IL-PRIM MINISTRU JINDIRIZZA LILL-MEDIA FI TMIEM LAQGHA TAL-KABINETT
TAL-MINISTRI
(It-Tnejn 24 ta' Settembru, 2001)
Il-Gvern Malti joffri l-kooperazzjoni
tieghu fil-glieda kontra t-terrorizmu internazzjonali
Il-Prim Ministru Dr Eddie Fenech Adami qal li dwar is-sitwazzjoni internazzjonali wara l-attakk terroristiku li
sar fil-11 ta’ Settembru
fl-Istati Uniti ta' l-Amerika, il-Kabinett ha
konjizzjoni b’mod formali tar-Rizoluzzjoni Numru 1368 tal-Kunsill
tas-Sigurta li ghaddiet fit-12
ta’ Settembru 2001, kif
ukoll il-konkluzjonijiet li wasal ghalihom il-Kunsill ta' l-Ewropa
fil-21 ta’ Settembru, 2001.
Il-Kabinett ikkonferma li l-Gvern Malti lest joffri il-kooperazzjoni
shiha tieghu bhala pajjiz lill-pajjizi illi jridu jaghmlu l-glieda
kontra t-terrorizmu internazzjonali. B’mod partikolari, ghar-rakkomandazzjonijiet
li saru mill-Unjoni Ewropea, il-Gvern Malti lest li joffri
l-kooperazzjoni shiha tieghu.
Is-sitwazzjoni fit-Tarzna
Il-Prim Ministru qal li suggett iehor li gie diskuss
fil-Kabinett kien l-izviluppi li graw fil-gimgha li ghaddiet dwar
is-sitwazzjoni fit-Tarzna. Id-dokument l-aktar importanti kien l-ittra
li baghat ic-Chairman tal-Kunsill tat-Tarzna lill-Prim Ministru u
lill-Ministru ghas-Servizzi Ekonomici bid-data tad-19 ta’ Settembru.
Fiha, ic-Chairman qal li fil-fehma tal-Kunsill, kien sar progress
fit-trattattivi mal-GWU, li fuqu wiehed ghandu jibni. Ic-Chairman, f’isem
il-Kunsill tat-Tarzna, irrakkomanda li fic-cirkostanzi, l-ahjar pass
ikun it-twaqqif ta’ Task Force preseduta minn Ministru u li l-Kunsill
ikollu l-finanzi biex ikun jista’ jkompli jopera. Il-Prim Ministru qal
li wara diskussjoni fil-Kabinett, hu baghat ittra lic-Chairman
tal-Kunsill tat-Tarzna li fiha nformah li l-materja giet diskussa
dalghodu u li d-decizjoni tal-Kabinett hi li ha nota tad-dikjarazzjoni
tal-Kunsill tat-Tarzna dwar li sar progress li fuqu wiehed ghandu jibni
u jifhem li l-GWU lesta timxi fuq l-erbgha punti li c-Chairman kien
ikkomunikalha fl-ittra tieghu ta’ l-14 ta’ Settembru, 2001.
Il-Prim Ministru zied jghid li l-Kabinett jaqbel ma’
twaqqif ta’ Task Force preseduta minn Ministru li tkompli tfassal u
tizgura l-implimentazzjoni, fl-iqsar zmien possibbli, ta’ pjan ta’
ristrutturazzjoni tat-Tarzna. Fil-kuntest ta’ dan kollu, ladarba
jidher li l-GWU accettat l-erbgha punti msemmija u li dawn jigu
osservati, il-Gvern lest li javanza sussidji ulterjuri lit-Tarzna skond
ic-cirkustanzi.
Il-Prim Ministru kompla li kif diga qal kemm il-darba
fil-pubbliku, it-Tarzna sofriet danni bl-azzjonijiet li ttiehdu mhux
biss danni materjali fi hsara, imma anki wkoll thassir ta’ xoghol li
kien diga gie kuntrattat. Huwa qal li jittama li minn issa l-quddiem,
il-Gvern isib il-kooperazzjoni ta’ kulhadd biex il-pjan ta’
ristrutturar li ilna nitkellmu dwaru u suppost li kien diga beda, issa
jithaffef b’pass mghaggel. Ghalhekk il-Kabinett qabel li tigi nominata
din it-Taks Force. Min ser ikun f’din it-Task Force ghad irid jigi
diskuss partikolarment mal-Kunsill tat-Tarzna, imma l-hsieb tal-Gvern hu
li t-Task Force tikkomprendi kemm jista’ jkun mod wiesgha lil kull min
ghandu interess fit-Tarzna, li l-Gvern ihoss li hu interess nazzjonali
ghal pajjiz kollu kemm hu.
Pjan ta’ ristrutturazzjoni tal-PBS
Il-Prim Ministru qal li l-Kabinett iddiskuta u
approva wkoll dokument ipprezentat mill-Ministru ta’ l-Edukazzjoni
dwar pjan ta’ ristrutturazzjoni tal-PBS, li kif hu maghruf, dan hu
suggett li ilu jigi diskuss. Kienet twaqqfet Task Force li rrakkomandat
x’ghandu jsir u fil-laqgha tal-Kabinett ta’ dalghodu, id-dokument li
pprezenta l-Ministru, gie approvat u allura mistenni li fil-granet li
gejjin, jibdew diskussjonjiet ukoll mal-partijiet kollha interessati
dwar is-suggett ta’ ristrutturazzjoni tal-PBS.
Emendi ghall-Ligi dwar Relazzjonijiet Industrijali
Il-Prim Ministru qal li l-Ministru ghall-Politika
Socjali ipprezenta draft ta’ l-emendi pjuttost sostanzjali ghall-Ligi
dwar Relazzjonijiet Industrijali. Dan is-suggett ilu hafna jigi diskuss
paritikolarment fl-MCED. Hemm rakkomandazzjonijiet ta’ l-MCED dwar
emendi li ghandhom isiru u l-Kabinett approva li l-emendi kif proposti
mill-Ministru ghall-Politika Socjali, wara li kellu r-rapporti
partikolarment mill-MCED, issa jigu ppublikati f’forma ta’ White
Paper.
Wara din l-istqarrija, Il-Prim Ministru wiegeb ghal mistoqsijiet
maghmula mill-gurnalisti prezenti:
Mistoqsija: X’inhuma l-erbgha punti li tahseb
li hemm qbil bejn il-management tat-Tarzna u l-GWU u min ser ikun
il-Ministru li ser imexxi din it-Task Force?
Twegiba: Dwar l-erbgha punti, hemn dokument diga
ppublikat li kien semmieh l-ewwel ic-Chairman tat-Tarzna
fid-diskussjonijiet li kellu mal-GWU, imbaghad fl-ittra li kien baghat
lill-Union fl-14 ta Settembru, kien baghtilhom ukoll kopja ta’
l-erbgha punti. Dawn kienu dwar il-kwistjoni tas-subcontracting,
il-kwistjoni ta’ il-managers min ikunu u min-naha tal-Kunsill
tat-Tarzna kien hemm insistenza li dawn huma decizjonijiet li jispettaw
lill-management, li naturalment lest li jitkellem mal-Union dwarhom,
pero d-decizjoni tibqa tal-Kunsill tat-Tarzna. Ir-raba punt, l-aktar
punt importanti kien il-kwistjoni tar-ristrutturazzjoni li trid issir
fit-Tarzna u hemmhekk ic-Chairmani kien informa lill-Union li din hija
kwistjoni li ma tistax titwal izjed, imma hemm bzonn li jsir qbil dwar
kif sejra ssir din ir-ristrutturazzjoni billi jkun hemm pjan preciz li
jigi attwat minghajr telf ta’ zmien.
Fl-ittra li ktibt jien dalghodu qed nghid fl-iqsar
zmien possibbli u l-kliem uzat huwa "li tkompli tfassal u tizgura
l-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ ristrutturazzjoni". Qed nghid
tkompli tfassal, ghax nafu li diga gie imfassal pjan per ezempju l-1997.
Naturalment, ma jfissirx li jrid jigi addottat preciz kif kienu
d-decizjonijeit dak iz-zmien, pero hemm bzonn ikollna pjan definit u
allura nkunu lkoll marbutin bih. M’ghamilniex data meta, pero
nistennew li hi kwistjoni ta’ gimghat, l-aktar forsi xi xahar, xahrejn
ohra; il-hsieb tal-Gvern hu li l-pjan hemm il-bazi fuq hiex jinbena, li
huma r-rapporti diversi li saru tul is-snin, li kollha bejn wiehed u
iehor, jaghtu traccja ta’ kif ghandha ssir ir- ristrutturazzjoni u
hemm bzonn issa li nikkonkretizzaw dan il-pjan u nintrabtu bih.
Rigward il-Ministru li ser jippresiedi t-Task Force,
qed nghidu minn Ministru; s’issa ghad mhux deciz min ikun il-Ministru
li jippresiedi din it-Task Force.
Mistoqsija: Fl-ittra tieghek dalghodu int semmejt
li l-Gvern lest li javanza sussidju ulterjuri; ser jibqghu l-istess
is-sussidji?
Twegiba: L-ewwelnett ahna qed nghidu li l-Gvern
lest li javanza sussidji ulterjuri lit-Tarzna skond ic-cirkustanzi,
jigifieri irridu naraw kif ser ikun u kif jibqa miexi dan il-process li
hu essenzjali ghat-Tarzna. Naturalment nafu li l-problema tigi
pratikament kull hmistax il-gurnata meta t-Tarzna ma jkollhiex flus biex
thallas il-pagi u allura l-Gvern qed jghid li huwa lest li jissussidja
lit-Tarzna, naturalment kemm ikun hemm bzonn pero skond ic-cirkostanzi.
Skond ic-cirkostanzi, jiena ma nistax nipprevedi xi jkunu, pero zgur
nistenna, kif jidher li l-Union qieghda tintrabat, li ma jkunx hemm
tfixkil fit-Tarzna. Jekk ikun hemm it-tfixkil fit-Tarzna, jfisser li dan
ser ikollu impatt fuq is-sussidji li l-Gvern ikun f’pozizzjoni li
jghaddi lit-Tarzna.
Ahna qeghdin nghidu li rridu li f’qasir zmien,
jiena semmejt perijodu ta’ gimghat, l-aktar ftit xhur u nispera li
mhux aktar minn xahrejn, ikollna pjan definit. Bi pjan definit kulhadd
ikun jaf kif ser ikunu is-sussidji u allura m’ghandux ikun hemm
problemi jekk naqblu kif ghandha ssir ir-ristrutturazzjoni.
Mistoqsija: Il-Gvern qed jghid li lest li jghin
fil-glieda kontra t-terrorizmu; kif ser tkun il-partecipazzjoni ta’
Malta; f’hiex tikkonsisti?
Twegiba: Qed jigu diskussi hafna affarijiet, per
ezempju, hemm diskors ta’ kif min hu involut fit-terrorizmu
internazzjonali, akkumula flus jew inkella b’xi mod kien hemm xi
kwalita ta’ money laundering, forsi mhux fis-sens precis kif kien
definit u mifhum s’issa, u allura ikun hemm bzonn ta’ indagni; ahna
lesti li naghmlu dak kollu li mehtieg. Wiehed mill-elementi l-aktar
importanti huwa zgur il-bdil ta’ informazzjoni tas-Security Services
ta’ kull pajjiz. Ahna lesti li nikkooperaw bis-shih, naturalment kemm
jekk ikollna informazzjoni ahna u kemm ukoll jekk ikollna informazzjoni
li tigi ghandna. Naturalment ma nistax nillimita l-forma ta’
kooperazzjoni, pero importanti hafna li nghidu li iva, ahna nifhmu li
dak li gara huwa xi haga li taffettwa mhux biss lill-Amerika u
lill-poplu Amerikan, imma taffettwa c-civilta kollha kemm hi.
Ahna m’ghandna l-ebda commitment militari sallum,
la ghandna talba u allura qeghdin nghidu, ejja nzommu saqajna fl-art, ma
nibdewx nghagglu x’ser tkun din il-partecipazzjoni taghna. Ahna qed
noffru l-kooperazzjoni u din il-kooperazzjoni noffruha naturalment
fil-kwadru kollu ta’ dak li jinteressa lill-poplu Malti u fil-kwadru
kollu ta’ x’inhuma c-cirkostanzi fil-pajjiz.
Mistoqsija: Nhar il-gimgha sa fejn naf jien
ghandom jithallsu batch iehor ta’ pagi min-naha tat-Tarzna; jigifieri
dawn hergin min-naha tal-Gvern din id-darba?
Twegiba: Il-procedura tkun li meta t-Tarzna ma jkollhiex flus
biex thallas il-pagi, tinkiteb ittra lill-Ministeru tal-Finanzi u
tghidlu li l-ammont tal-pagi jew in-nefqa li ghandha t-Tarzna hija
daqshekk u li t-Tarzna ghandha bzonn daqstant iehor, jista jkun anqas
mill-ammont kollu tal-pagi, biex thallas meta tkun dovuta l-paga. Sa
dalghodu, il-Gvern kien ghadu ma rceviex din il-kwalita ta’ ittra
mit-Tarzna, pero dan ma jfissirx li ghandhom il-flus. Nawgura li
ghandhom.