Il-Prim
Ministru Lawrence
Gonzi jiltaqa’ fl-ewwel laqgħa tiegħu ta' kull xahar mal-media
Prim
Ministru
Bi
ħsiebni nibda darba fix-xahar nagħmel dan it-tip ta’ Press
Briefing. L-iskop huwa li nsemmi l-punti ewlenin li seħħew,
li jidhirli huma ta’ ċertu importanza imbagħad il-ġurnalisti
jkollhom l-opportunità li jagħmlu l-mistoqsijiet li jidhrilhom
huma fuq kwalunkwe suġġett li jidhrilhom huma.
F’dawn l-ewwel għaxart ijiem li għaddew, inżammu żewg laqgħat
tal-Kabinett. Fl-ewwel laqgħa s-suġġett kien esklussivament fuq
il-kwistjoni tal-Presidenza u wara din il-laqgħa allura jiena
stajt ngħaddi mill-ewwel għall-konsultazzjoni ma’ l-Oppożizzjoni,
ħaġa li għamilt l-għada tal-laqgħa tal-Kabinett, jiġifieri
l-Erbgħa wara nofs in-nhar. It-tieni laqgħa tal-Kabinett nzammet
nhar it-Tnejn li għadda, fejn iddiskutejna l-operat tal-Kabinett
kif ser jimxi
minn
issa ’l quddiem inkluż ukoll it-twaqqif tal-Cabinet
Committees li jiena kont ħabbart fil-Press
Conference li kont għamilt dak in-nhar stess. Iddiskutejna xi
suġġetti oħrajn li f’dan l-istadju nista’ ma nidħolx fihom
għaliex huma suġġetti li għad iridu aktar diskussjoni li għad
iridu jsiru bil-laqgħa tal-Kabinett. Però effettivament kien
hemm suġġetti ta’ ċerta importanza li ġew diskussi fil-laqgħa
tal-Kabinett, illi però għalissa għadu kmieni wisq biex nagħti
xi dettalji fuqhom. Li nista’ ngħid illi f’dik il-laqgħa
tal-Kabinett però, iddiskutejna l-Cabinet
Committees, id-dettalji tagħhom, kif ser joperaw, u l-funzjonament
tal-Kabinett
minn
issa ’l quddiem.
Iddiskutejna wkoll f’dik
il-laqgħa, u approvajna n-nomina taċ-Chairman
il-ġdid tal-Malta Tourism
Authority, li hija awtorità ta’ importanza kbira f’pajjiżna.
Nista’ ngħid illi aċċettajt ir-riżenja taċ-Chairman
li kien hemm qabel fl-Awtorità tat-Turiżmu, is-Sur John C. Grech.
Is-Sur John C. Grech irrid ngħid illi qeda l-funzjoni tiegħu til
il-perjodu ta’ żmien kemm dam jokkupa dik il-kariga b’mod
korrett u integru però nqalgħu diffikultajiet fil-ġimgħat li għaddew
illi effettivament kienu jirrikjedu illi tittieħed deċiżjoni ta’
bidla fiċ-Chairmanship.
Irrikonoxxejt l-integrità u l-onestà tas-Sur Grech, però fhimt
illi fiċ-ċirkostanzi kien importanti illi s-sur Grech jinbidel u
jintgħażel Chairman ġdid bħalma tafu, u tħabbar pubblikament, intgħażel
is-Sur Chris Grech.
Jien kelli laqgħa mas-Sur
Chris Grech. In-nomina tas-Sur Grech saret għall-bqija ta’ żmien
illi kien ikopri n-nomina tas-Sur John C. Grech, jiġifieri tmien
xhur u għidtlu għandek tmien xhur biex inti tidħol
fil-kwistjoni ta’ l-Awtorità u tagħmel ir-rakkomandazzjonijiet
biex din l-Awtorità naturalment tkompli timxi ’l quddiem u
tindirizza l-qasam tat-Turiżmu bil-priorità, għaliex kif
spjegajt diġà, bil-prioritajiet li jiena kont indikajt l- qasam
tat-Turiżmu għandu huma priorità għal dan il-Gvern. Huwa parti
importanti mill-ekonomija ta’ pajjiżna u jiena irrid illi
nara
dik l-Awtorità tiffunzjona bl-aktar mod effiċjenti u tagħmel użu
massimu ta’ riżorsi li l-Gvern diġà alloka li huma r-riżorsi
sostanzjali.
Matul
din il-ġimgħa wkoll, il-bieraħ fil-fatt, jiena kelli laqgħa
mas-Segretarji Permanenti kollha li l-Gvern għandu.L-iskop kien illi nispjega lis-Segretarji Permanenti kollha
illi huma għandhom ir-rwol kruċjali fit-twettiq tal-programm
tal-Gvern. Prioritajiet illi jiena indikajt bħala prioritajiet ta’
dan il-Gvern, għandhom ikunu l-prioritajiet tagħhom u li allura
għandhom jiffukaw l-enerġija tagħhom biex jaraw li l-Ministeru
u d-Dipartimenti kollha li huma taħt ir-responsabbiltà tagħhom,
ikunu effettivi fix-xogħol tagħhom iffukati fuq il-prioritajiet
li semmejna u partikolarment f’dak li għandu x’jaqsam mat-tnaqqis
tal-burokrazija, mat-tnaqqis tal-ħela u ma’ eżerċizzju li
jfittex li jogħli l-livell ta’ produttività u effiċjenza
fil-qasam tas-settur pubbliku kollu kemm hu.
Saret
laqgħa ukoll matul dawn l-aħħar għaxart ijiem li għaddew mal-WasteServ.
Din hija l-kumpanija illi hija responsabbli għall-qasam ta’ l-implimentazzjoni
tal-programmi kollha li aħna għandna għat-trattament ta’ l-iskart
u l-kwistjoni tal-Magħtab, u l-kwistjoni ta’ l-Imnajdra. Jiena
tlabt lil WasteServ biex jesploraw l-alternattivi kollha li aħna
għandna quddiemna anki sa llum, jiġifieri dan ifisser li l-ewwelnett
it-terminu ta’ żmien ta’ l-1 ta’ Mejju biex il-Magħtab
jingħalaq. Dak it-terminu jrid jinżamm akkost ta’ kollox li l-Magħtab
irid jingħalaq, u dan ser iseħħ fl-1 ta’ Mejju u l-Magħtab
ma jibqax jintuża. It-tieni kienet ġiet identifikata soluzzjoni
temporanja għal-landfill
temporanju u dan kien illi jinħoloq spazju ta’ storage ġewwa l-Magħtab stess fejn l-iskart ikun jista’ jinżamm
għal perijodu ta’ żmien sakemm jiġi żviluppat is-sit fejn
ikun jista’ jsir il-Landfill.
U dak il-proċess ser isir ukoll.
Jien
inkarigajt lil WasteServ biex malajr kemm jista’ jkun jesploraw
l-alternattivi l-oħrajn, jekk jeżistu alternattivi oħrajn, biex
naraw jekk għandniex nibqgħu mad-deċiżjoni illi kienet ittieħdet
dwar il-EngineeredLandfill,
it-Temporary Engineered Landfill ta’ l-Imnajdra, jew inkella jekk
hemm alternattivi viabbli illi jippermettulna illi aħna nimxu
skond l-obbligazzjonijiet li għandna biex insibu l-aħjar
soluzzjonijiet għal pajjiżna. Spjegajtilhom illi jiena konxju
tal-kontroversja illi teżisti u li l-pubbliku Malti qiegħed
jifhem id-diffikultajiet illi għandna f’dan il-qasam. Jiena
konxju ta’ l-issue
illi għandna fl-inħawi ta’ l-Imnajdra għandna tempji illi
rridu nieħdu ħsieb dak l-ambjent u nkunu ċerti illi fid-deċiżjonijiet
li għandna nieħdu ma nagħmlux ħsara lejn l-affarijiet li huma
wirt storiku, kulturali, arkeoloġiku ta’ pajjiżna. Però
nifhem ukoll illi l-qasam ta’ l-ambjent huwa priorità assoluta.
Priorità assoluta l-ewwelnett għall-kwalità tal-ħajja tagħna
l-Maltin u tal-familji tagħna. It-tieni għaliex il-qasam ta’
l-ambjent huwa kruċjali anki biex it-turiżmu f’pajjiżna jkun
jista’ jiżviluppa min-naħa tal-WasteServ. Hemm il-commitment
illi dan l-eżerċizzju jsir malajr kemm jista’ jkun u jagħtuna
indikazzjonijiet tar-riżultati illi huma jkunu waslu għalihom,
f’dan il-perjodu ta’ tmien ġimgħat sakemm ikolli din l-indikazzjoni.
Matul
dawn l-għaxart ijiem ukoll dħalna fil-qasam tal-finanzi. Ħa
naraw x’inhi l-istampa tal-qasam tal-finanzi s’issa.Qegħdin issa f’April. Jidher illi qegħdin on
track jew kwazi on track ma’ dak li kien qed jiġi ipproġettat għal dawn l-ewwel
erba’ xhur tas-sena. Naturalment irridu nibqgħu b’għajnejna
mixħutin b’mod u b’attenzjoni partikolari fuq id-dħul u l-ħruġ
tal-Gvern għaliex it-target
għandu jkun illi sa l-aħħar tas-sena jkunu mixjin skond dak li
ġie budgeted għal din
is-sena. U qed ninsisti illi l-mira għandha tkun illi żgur nibqu
ma’ dan il-budget u
jekk jistu’ jkun intejbu fuq dak li konna pproġettajna.
Irrid
ngħid ukoll illi sadanittant bejn illum u għada u pitgħada hemm
laqgħa ta’ l-ECOFIN illi qed issir ġewwa l-Irlanda li għaliha
qiegħed jattendi s-Segretarju Parlamentari Tonio Fenech f’dan
il-Ministeru, fil-Ministeru tal-Finanzi. Suġġetti li ser ikunu
qegħdin jiġu diskussi f’dawn il-jumejn illi ġejjin huma issues
li għandhom x’jaqsmu mas-servizzi finanzjarji. Is-suġġett ser
ikun l-armonizzazzjoni tar-regoli bejn l-Unjoni Ewropea u l-Amerika.
Jidher li aħna hemmhekk qegħdin diġà in
line però huwa suġġett illi ser jiġi diskuss. Din hija
laqgħa informali ta’ l-ECOFIN. It-tieni suġġett huwa issues
li għandhom x’jaqsmu ma’ standards
internazzjonali ta’ l-accounting.
Hawnhekk ukoll pajjiżna wkoll m’għandux diffikultajiet għaliex
aħna diġà pajjiżna nimplimentaw dawn l-istandards
internazzjonali ta’ l-accounting.
Ikun
hemm diskussjoni wkoll fuq is-sitwazzjoni ekonomika ġenerali fid-dinja
fejn jidher illi l-indikazzjonijiet f’dan l-istadju huma illi
qed ikun hemm irkupru żgħir f’titjib tal-qagħda ekonomika,
però ser ikun hemm din id-diskussjoni. Ser ikun hemm diskussjoni
wkoll li tinteressana ħafna u ċioè dwar il-Financial
Perspectives ta’ l-Unjoni Ewropea għal perijodu ta’ żmien
minn 2007 sa l-2013. Dan is-suġġett jinteressana għaliex
f’dik id-diskussjoni żgur tqum il-kwistjoni ta’ l-Island
Regions u allura l-pożizzjoni ta’ Malta partikolarment, iċ-ċirkostanzi
partikolari ta’ din il-ġżira tagħna minħabba d-densità
tal-popolazzjoni tagħha u minħabba r-regola li teżisti fl-Unjoni
Ewropea dwar kif tittratta iżoli li jkunu iżoli f’reġuni jew
inkella iżola-ġżira li tkun bil-Belt Kapitali li tkun fuq dik
il-ġżira. Din hija issue
li tinteressana ħafna u issa naraw id-diskussjoni kif tiżviluppa
waqt din il-laqgħa. Tony Abela, is-Segretarju Parlamentari wkoll
fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru qiegħed ukoll jattendi bħalissa
laqgħa informali tal-Ministri tad-Difiża illi qed tinżamm fi
Brussel.
Naħseb
illi bħala punti ewlenin forsi dawk kienu l-aktar li nista’ ngħid
f’dawn l-aħħar għaxart ijiem. Hemm affarijiet oħrajn illi
mhux ser noqgħod nidħol fihom, però ser inħalli lilkom il-ġurnalisti
fil-libertà li tistaqsu l-mistoqsijiet.