekonomija tagħna tkompli tikber.
It-tieni punt li xtaqt
insemmi fil-bidu wkoll ta’ din l-introduzzjoni huwa l-fatt illi fil-ġranet
li ġejjin jiena se nitla’ Brussell biex ikolli laqgħat politiċi li
nagħtihom importanza kbira.Se
niltaqa’ l-ewwelnett mal-President Barroso, kif ukoll mal-Kummissarju
Damita Hubner li hija responsabbli għall-politika reġjonali.Ma’ dawn it-tnejn min-nies b’mod partikolari, il-punt kruċjali
li se niddiskutu hija l-pożizzjoni ta’
Malta
dwar il-One status.U l-mod ta’ kif l-Unjoni Ewropea s’issa qed tagħti
indikazzjoni ta’ kalkoli ta’ fejn wasalna fil-persentaġġ ta’
pajjiżna.Hemmhekk se jsir
l-argument
minn
naħa
ta’ pajjiżna, li aħna ma naċċettawx taħt iċ-ċirkostanzi ta’
kif qed isiru l-kalkoli tal-performance
ta’ pajjiżna.Ma naċċettawx
il-pożizzjoni li qed tirriżulta li Malta taqbeż il-medja ta’ 75% u
allura fid-diskussjonijiet li se jkolli li huma very
high level, se nkun qed inpoġġi l-pożizzjoni ta’ pajjiżna u
nargumenta illi l-istatistika li fuqha għandha timxi l-Unjoni Ewropea għandha
tkun iktar aġġornata għas-sena 2003 illi minn dik l-istatistika jkun
jirriżulta li Malta ma taqbiżx il-medja ta’ 75%.
Issa kif se nkun qiegħed
Brussell se niltaqa’ wkoll mal-Prim Ministru tal-Belġju, Verhofstadt
biex ukoll inkun nista’ nispjegalu dawn il-punti partikolari imma anke
affarijiet oħrajn li jistgħu jkunu ta’ interess bilaterali bejn
pajjiżna u bejn il-Belġju.
Xtaqt insemmi wkoll punt
importanti ħafna għal dak li għandu x’jaqsam ma’ dak li seħħ
fit-tarzna fil-ġranet illi għaddew.Jiena rrid nagħmilha ċara kif għamiltha ċara fl-imgħoddi
illi l-Gvern, u rrid ngħid allura l-poplu Malti, il-parti tiegħu għamilha,
il-formola biex it-tarzna taqbad ritmu li eventwalment fuq medda
tal-pjan oriġinarjament miftiehem, ta’ seba’ snin, it-tarzna tasal
sa livell li tkun vijabbli, dik il-parti għamilnieha – bħala Gvern u
bħala poplu Malti li t-tarzna tajnieha dak kollu li għandha bżonn
biex tkun tista’ tilħaq livell ta’ vijabilita’ u ma tibqax
tiddependi fuq sussidji ġejjin mit-taxxi tal-poplu tagħna.
Id-destin tat-tarzna
issa jinsab f’idejn il-ħaddiema tat-tarzna stess.Jekk il-ħaddiema tat-tarzna, se jsofru huma stess
minn
azzjonijiet ta’ grupp żgħir ta’ nies li ma nistax ħlief
niddeskrevihom irresponsabbli, allura l-ħaddiema tat-tarzna ma jkollhom
ħadd f’hiex iwaħħlu ħlief fihom infushom.U jiena rrid nagħmilha bl-iktar mod ċar illi we
have drawn the line, we mean business.It-tarzna nemmnu fiha, però għaliex hemm ħaddiema li
nemmnu illi jistgħu verament jagħtu kontribut biex it-tarzna timxi
‘il quddiem.
L-indikazzjonijiet matul
ix-xhur li għaddew kienu kollha inkoraġġanti, però l-inċidenti li
seħħew fil-ġranet li għaddew juru li għad hemm min għall-interessi
illi żgur mhumiex tat-tarzna, huwa dispost illi jipperikola l-proċess
biex it-tarzna tasal għal sitwazzjoni ta’ vijabilita’.Illum iċ-ċirkostanzi huma kollha kompletament differenti minn
dawk li kienu jeżistu fis-snin imgħoddija u kulħadd irid jifhem illi
meta jipperikola l-vijabilità tat-tarzna, qiegħed joħloq xenarju fejn
it-tarzna stess ma jkollix il-finanzjament li għandha bżonn biex tkun
tista’ timxi ‘l quddiem u tispiċċa allura tħares lejn xenarju
fejn tkun f’sitwazzjoni ta’ falliment.
Jekk dan jiġri jkun
tort biss ta’ dawk li huma irresponsabbli u lesti li jirriskjaw ix-xogħol
tal-ħaddiema sħabhom stess fuq il-post tax-xogħol.U rrid nagħmilha ċara illi din is-sitwazzjoni l-Gvern mhux lest
illi jaċċettaha.
Jien se nieqaf hawn
bl-introduzzjoni tiegħi.Nimxu
bħalma nagħmlu s-soltu.Nistieden
lill-ġurnalisti jekk jista’ jkun jagħmlu mistoqsija waħda,
nippruvaw nieħdu iktar
minnround wieħed.Naf li ma
tantx togħġobkom din u ma tantx issegwuha imma nagħmlilkom appell
biex nagħtu ċans lil kulħadd.
Karl Wright – RTK news
Jekk jogħġbok tgħidilna ftit l-inkjesta li ordnajt
inti fir-rigward tal-konflitt li kien hemm bejn is-suldati tal-Forzi
Armati u l-immigranti illegali fhiex waslet.
Prim Ministru
Bħalma tafu l-Imħallef
li appuntajna biex imexxi l-inkjesta’, immedjatament, ftit wara li ġie
appuntat beda l-proċess biex jisma’ u jiġbor l-evidenza kollha ħalli
jkun jista’ jasal għall-konklużjoni u jagħmel
ir-rakkomandazzjonijiet kif mogħtija fit-terms
of reference.L-informazzjoni
li għandi jiena, l-proċess huwa miexi però jiddependi mill-Imħallef
meta hu jkun jidhirlu li kkonkluda kollox u qiegħed nistenna l-konklużjoni
u nittama illi malajr kemm jista’ jkun tingħalaq, ħalli
minn
hemmhekk inkunu nistgħu nimxu ‘l quddiem.
Fr. Noel Grima – The Malta
Independent on Sunday
Waqt ix-xhur ta’
diskussjoni, qabel id-dħul ta’
Malta
fl-Unjoni Ewropea qabel ir-referendum,
il-kwestjoni tal-75% tar-regional
level kienet issemmiet u kienet ħarġet stqarrija
minn
diversi Ministri ta’ dak iż-żmien u anke mill-MIC, illi din ma
kinetx vera u li ma kienx hemm għalfejn wieħed jinkwieta fuq dan
il-proċess.
Fl-istess ħin però,
kienet ċara illi malli nidħlu, malli jkun hemm 25 membru fl-Unjoni
Ewropea, il-livell se jitbaxxa tant illi Malta se tiġi over
il-75%.X’inhuma l-argumenti
li se tpoġġi at this high level fil-visit
li se tagħmel.U ma tħossx
illi allura l-Gvern immexxi mill-predeċessur tiegħek meta he
downplayed ix-xenarju ma kienx qed ikun onest ma’ l-elettorat
Malti.
Prim Ministru
L-ewwelnett wieħed irid
idawwar ftit l-arloġġ lura għal dawk iż-żmenijiet meta bniedem ikun
qiegħed jagħmel kalkolu ta’ xi ħaġa li għad trid iseħħ.Jiġifieri qed nitkellmu sa perjodu ta’ żmien 2002 li fiha wieħed
ikun seta’ jipproġetta l-pożizzjoni li se tkun
Malta
fiha fl-2003.U allura l-argumentazzjoni
f’dak il-proċess kollu aħna l-kalkolu tagħna dak iż-żmien kien li
anke bid-dħul tal-pajjiżi l-ġodda barra
Malta
, id-disgħa l-oħra,
Malta
ma kinetx se taqbeż il-75%.U
dak l-argument baqa’ l-istess sa llum.Jiġifieri dak li konna qed ngħidu dakinhar nibqgħu ngħiduh
illum.
Il-kwestjoni kollha hija
liema ċiefri l-Unjoni Ewropea tuża biex tagħmel il-kalkolu għar-rigward
ta’ l-ekonomija Maltija, jiġifieri ta’ liema perjodu ta’ żmien,
jekk tieħu ta’ l-2002, joħroġlok riżultat mod, jekk tieħu ta’
l-2003 u l-perjodu ta’ żmien ta’ l-2003 – jekk tiħux ta’ l-ewwel
quarter jew ta’ l-aħħar quarter
joħroġlok riżultat differenti.L-argumentazzjoni
tagħna ma’ l-Unjoni Ewropea se tibqa’ l-istess bħalma kienet
dakinhar, illi wieħed irid jieħu ċ-ċifri ta’ l-2003 u
minn
dawk iċ-ċifri anke meta tieħu in konsiderazzjoni d-dħul tal-pajjiżi
l-oħrajn,
Malta
ma taqbiżx il-75% u allura nibqgħu ntitolati. Tas-sena kollha.
Charmaine Craus – l-orizzont
Xtaqt inkun naf fhiex
wasal il-proċess tal-organizzazzjoni tal-Maltacom.U jekk hux vera li hemm xi kumpannija Ingliża interessata fiha?
Prim Ministru
Naħseb mhux l-organizzazzjoni
imma privatizazzjoni probabbilment.Li nista’ ngħidlek huwa kif tħabbar fil-ġimgħat li għaddew
ġew magħżula l-esperti biex jagħtuna l-pariri tagħhom dwar il-proċess
kollu kemm hu.Ma nafx ngħidlek
le, jekk hemmx xi kumpannija interessata, Ingliża jew ta’ xi
nazzjonalita’ oħra.Naħseb
li rridu nħallu l-proċess jimxi u mbagħad nieħdu d-deċiżjonijiet
skond il-pariri ta’ l-esperti illi jkunu qed jgħidulna.Però ma nistax nikkonferma jew niċħad allura.Sinċerament naħseb għadu kmieni fil-verita’ illi jekk hemm
xi kumpanniji interessati partikolarment fil-Maltacom, jista’ jkun li
iva, però jiena miniex infurmat.
Target dates li għad irridu nippubblikaw nittama dalwaqt fil-proċess
kollu ta’ target date ta’
min irid jissottometti proposti partikolari però dak issa nkunu nistgħu
nippubblikawhom, parti mill-proċess sħiħ skond il-pariri li l-esperti
stess se jkunu qegħdin jagħtuna kif il-proċess għandu jiġi handled.
Karl Schembri – Malta
Today
Biex inkompli mal-mistoqsija
ta’ Fr. Noel.Inti meta tiġi
biex tivvutaw fil-Budget ta’
l-EU lest tagħtih il-veto
jekk ma jgħaddux l-argumenti illi qed tagħmel inti?
Dwar ix-shipyards, il-Gvern lest li jagħlaqhom jew just qegħdin tibblaffjaw kull meta jkun hemm kriżi, għax dejjem
hekk jiġri, tgħidu li se jkollha tingħalaq u se tfalli, però qiegħda
tfalli però qatt ma tingħalaq.Se
tagħlquha? U x’se tagħmlu bil-ħaddiema wara li tagħlquha, jekk tiġu
biex tagħlquha, jiġu re-deployed
mal-Gvern jew jispiċċaw unemployed?
Prim Ministru
Dwar l-ewwel punt irrid
ngħid f’dan l-istadju, il-pożizzjoni ta’
Malta
se tkun li din hija red line għaliha.Jiena fiduċjuż illi l-Unjoni Ewropea tifhem l-argumenti ta’
Malta
li mhumiex biss limitati għal din il-kwestjoni tal-75%. Hemm punti oħrajn
illi aħna se nkunu qegħdin niddiskutu ma’ l-Unjoni Ewropea però din
se tkun waħda mill-iktar importanti.Il-pożizzjoni tagħna se tkun din hija kruċjali għalina u
nittamaw illi l-argumenti li aħna ilna npoġġu quddiem l-Unjoni
Ewropea u l-Prim Ministri ta’ pajjiżi oħrajn, dawn l-argumenti jiġu
aċċettati.
Dwar it-tarzna il-pożizzjoni
hija li aħna dejjem emminna li t-tarzna għandha vijabilita’ u tista’
mhux biss tkun vijabbli imma tkun f’pożizzjoni illi anke
tikkontribwixxi u mhux tibqa’ tirċievi sussidju mingħandna, però
hemm kompetizzjoni qawwija minn barra.Biex naslu kien hemm bżonn u konna nafu li kien hemm bżonn li
l-Gvern jagħmel il-parti tiegħu.Il-poplu
Malti allura jkun qed jagħmel il-parti tiegħu però l-ħaddiema jridu
jagħmlu l-parti tagħhom ukoll.Fin-negozjati
li konna għamilna u fejn qbilna fuq ir-ristrutturazzjoni tat-tarzna u
allura meta daħħalna l-collective
agreement, il-ġdid kien hemm ir-regoli kollha ta’ kif dan għandu
jsir u konvinti illi jekk kulħadd isegwi dawk ir-regoli allura t-tarzna
tilħaq livell ta’ vijabilita’.Jekk dan ma jiġrix għax ikun hemm min b’mod irresponsabbli
jipperikola dan kollu u t-tarzna tiġi fi stat ta’ falliment,
ir-risposta hija sempliċi.
Illum irridu jew ma
rridux jekk ikun hemm stat ta’ falliment il-board
ta’ diretturi għandhom responsabbilta’ personali illi
jiddikjara illi l-operazzjoni hija fi stat fallimentari.U f’dak il-każ it-tarzna jkollha tingħalaq.Jiena nittama illi s-sens komun jipprevali u dan ma jseħħx.U għalhekk il-pożizzjoni li qegħdin fiha bħalissa hija illi
fuq l-inċidenti u fuq l-azzjonijiet illi ttieħdu l-ġimgħa li għaddiet,
li aħna nikkunsidrawhom totalment bi ksur tal-ftehim li aħna għandna
mal-General Workers
Union
(GWU) u allura bi ksur tal-liġi dawk l-azzjonijiet, issa min ħadhom għandu
jerfa’ r-responsabbiltà tagħhom. Għad jonqos iż-żewġ issues
li qajmu kwestjoni fuqhom għadhom imdendla.Jiena l-fatt li saret laqgħa ta’ rikonċiljazzjoni l-ġimgħa
li għaddiet huwa tajjeb, però ma jistax ikun nibqgħu f’dan il-pajjiż,
sempliċiment għax iltqajna madwar mejda però ma rriżolvejna xejn,
allura f’daqqa waħda qisu xejn mhu xejn.
Iva l-laqgħa saret però
il-kwestjonijiet ma ġewx riżolti.Dawk iż-żewġ kwestjonijiet illi hemm pendenti, ilhom issa għall-medda
ta’ snin hemm bżonn li jinqatlu.
Meta
jinqatlu dawk iż-żewġ kwestjonijiet u nkunu nafu li m’hemmx iktar
pendenti, mbagħad inħarsu ‘l quddiem. Però biex inħarsu ‘l
quddiem irridu nkunu ċerti li għandna l-koperazzjoni totali tal-ħaddiema
kollha kemm huma.Mhux
kwestjoni ta’ maġġoranza jew minoranza.Il-minoranza tal-ħaddiema qed tipperikola x-xogħol ta’ kuljum
u l-vijabilita’ tat-tarzna u tal-ħaddiema oħrajn kollha.
Sta għal min hu
responsabbli biex jieħu ħsieb li ma jħallix il-minoranza ta’ ħaddiema
jipperikola kif fil-fatt ipperikola fil-ġimgħa li għaddiet, il-futur
u l-għixien tal-ħaddiema tat-tarzna kollha kemm hi.
Jekk tiġi falluta tingħalaq
it-tarzna, l-impjiegi kollha jispiċċaw.Sempliċi.Kif tista’
tiddikjara falliment u tissalvagwardja l-impjegati.M’hemmx salvagward ta’ l-impjegati, il-pożizzjoni tal-Gvern
għamilha ċara - refa’ l-parti, ir-responsabbilta’ tiegħu fil-proċess
ta’ ristrutturazzjoni, offrejna skemi u offrejna wkoll min ma ħax l-iskemi
biex nintegrawh.Dik saret
darba. Mhux se terġa’ ssir.
Dione Borg – In-Nazzjon
Fl-aħħar ġimgħat
kellna diversi laqgħat bejn il-Gvern u l-Unions
dwar il-possibilta’ ta’ ftehim nazzjonali.Is-sitwazzjoni jidher illi kienet illi kien hemm Union waħda illi l-aktar illi kienet kontra jew li ma aċċettatx
il-kundizzjonijiet illi kien hemm.Quddiem
is-sitwazzjoni illi kien hemm, il-Gvern jara l-possibbilta’ illi jerġa’
jiftaħ in-negozjati u li fil-fatt jilħaq ftehim?
Prim Ministru
Jiena miniex f’dan l-istadju
ottimist illi nistgħu naqbdu dak il-proċess, għalkemm id-djalogu soċjali
jibqa’ element importanti ħafna għal pajjiżna.J’Alla xi darba naslu f’pajjiżna li ssir il-qabża li hemm bżonn
issir
minn
kulħadd biex inkunu nistgħu naslu għall-Patt Soċjali. Però wieħed
irid jidħol għal dan il-proċess b’mentalità, fl-opinjoni tiegħi,
differenti
minn
dak li dħalna għalih fix-xhur li għaddew.
Patt Soċjali mhuwiex
ftehim kollettiv.Patt Soċjali
mhuwiex kwestjoni ta’ negozjati ta’ min se jirbaħ jew min se jitlef.Patt Soċjali huwa li aħna flimkien inpoġġu bilqiegħda biex
il-pajjiż jirbaħ.U mhux
kwestjoni li jirbħu l-employers u
jitilfu l-ħaddiema.Assolutament
dak huwa approach li waħdu dak l-approach
ma jwassalna mkien u mhux se jwassalna qatt.Sakemm issir din il-bidla ma nkunux nistgħu nagħmlu progress
fuq Patt Soċjali.
It-tama tiegħi illi din
il-bidla naslu biex nagħmluha u xi darba naslu għaliha.Però kif għedt fil-ġimgħat illi għaddew il-Gvern ma jistax
jibqa’ jistenna. Il-Gvern ħa d-deċiżjonijiet u issa qiegħed
jimplimentahom u sejjer jimplimentahom.U allura rridu nħarsu ‘l quddiem, ħin x’naħlu m’għandniex.Kull ġurnata li tgħaddi għall-Gvern hija ġurnata moħlija.
Ridna nagħmlu użu mill-perjodu ta’ żmien mill-mument illi
ppubblikajna l-budget sal-mument li l-liġi għall-implimentazzjoni tal-miżuri
f’budget ressaqnieha quddiem
il-parlament.
Aħna konna nafu li bejn
il-budget u bejn il-liġi tiġi
quddiem il-Parlament kien se jkun hemm bejn wieħed u ieħor tliet ġimgħat,
dejjem hekk sar.Ridna illi
dawk it-tliet ġimgħat, bejn il-pubblikazzjoni tal-budget
u l-Parlament illi jiltaqa’ wara l-vaganzi tal-Milied ma naħluhomx u
ppruvajna f’dawk it-tliet ġimgħat nagħmlu xi ħaġa li konna nafu
mhix faċli.Iddiskutejna
mhux il-vaganzi jew il-kwestjoni tal-vaganzi, dik lanqas kienet up
for discussion.Iddiskutejna
l-possibilta’ li nġibu Patt Soċjali wara erba’, ħames xhur ta’
diskussjonijiet.U kif tafu
l-kwestjoni ta’ vaganzi kienet parti integrali
minn
pakkett ħafna iktar wiesa’ li kien il-Patt Soċjali.
Irrid ngħid illi konna
viċini ħafna però kien hemm il-GWU li ħadet pożizzjoni riġida illi
minħabba dik il-pożizzjoni sfrattaw id-diskussjonijiet kollha.Ma ġara xejn, ma kienxħin
mitluf, kien ħin prezzjuż u naħseb investejna f’dak il-ħin b’mod
illi minnu ħarġu diversi pożizzjonijiet u ċċarajna diversi
affarijiet, però issa nerġa’ nirrepeti il-pajjiż m’għandux ħin
x’jaħli.Miniex dispost
illi naħli l-ħin, jiena bħala Gvern u f’isem sħabi l-Ministri l-oħrajn
kollha issa se nimxu u nimplimentaw dak li għandna nimplimentaw.
Dan għaliex nemmnu li
hemm potenzjal enormi għal pajjiżna u rridu naħtfu dak il-potenzjal
kollu.Din hija r-raġuni ta’
l-urġenza li aħna npoġġu għall-miżuri għaliex nemmnu fih dak
il-potenzjal. Però biex insarrfuh għal pajjiżna hemm bżonn illi
nimxu ‘l quddiem, id-deċiżjonijiet jiġu implimentati u mmexxu.
Però nerġa’
nirrepeti, d-djalogu soċjali jibqa’ element importanti ħafna fl-operat
ta’ dan il-Gvern.Jiena żgur,
ħadd ma jista’ jikkritika l-Gvern illi b’xi mod jew ieħor ma ħalliex
spazju miftuħ għad-djalogu soċjali mill-elezzjoni ‘l hawn.Bħalma għamilna anke qabel.Li dan anzi, issa morna għan-naħa l-oħra ta’ l-estrem.Hawn min qed jikkritika ‘l Gvern issa li qed nagħmlu wisq
djalogu soċjali.Jien ma
naqbilx ma’ dik il-kritika.Naħseb
li qegħdin nagħmlu dak li għandna nagħmlu.Niddjalogaw dak li għandna niddjalogaw però mbagħad niddeċiedu
fejn għandna niddeċiedu.
Karl Stagno-Navarra – Net
TV / Maltarightnow.com
Prim Ministru
appropositu tal-kompetittività, din il-ġimgħa l-Kunsill Ewropew
tneddiet it-tiġdid jew ir-reġenerazzjoni ta’ l-agenda
ta’ Lisbona, fejn intqal ċar li l-Kummissjoni issa tistenna minn kull
Pajjiż Membru, leġislazzjoni dibattitu, bl-iskop illi jkun hemm dan
il-qawmien ekonomiku madwar l-Ewropa, u waqt il-konferenza stampa fil
Brussell tpoġġa wkoll għad-disposizzjoni ta’ kulħadd stħarriġ
illi sar minn fost il-25 pajjiż membru.
Ir-riżultati ta’
Malta
juru li, per eżempju, 80% tal-Maltin huma kuntenti bil-kwalità tal-ħajja
li jgawdu. 76% jemmnu li kien pożittiv il-fatt li s-sħubija f’Malta
wasslithom għal għażla ta’ prodotti u 83% huma fiduċjużi li għandhom
siġurtà fix-xogħol tagħhom.
Issa hemmhekk
il-mistoqsija tiegħi f’dan ir-rigward hu meta
tara
dawn ir-riżultati ta’ l-opinjoni pubblika u tisma’ kritika li ssib
fil-konfront tal-Gvern tiegħek mill-Kap ta’ l-Oppożizzjoni Alfred
Sant li jgħid li hawn kriżi, xi twieġeb?
Prim Ministru
Jiena nipprova kemm
jista’ jkun f’dan il-Press
Briefing ma ndaħħalx issues ta’
politika partiġġjana. Però nirrispondi li ħafna drabi lill-Kap ta’
l-Oppożizzjoni u l-Oppożizzjoni tpinġi lil pajjiżna qisu qiegħed fi
kriżi fejn għandna n-nies fqar hemm barra joħorġu jittalbu, naħseb
li hija esaġerazzjoni li tagħmel ħsara lill-pajjiż u mhux ġid.
Jiena naħseb illi qegħdin
ngħixu fi żminijiet fejn, dejjem għidtha jien, il-politika għandha ssir b’mod differenti. Jiena dejjem ngħid lill-Kap ta’
l-Oppożizzjoni, oħroġ b’ suġġerimenti, u qed nisma’ suġġerimenti.
Jiena smajt x’qal fil-Budget,
hu ppropona d-deprezzament tal-Lira. Qrajt id-dokument li hu stess
f’Konferenza Stampa, hu stess ippreżenta dokument ta’ riġenerazzjoni
ekonomika u soċjali li fiha diversi proposti, inkluż it-tnaqqis tal-bonus
u affarijiet oħrajn u l-proposti tal-Kap ta’ l-Oppożizzjoni qegħdin
hemm niddiskutuhom ukoll u ma naqblux magħhom. Imma jien nistieden
il-poplu li jrid jagħmel il-ġudizzju ta’ l-affarijiet kif inhuma, li
jara l-politika tal-Gvern u l-mod kif miexi u jara wkoll l-alternattivi
illi jkun qed iressaq il-Kap ta’ l-Opożizzjoni.
Aħna dejjem ngħidu
isma’, oħroġ bi proposti ha nisimgħu daqsxejn, għax faċli tgħid
naqblu li għandna nżiedu l-kompetittività u napprezza li l-Kap ta’
l-Oppoziżżjoni dan l-istatement
għamlu diversi drabi u japprezza li għandna nżidu l-kompetittività
ta’ pajjiżna u jgħidilna allura din il-kompetittività fejn se ssir.
Per eżempju jekk aħna
se nieħdu din il-miżura fuq il-vaganzi, jgħidilna l-Kap ta’ l-Opożizzjoni
li kieku xi darba jkun Prim Ministru jekk iħassariex, jekk jirriduċijiex,
jekk ineħħieha. Jgħidilna x’alternattivi għandu u nkunu nistgħu
mbagħad nagħmlu l-paraguni. Jiena nibqa’ ngħid, naħseb illi l-Gvern
miexi bi programm illi qed iġib riżultati għal pajjiżna. Jiena ngħid
illi l-pajjiż għandu potenzjal enormi u jekk aħna jkollna l-kuraġġ
illi nieħdu d-deċiżjonijiet li għandna bżonn biex nirfinaw fejn għandna
nirfinaw, fl-opinjoni tiegħi dan il-pajjiż jista’ jiżviluppa ħafna
iżjed, u allura dak ikun ifisser aktar postijiet tax-xogħol, aktar
kondizzjonijiet tax-xogħol aħjar u kwalità tal-ħajja aħjar għalina
wkoll.
Jien konvint minnu. Jiġifieri
din mhiex kwistjoni ta’ kriżi imma hija kwistjoni ta’ potenzjal
illi għandna naħtfuħ. L-ewwel ta’ Mejju fetħitilna orizzonti kbar.
Sta għalina kemm aħna kapaċi dawk l-opportunitajiet issa naħtfuhom.
U jiena naħseb illi b’dawn il-miżuri illi qegħdin nagħmlu, dak
il-potenzjal aħna nkunu nistgħu naħtfuh u nsaħħuh għal ġid
tal-poplu tagħna.
Alex Attard – In-Nazzjon
Prim Ministru, dalwaqt
wasalna għal elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali. Prim Ministru,
tikkonferma illi l-Gvern qed jikkunsidra illi jtawwal it-terminu
tal-Kunsilli għal aktar
minn
tliet snin?
Prim Ministru
Iva, ir-risposta hija
iva. Jidher anki mid-dibattitu illi kellna fil-Parlament illi anki l-Oppożizzjoni
l-kunċett taqbel miegħu. Fil-fatt il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni, kemm
fil-Parlament kif ukoll fil-Konferenza Ġenerali li kellhom, iddikjara
illi huwa jaqbel li t-terminu ta’ żmien għandu jiżdied.
Aħna konna qegħdin
nitkellmu fuq terminu ta’ erba’ snin, però l-Kap ta’ l-Oppożizzjoni
rabat din ma’ żewġt issues
oħra li m’għandhom x’jaqsmu xejn, il-kwistjoni tad-distretti u l-kwistjoni
ta’ l-assoċjazzjoni dwar il-Kunsilli Lokali m’għandhomx jaqsmu
assolutament xejn. Jiddispjaċini jiena illi nispiċċaw qisna f’suq
fejn ninnegozjaw affarijiet waħda m’għandhiex taqsam ma’ l-oħra.
Naħseb li mill-esperjenza
tal-Kunsilli Lokali hija waħda pożittiva u għandna nsaħħuha. Hemm
diversi argumenti biex it-terminu ta’ żmien jiżdied, difatti hemm
mozzjoni approvata mis-Sindki siegħa Nazzjonalisti kif ukoll Laburisti
illi qegħdin jagħmlu rakkomendazzjonijiet lill-Gvern biex it-terminu
jiżdied. Il-proposta kienet biex inżiduh għal erba’ snin it-terminu
ta’ żmien u dak ikun ifisser li pajjiżna jiffaċċa elezzjonijiet
tal-kunsilli lokali darba kull sentejn. Dik tfisser illi niffrankaw ħafna
spejjez u allura hija issue
wkoll illi għandna nikkunsidrawha
minn
dak l-aspett. Tfisser ukoll illi nagħtu aktar żmien lill-kunsilliera
tagħna biex ikunu jistgħu jipproġettaw ix-xogħol tagħhom
fil-Kunsilli Lokali. Tfisser ukoll illi pajjiżna ma jgħaddix kull sena
minn
perjodu ta’ żmien - Frar
Marzu - fejn l-enerġija tiegħu qed tiġi aljenata fuq proċess
elettorali li għandu importanza tiegħu. Però fil-verità tixrobilna
ħafna mill-enerġiji tagħna.
Allura konna ħriġna
bil-proposta tagħna ta’ erba’ snin, però l-elezzjoni tal-Kunsilli
Lokali għas-sena 2005 se jsiru u dak ifisser illi l-proposta ta’ 4
snin anki kieku kellna nimplimentawha issa, ma nakkwistaw assolutament
xejn minnha, għaliex xorta jkunu jridu jsiru l-elezzjonijiet fis-snin
li ġejjin b’mod illi l-pajjiż effettivament ma jkun ħa l-ebda
sustanza minnha. L-uniku mod kif tagħmel sens din hija jekk nibdew
nitkellmu fuq leġislatura tip ta’ kif jeżisti l-Italja u pajjiżi oħrajn
fl-Unjoni Ewropea fejn għandek leġislatura li tkun ta’ 5 snin u li
torbot ma’ l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.
Hekk għallinqas ikollok
rabta bejn elezzjoni għal Parlament Ewropew u elezzjonijiet għal
Kunsilli Lokali li jsiru fuq livell nazzjonali u l-pajjiż allura ma jgħaddix
minn
dan l-iskoss kull darba li jgħaddi minnhom. Jidirhli li din hija
proposta li trid tiġi kkunsidrata, però fuq din irridu naraw l-iżviluppi
li se jseħħu fil-ġranet illi ġejjin.
Charlon Gouder – One News
Prim Ministru, din il-ġimgħa
fil-Parlament il-Gvern ħass il-ħtieġa li jagħmel impactassessment fuq
il-miżuri tal-Budget, għaliex
sar dan? Għalfejn qed tkompli tinsisti li l-miżuri illi jolqtu l-ħaddiema
biex jagħmlu tajjeb għas-sitwazzjoni ta’ pajjiżna u għar-residenti
ta’ Wied il-Għajn? Jekk tiġi l-petizzjoni kontra l-impjant se
tiffirma jew le?
Prim Ministru
Ma fhimtx it-tieni
mistoqsija, erġa’?
Charlon Gouder – One News
X’inhi s-sitwazzjoni
preżenti, għaliex bħala Gvern qed ikompli jinsisti li biex jagħmel
tajjeb għal din is-sitwazzjoni preżenti tal-pajjiż għandu jagħmel
tajjeb
minn
fuq il-ħaddiema u mhux
minn
affarijiet oħra?
Prim Ministru
Dwar l-impact assessment naħseb illi għandek żball għax impact
assessments għamilna fil-perjodu ta’ żmien meta konna qegħdin
infasslu aħna l-miżuri tal-budget u nfakkar illi per eżempju għar-rigward tas-surcharge,
morna quddiem il-Kunsill Maltin għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali
qabel il-Budget. Kellna proposta b’mod illi biddilnieha mbagħad wara l-konklużjoni
tal-laqgħa tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali u
fuq rakkomandazzjoni stess illi saret f’dak il-forum. Jiġifieri aħna l-assessment
ta’ l-impatt tal-miżuri tal-budget
għamilniehom, għamilniehom fil-perjodu ta’ żmien qabel ma wasalna għad-deċiżjonijiet
tagħna, u allura mhux kwistjoni mhiex vera mhiex korretta l-istatement
illi din il-ġimgħa qed nagħmlu xi impact
assessment jekk din hija l-mistoqsija tiegħek.
It-tieni, din li jerfgħu
kollox il-ħaddiema. Bir-rispett kollu, mhiex kwistjoni nerġa’ ngħid,
u nirrepeti li jerfgħu kollox il-ħaddiema. Fil-Patt Soċjali illi kien
ippropona ċ-Chairman ta’ l-MCESD
numru ta’ ġimgħat ilu, li mbagħad jiena ħdimt fuqu b’riżultat
ta’ dawn il-laqgħat li jiena kelli matul il-ġimgħa illi għaddiet,
fassalt pakkett differenti jixbah ħafna però ta’ dak li kien għamel
iċ-Chairman, u fassalt
il-kondizzjonijiet u l-proposti partikolari. Illi għamilt, hemmhekk
issib bilanċ bejn kulħadd però bl-iskop mhux biex sempliċiment noħolqu
bilanċ, imma bl-iskop illi r-riżultat konkret finali li l-pajjiż jagħmel
qabża fil-funzjoni ekonomika tiegħu. Fil-proċess ekonomiku tiegħu,
il-ftehim ma ntlaħaqx. Ma nafx għaliex illum in-nies qegħdin
jgħidu, jew xi ħadd jista’ jgħid, illi l-ħaddiema qed jerfgħu l-piż
għaliex konvenjentement kulħadd qed juża l-miżuri l-oħrajn kollha
tal-budget.
Din hija xi ħaġa illi
tissorprendini, per eżempju qed ninsew illi l-Gvern qed ipoġġi għad-disposizzjoni
tal-ħaddiema kollha tagħna, partikolarment dawk li qed ifittxu x-xogħol,
Lm5,000,000 fi skemi illi se jkunu qed jitħaddmu speċifikament għal
ħaddiema li qed ifittxu x-xogħol.
Il-ġimgħa illi għaddiet, Louis Galea ħabbar skema illi waħidha se tiswa ’l
fuq minn Lm1,500,000 li hija indirizzata
speċifikament għal dawk li għandhom 40 sena’, il fuq minn 40 sena. Konvenjentement kulħadd
qed jinsieha din.
Il-Gvern għandu skemi oħrajn, per eżempju li n-nisa li jirritornaw għad-dinja
tax-xogħol li għall-ewwel sena meta jirritornaw ma jħallsux it-taxxa.
Dik mhux miżura favur il-ħaddiema? Allura min qed jgħid illi qed
jerfa’ kollox il-ħaddiem? U il-ħaddiem mhux qed jieħu xejn? Min qed
jivvintaha din? Min qed jinsa u jwarrab il-miżuri l-oħrajn kollha li
l-Gvern ħabbar u qiegħed jimplimenta issa biex fil-qasam tas-self-employed
ngħinu l-intrapriżi ż-żgħar tagħna ħalli jkunu jistgħu jikbru u
jimpjegaw aktar nies magħhom? Għaliex aħna, waħda mill-iskema li ħabbarna
u se nkunu qed noħorġu d-dettalji issa dalwaqt, illi skema illi kienet
teżisti diġà fejn negozji żgħar, imprendituri żgħar, il-profitti
tagħhom ikunu jistgħu jerġgħu jinvestuhom fin-negozji tagħhom u ma
jiġux intaxxati, dik kienet limitata biss għal dawk li kienu jimpjegaw
mas-6 ħaddiema. Issa estendejnieha għal dawk li jimpjegaw sa 10-12 –il
ħaddiem.
Dawn huma kollha miżuri parti mill-budget,
u naħseb illi hija inġusta, żbaljata min jaqbad miżura waħda u
jikkonċentra fuqha mingħajr ma jpoġġiha f’kuntest ta’ budget
li fih u kien fih numru ta’ miżuri illi l-iskop tagħhom finalment
huwa illi nżidu n-numru ta’ ħaddiema illi għandna fid-dinja tax-xogħol.
Inżidu l-postijiet tax-xogħol u nsaħħu l-postijiet tax-xogħol illi
aħna għandna, partikolarment fis-settur tal-manifattura fejn għandna
kompetizzjoni enormi, siegħa viċin tagħna, f’pajjiżi bħat-Tuneżija
kif ukoll ’il bogħod mix-xtut tagħna, u allura ma naqbilx ma’ dan
l-istatement illi qed jerfgħu
kollox il-ħaddiema.
Għar-rigward tat-tielet mistoqsija tiegħek jekk tiġi l-petizzjoni, le, ma
niffirmahiex. Ir-risposta hija sempliċi, le ma niffirmax il-petizzjoni.
Kif tista’ tiffirma petizzjoni kontra proposta tal-Gvern li se
jinvesti €17, 000, 000 għal impjant biex jimmodernizzah u jġibu
jiffunzjona aħjar milli qed jiffunzjona llum. Kif tista’? Kif tista’
tiffirma petizzjoni?
Dan qisu jfakkarni f’dawk iż-żminijiet meta’ l-Kap ta’ l-Oppożizzjoni
kien imur u jgħid għax din il-kumpanija se tkeċċi n-nies u kulħadd
iċapċaplu. Imma għalfejn? Dan bla sens bir-rispett kollu. Dan
investiment biex għandna impjant u nimmodernizzawh biex jiġi
jiffunzjona skond l-istandards Ewropej. Din hija miżura ta’ qabża ta’ kwalità. Jiġifieri
impjant li issa ilu hemm is-snin illi jiena għext miegħu dan l-impjant
għax huwa tefgħa ta’ ġebla ’l bogħod minfejn għext, li għamel
żmien li kelli problemi sostanzjali u kien initten kull m’hemm. Li
saru miżuri u dawn il-miżuri kienu jindirizzawh din ir-riħa li kien
joħroġ minnha u li r-riħa naqset sostanzjalment. Issa se nżomm lil
xi ħadd mill-Gvern jien illi jinvesti €17,000,000 biex jimmodernizzah?
Fl-opinjoni tiegħi, dan huwa żball kbir ħafna u assolutament ma
naqbilx miegħu.
Jekk jiġi xi ħadd u jgħidli isma’, neħħih minn hemm u xi ħadd jgħidli neħħih
minn hemm fejn se npoġġieh? Din bħal
regola li teżisti fil-Kunsilli Lokali, jekk xi ħadd irid jagħmel
mozzjoni ta’ sfiduċja fis-Sindku jrid jinnomina Sindku ġdid, issa
min jipproponi li jneħħi l-impjant minn hemm jgħid lili u l-poplu kollu
fejn jipproponi li nagħmluh dan l-impjant?
Reno Bugeja – PBS
Fix-xhur li ġejjin
mistenni jiżviluppa dan id-djalogu soċjali fuq kwestjonijiet oħrajn bħall-pensjonijiet,
is-saħħa, l-edukazzjoni fost oħrajn.Ma taħsibx illi, jew ma tibżax illi il-kwestjoni tas-sekwestru
li hemm kontra wieħed mill-partners
tad-djalogu soċjali tista’ tantagonizza s-sitwazzjoni b’mod
detrimentali illi jkun hemm xi żviluppi pożittivi fuq dawn l-oqsma?
Prim Ministru
Le, le.Ir-risposta hija ċara daqs il-kristall
minn
naħa
tiegħi.Żewġ affarijiet
m’għandhomx x’jaqsmu xejn ma’ xulxin.Saru d-danni fil-konfront ta’ l-issues
li qamu kien hemm ksur tal-ftehim li aħna hemm iffirmat bejna u
bejn il-GWU u min jieħu dawn id-deċiżjonijiet għandu jiżen sew
qabel ma jaqbad u jieħu deċiżjoni.Ġaladarba jeħodha d-deċiżjoni, mbagħad irid jerfa’ r-responsabbilta’
tiegħu.
Il-kwestjoni tal-mandat
ta’ sekwestru hija marbuta ma’ din il-kwestjoni u hija marbuta wkoll
ma’ issue li hemm fuq
il-mejda u għadha mhux riżolta.L-issue trid tiġi solvuta, ma jistax ikun illi aħna ngħidu nqalgħu
l-inċidenti, issa mela dawn iż-żewġ issues
nipposponuhom għal darb’oħra u għalissa solvejna l-problema.Jiena ma rridx għalissa solvejna l-problemi.Jekk hemm id-diffikultajiet jew jinqatlu issa d-diffikultajiet u
jingħalqu darba għal dejjem u ngħidu m’hemmx iżjed problemi, jew
inkella ma nċaqalqu l-ebda pulzier mill-pożizzjoni li qegħdin fiha.Dan m’għandu jtellef xejn mid-djalogu soċjali ma’ min hu ġenwin.Imma ma’ min hu ġenwin.Ma’
min hu lest li joqgħod madwar mejda, jagħmel l-argumenti tiegħu u li
jkollu l-impenn, il-konvinzjoni li iva, l-pajjiż jista’ jagħmel qabża
‘l quddiem jekk id-djalogu soċjali jkompli jissaħħaħ u nifhmu l-pożizzjoni
ta’ xulxin u naħdmu flimkien biex il-pajjiż jimxi ‘l quddiem.Jiena fl-aħħar mill-aħħar dan it-target
li minnu nilħqu dan l-għan li huwa komuni għalina u li jgawdi kulħadd,
igawdu l-employers u jgawdu l-ħaddiema.
U ż-żewġ affarijiet
allura jiena ma norbothomx ma xulxin.Min jorbothom flimkien allura ngħid illi ma jkollux il-ġenwinità
tad-djalogu soċjali.
Is-sekwestru hija
marbuta ma’ kwestjoni tat-tarzna u m’hemm għandha tibqa’ marbuta.
M’għandhiex tkun marbuta ma’ kwestjonijiet bħar-riforma
fil-pensjonijiet għax allura vera spiċċajna fuq il-monti.U naħseb dan il-pajjiż jistħoqqlu ħafna iżjed minn daqshekk.
Lourdes Pullicino – MediaLink.com
Dwar it-tarzna wkoll li xtaqt insaqsik.X’inhuma l-kundizzjonijiet li l-Gvern qiegħed jinsisti dwarhom
forsi tkun iktar speċifiku biex it-tarzna tkun tista’ tkompli taħdem.
Prim Ministru
Bl-iktar mod speċifiku, il-kundizzjonijiet biex it-tarzna tkompli taħdem
hija illi f’dak il-post kull ħaddiem jagħti l-massimu possibbli,
kull ħaddiem jaċċetta l-prinċipju tal-flessibilita’.Il-kundizzjonijiet kollha tal-ftehim illi aħna ffirmajna jiġu
onorati kollha kemm huma anke meta jinqalgħu l-kwestjonijiet u li kull
ħaddiem minn fuq s’isfel bil-management b’kollox jerfgħu r-responsabbilta’ biex it-tarzna
tilħaq livelli ta’ produttivita’ u kompetittivita’ għaliex jekk
jirnexxielhom kollha kemm huma aħna konvinti, bla ebda dubju, li t-tarzna
tista’ timxi mal-pjan tagħha.Jiġifieri
dawn huma kardinali.
Fuq l-issue speċifika li qamet,
qamet kwestjoni fuq xi ħaġa li hija miktuba black
on white fil-ftehim illi aħna ffirmajna, hemm miktub illi kemm il-management
kif ukoll is-sid tal-vapur għandhom il-liberta’ illi f’każ illi
jkunu jridu huma jqabbdu ħaddiema tagħhom jew kuntratturi tagħhom dan
jistgħu jagħmluh u dik hija prerogattiva tal-management
u hija prerogattiva tax-ship
owner u allura ma nistgħux issa, la darba hemm dak iffirmat, iswed
fuq l-abjad, issa xi ħadd għax m’għoġbux jipprova jaqla’ l-kwestjonijiet
fuqha.Dik mhux aċċettabbli
dak li hemm miktub u miftiehem jiġi onorat u jiġi onorat minn kulħadd.
Fr. Noel Grima – TheMalta
Independent on Sunday
Il-kliem li għidt, il-merkantaġġjar minn taħt ta’ fuq il-monti
sinifikanti ħafna.Kien
hemm dan it-tip ta’ merkantaġġjar waqt l-attentati tas-social
dialogue qabel, dan l-aħħar ġimgħat.
U dan kien jirrigwarda riforma fil-portijiet u l-Gvern huwa miexi, ħa
jkompli miexi fuq ir-riforma fil-portijiet?
Prim Ministru
Ir-risposta għall-aħħar mistoqsija importantissima.Iva, il-Gvern ħa jkompli miexi fuq ir-riforma fil-portijiet għax
dak element importantissimu għall-kompetittivita’ ta’ pajjiżna,
speċjalment għas-settur tal-manifattura li huwa l-iktar vulnerabbli
mis-setturi l-oħrajn kollha li aħna għandna.Fid-diskussjonijiet li kelli jiena dan il-punt poġġejtu fuq
il-mejda bis-saħħa kollha li stajt.Jiġifieri jien bħala Gvern irridu illi nilħqu livelli ta’
kompetittivita’ fil-livelli kollha tagħna, però il-qasam
tal-manifattura huwa fl-għola post ta’ l-importanza
fil-kompetittivita’.Għaliex
il-manifattura hija l-iktar waħda vulnerabbli għall-kompetizzjoni
enormi li hemm barra u mhux f’pajjiżna biss, din hija realta’
tal-pajjiżi kollha.U
allura l-kwestjoni tar-riforma fil-portijiet hija kwestjoni marbuta
intimament mal-kompetittivita’ speċjalment fil-qasam tal-manifattura,
dik hija mportanti ħafna.
Ir-riforma fil-portijiet
ma ssemmietx fid-diskussjonijiet li kellna f’Kastilja fl-aħħar għaxart
ijiem.Però il-kwestjoni
kienet ġiet imħabbra waqt li kienu għaddejjin id-diskussjonijiet
fil-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali u rrid ninnota
illi dawk id-diskussjonijiet bdew isiru iktar diffiċli meta dik il-miżura
ġiet imħabbra.Jiena
nittama illi mhix dik ir-raġuni illi sfrattat in-negozjati kollha.
Karl
Wright – RTK
Prim Ministru żewġ
mistoqsijiet żgħar. Fir-rigward ta’ dak li konna qed ngħidu fuq
il-miżuri finanzjarji biex nittrattaw anki deficit?
Xi twieġeb għal kritika li ċerti miżuri forsi jkunu drastiċi? Qed
nagħmel referenza għal xi ħaġa żgħira li filwaqt li wieħed
japprezza illi jridu jittieħdu miżuri, per eżempju tajjeb li se jdaħħlu
kultura pożittiva li wieħed qed jippromwuovi l-ħlas fil-pront ta’
ċerti kontijiet bħalma huma l-kontijiet tad-dawl u l-ilma, imma l-fatt
li per eżempju min ma jħallas il-kont fil-pront tajjeb, jinqatalu s-servizz
u biex jerġa’ jdaħħlu mill-ġdid irid jerġa’ jħallas il-connection
fees u l-kumplament.
Jiġifieri ma jidhirlekx
illi miżura bħal din hija drastika, anki fid-dawl ta’ mistoqsijiet oħra
li saru ta’ piż fuq iż-żgħir per eżempju? Miżuri fuq iż-żgħir?
U nixtieq ukoll kumment tiegħek dwar il-Late
Payments Directive fejn għandek ħafna kuntratturi illi speċi
jibqgħu ma tħallsux u l-Gvern x’qed jagħmel biex jindirizza dan, u
x’piż għandu dan fuq id-deficit tal-pajjiż? Grazzi.
Prim Ministru
Sa fejn naf jiena, għal
dak li għandu x’jaqsam ma’ arretrati ta’ kontijiet. Id-direttivi
huma illi dawk li għandhom arrettrati li jaqbżu l-Lm100 u li ilhom
pendenti għal aktar
minn
sena jridu jħallsu l-arretrati nkella jinqatalhom is-servizz. Naħseb
illi mhiex allura miżura drakonjana daqskemm forsi qed tispjega, kif
timplika l-mistoqsija li inti għadek kif għamilt.
Il-verità hi li rridu
nirrikonoxxu illi jekk għandhek kont trid tħallsu u għandek tħallsu
fi żmien illi hu mogħti biex tħallas, u l-Gvern naturalment irid ikun
sensittiv għal sitwazzjonijiet partikolari, u jiena naċċetta li għandu
jkun hemm is-sensittività, u naħseb illi regola ta’ min ikollu kont
ta’ arretrati li jaqbeż il-Lm100 u li jkun ilu sena biex jħallas dak
il-kont naħseb illi huwa żmien biżżejjed biex wieħed jindirizzah.
Dwar il-Late Payment Directive għad m’għandhiex kummenti x’nagħmel
fis-sens illi anki din hija kwistjoni illi wieħed irid jirrikonoxxi l-ewwelnett,
il-prinċipju illi meta bniedem għandu jirċievi jew jagħti l-pagament,
dak għandu jirċivih fi perjodu ta’ żmien. Il-Gvern ukoll tolqtu din
għaliex il-Gvern għandu outstandings
ta’ pagamenti li jridu jitħallsu lis-suppliers,
partikolarment mill-qasam tal-mediċini u dwar dan il-Gvern siegħa s-sena
li għaddiet fil-budget
tas-sena li għaddiet, kif ukoll fil-budget
ta’ din is-sena, ħaseb biex l-arretrati ta’ pagamenti li għandu
jibbudgetja għalihom biex
ikun jista’ jaqta’ dawn l-arretrati li għandu, però m’għandix
xi kummenti oħra partikolari x’nagħmel.
Karl Schembri – Malta
Today
Prim Ministru pitgħada
tidħol id-Direttiva ta’ l-Unjoni Ewropea dwar l-asylum
seekers illi jkunu detenuti għal aktar
minn
sena u jkunu jistgħu jitolbu x-xogħol. Ifittxu x-xogħol fejn ikunu.
Malta
x’se tagħmel, se tadotta din id-Direttiva? Għandha xi oġġezzjonijiet
għaliha? X’inhi l-pożizzjoni tal-Gvern Malti dwarha u kif taffettwa
d-detention policy tal-Gvern?
Prim Ministru
Il-policy tal-Gvern għal dak li għandu x’jaqsam ma’ kif aħna
nittrattaw ma’ min jidħol f’pajjiżna bħala klandestin
ippubblikajnieha, jiġifieri l-policy
tal-Gvern hija illi aħna rridu nibgħu naddottaw politika ta’
detenzjoni fil-każ ta’ dawk illi jiġu f’pajjiżna, sakemm però
insegwul-proċeduri
stabbilitibiex inkunu nafu
jekk l-individwu, il-persuna partikolari għandhiextingħata l-istatus uffiċjali
ta’ refuġjat jew inkella jingħata status
umanitarju.
Il-policy tagħna f’dan il-każ hija li anki mhux biss meta jkun hemm
status ta’ refuġjati imma
anki ta’ status umanitarju,
aħna noħorġuhom mid-detenzjoni u jmorru f’opencenters u hemmhekk jingħataw mhux biss id-dritt illi jaħdmu imma
jingħataw ukoll id-drittijiet illi jirċievu benefiċċji soċjali bħalma
jirċievi ħaddieħor. Jiġifieri aħna l-policy
tagħna f’dan ir-rigward hija pubblika u hija in-line
ukoll mad-Direttiva illi għandha x’taqsam ma’ l-asylum seekers.
Aħna iva, se nkunu qed
nimplimentaw ukoll il-perjodu ta’ żmien. Jiġifieri illi aħna anzi
rrid ngħid, diġà fix-xhur illi għaddew f’ċertu każijiet aħna
fejn rajna, per eżempju, li jkollna klandestini illi jkunu ġenituri bi
tfal żgħar. Fil-każ partikolari tat-tfal iż-żgħar,
anqas inżommuhom fid-detention
centers imma noħorġuhom. Anzi aktar
minn
hekk ħadna ħsieb ukoll biex it-tfal nagħmlu arranġamenti ħalli
jkunu jistgħu jmorru anki fl-iskejjel.
Jiġifieri f’dan il-każ
anki hawn il-policy tagħna
hija pubblika. Jiena dejjem ngħid aħna rridu nsibu dan il-bilanċ
diffiċli ħafna biex issibu, però rridu nsibuh bejn is-sigurtà
tal-pajjiż u allura l-importanza enormi illi aħna jkollna. Il-kontrolli
li hemm bżonn biex inkunu nafu f’pajjiżna min hawn, x’hawn, min
huma u x’mhumiex però fl-istess ħin mingħajr ma ninsew. Jiena għidt
illi dawn il-persuni huma persuni umani kollha kemm huma u fil-fatt dawn
il-ġranet ukoll ħabbarna illi wara l-avviżi li għamel il-viċi Prim
Ministru f’waħda mill-close
centers tagħna, se nkunu qegħdin nagħmlu ħilitna biex
il-kundizzjonijiet ta’ fejn jinżammu l-klandestini ntejbuhom
sal-massimu possibbli, u fil-ġranet illi ġejjin ukoll anki hawn se
jkomplu jittieħdu inizjattivi li fosthom se jkun hemm it-titjib
tal-kundizzjonijiet fejn jinżammu l-klandestini bħala
detenzjoni.
Aħna għandna r-regoli
għal dak li għandu x’jaqsam mat-tiftix tax-xogħol, fejn tfittex ix-xogħol.
Aħna l-ħsieb tagħna hu li nibqgħu mal-policy
li aħna nargumentaw li hija policyin-line
ma’ din id-Direttiva u cioè fejn bniedem ikollu fil-proċess li qed
jiġi analizzat il-każ partikolari tiegħu jekk hux refuġjat jew
inkella għandux jingħata status
umanitarju, dak il-proċess inħaffuh
kemm jista’ jkun u allura jingħalaq qabel il-perjodu ta’ sena u
allura jekk imbagħad jinqabeż il-perjodu ta’ sena, allura nkunu
nistgħu noħorġuhom mid-detenzjoni, f’dak il-każ jekk jingħata l-Istatus
jew ta’ refuġjat jew ta’ status
umanitarju allura jingħata dritt li jfittex ix-xogħol. Din hija policy li diġà qed nimplimentaw.
Reno Bugeja – PBS
Jumejn ilu fuq waħda
mill-websites internazzjonali
sibt illi żewġ ajruplani ta’ Avroliners li kienu ta’ l-Airmalta
ingħataw jew inżebgħu b’ linji ta’ linja oħra.Mhux magħruf jekk l-Airmalta
biegħethomx jew krithomx.
Ma nafx jekk il-Gvern qattx ikkonsidra li juża’ ajruplan, għallinqas
minnhom għall-vjaġġi li jkun hemm bżonn tal-President, tal-Prim
Ministru li ovvjament dejjem qegħdin jiżdiedu.
Prim Ministru
Esplorajniha din il-possibiltà, però il-pariri illi ngħatajna illi
mhix soluzzjoni ekonomikament vijabbli.Jiġifieri li tiġina iktar għola milli kieku nagħmlu użu
mis-servizz illi huwa ta’ l-Airmalta
jew ta’ airlines oħrajn.Jiġifieri iva esplorajna l-possibilta’ li nużaw wieħed
minn
dawk l-ajruplani għal skop ta’ traġitt bejn
Malta
u l-Unjoni Ewropea anki fuq attendenza ta’ uffiċjali tal-Gvern għal-laqgħat
li jkunu qegħdin isiru ġo Brussell.
Però l-pariri li ngħatajna
kienu illi l-formola ma tagħmilx sens finanzjarjament.