IL-PRIM MINISTRU JAGHTI KUMMENTI LILL-MEDIA FI TMIEM LAQGHA
TAL-KABINETT
TAL-MINISTRI
(It-Tnejn 1 ta' Ottubru, 2001)
It-Tarzna
Il-Prim Ministru Dr Eddie Fenech Adami beda biex qal
li l-Kabinett innota b’sodisfazzjon illi l-mizura illi ddecieda
l-Gvern dwar it-Tarzna, giet milqugha kif kien xieraq bhala materja ta’
interess nazzjonali u li min-naha ta’ l-Oppozizzjoni, ser ikun hemm
persuna mazghula mill-Kap ta’ l-Oppozizzjoni li ser tkun osservatur
partecipattiv fit-Task Force li ghandha titwaqqaf.
Il-Kabinett innota wkoll b’sodisfazzjon li l-GWU
infurmat lill-Gvern li hija sejra tippartecipa u li innominat erbgha
persuni biex jiehdu parti. Il-Prim Ministru qal li hu kien ser jghaddi
immedjatament ghat-twaqqif b’mod formali tat-Task Force li hu awgura
li tasal biex twassal ghax-xewqa komuni ta’ kulhadd li naraw it-Tarzna
ssir vjabbli. Naturalment il-Gvern konxju li r-responsabbilta’
principali tad-decizjonijiet ser taqa’ fuqu, kif inhu d-dmir tieghu.
Il-Prim Ministru assigura illi l-Gvern se jerfa r-responsabbilta’
shiha biex jigi mwettaq fit-Tarzna dak li jkun hemm bzonn, dejjem
bl-iskop ewlieni li naraw it-Tarzna issir vjabbli.
Il-Kabinett gie infurmat wkoll li nhar is-Sibt li
ghadda thallsu l-pagi tat-Tarzna bl-ammont ta’Lm762,000. Fil-fatt
it-Tarzna ma kellhiex biex thallas dawn il-pagi ghax kellha biss
Lm300,000 u ghalhekk talbet lill-Gvern biex javanza sussidju ta’
Lm462,000. Il-Gvern kien talab informazzjoni mill-Kunsill tat-Tarzna
dwar hsara li setghet tigi kwantifikata li sofriet it-Tarzna
fl-incidenti li kien hemm fit-12 ta’ Settembru. Il-hsara materjali u
danni ohra kwantifikabbli li sofriet it-Tarzna, inkluz it-telf ta’
xoghol li kien diga ikkuntrattat, ammontaw ghal ftit aktar minn
Lm47,000. Ghalhekk il-Ministru tal-Finanzi naqqas dan l-ammont mis-somma
mitluba mit-Tarzna u flok l-Lm462,000 li l-Gvern gie mitlub li javanza,
fil-fatt il-Gvern avanza lit-Tarzna Lm414,625.
Twaqqif ta’ Financial Intelligence Unit
Il-Prim Ministru qal li l-Kabinett iddiskuta dalghodu
it-twaqqif ta’ Financial Intelligence Unit u approva draft ta’ ligi
biex tigi emendata l-Ligi dwar il-hasil tal-Flus (Money Laundering Act).
Id-draft gie approvat mill-Kabinett u issa, kif dejjem sar f’ligijiet
bhal dawn, imiss li jsiru diskussjonijiet ma’ l-Oppozizzjoni fuq
id-draft tal-Ligi qabel ma tigi ippubblikata. Huwa ttamat li jkun hemm
qbil kif kien hemm f’kazijiet simili, halli jitressaaq l-abboz ta’
ligi quddiem il-Parlament.
Solid Waste Management Strategy
Il-Kabinett approva wkoll is-Solid Waste Management
Strategy ghall-Gzejjer Maltin. Diga kien hemm l-ewwel draft ta’din
l-istrategija li kienet harget ghall-konsultazzjoni pubblika u illum,
il-Ministru responsabbli mill-Ambjent issottometta dan id-dokument ta’
strategija kif finalment propost mill-Ministeru. Issa li dan id-dokument
gie approvat mill-Kabinett, ser jigi ukoll ppubblikat.
Benchmarking
Il-Kabinett saritlu prezentazzjoni mill-Ministru
tal-Finanzi dwar il-benchmarking, li huwa process li issa it-Tax
Compliance Unit wettqet fil-parti l-kbira tieghu. Il-Prim Ministru qal
li l-Ministru spjega lill-Kabinett il-process kollu kif twettaq u kif
ser ikun implimentat mit-Tax Compliance Unit. Il-Prim Ministru u
l-Kabinett jinsabu infurmati ukoll li l-Ministru ser jaghmel
prezentazzjoni simili lill-Kunsill Malti ghall-Izvilupp Ekonomiku u
Socjali.