FI TMIEM LAQGħA
TAL-KABINETT
Il-PRIM MINISTRU JħABBAR DIBATTITU FIL-PARLAMENT
DWAR IS-SITWAZZJONI INTERNAZZJONALI PREżENTI (It-Tnejn 8 ta' Ottubru, 2001)
Huwa u jkellem lill-gurnalisti fil-Berga ta’
Kastilja, fi tmiem laqgha tal-Kabinett, Il-Prim Ministru Dr Eddie Fenech
Adami qal li dalghodu, il-Kabinett l-ewwelnett ezamina s-sitwazzjoni
internazzjonali u l-izviluppi li saru l-bierah, li kulhadd huwa konxji
tas-serjeta taghhom. Il-Gvern Malti ikompli fil-linja li ha, jigifieri
li jifhem li dak li gara fil-11 ta’ Settembru huwa att terroristiku
kontra ic-civilta, li hemm bzonn li jittiehdu l-mizuri kollha b’risposta,
biex kemm jista’ jkun jigi assigurat li ma jigux ripetuti atti
terroristici bhal dawn.
Il-Prim Ministru kompla jghid li l-Kabinett iddiskuta l-pozizzjoni tal-Gvern
Malti u l-Gvern jidhirlu li dak li sehh il-bierah 7 ta’ Ottubru, huwa
konformi mar-rizoluzzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti u li ghandu jsib
il-kooperazzjoni tal-pajjizi kollha. Il-Gvern huwa sodisfatt li
effettivament din il-kooperazzjoni qieghda hemm u tidher li sejra
tkompli.
Il-Kabinett iddiskuta wkoll x’ghandu jsir u
jidhirlu li hu tajjeb li fil-Parlament illejla tigi diskussa din
is-sitwazzjoni. Il-Prim Ministru qal li effettivament kellu okkazjoni
jkellem bit-telefon lill-Kap ta’ l-Oppozizzjoni u li huma qablu li
l-lejla jsir dibattitu fuq is-sitwazzjoni internazzjonali ghar-rigward
ta’ l-incidenti tal-11 ta’ Settembru u dak li qed jigri wara.
Pilot Scheme dwar il-kontroll tat-Traffiku
Il Prim Ministru qal ukoll li l-Kabinett tkellem fuq
affarijiet ohra li jirrigwardaw il-hidma tal-Gvern, u f’dan is-sens,
approva skema pilota ghar-rigward tal-kontroll tat-traffiku. F’dawn
l-ahhar xhur sar ezami fir-Rabat, Ghawdex dwar is-sistema tal-parking
hemmhekk u gie ppreparat pilot scheme li ser jigi attwat l-ewwelnett
fir-Rabat Ghawdex bhal prova, u skond ir-rizultati tieghu, il-Gvern jara
kif nistghu nimxu fir-rigward tal-problema tal-parking f’dan
il-pajjiz.
Il-Process ta’ Privatizzazzjoni
Il-Prim Ministru temm jghid li l-Kabinett kellu wkoll
relazzjoni mill-Ministru tal-Finanzi dwar l-istat tal-process
tal-privatizzazzjoni li ghaddej bhalissa.