Il-Prim
Ministru jindirizza lill-Media fi tmiem laqgħa tal-Kabinett
tal-Ministri - 17/09/02
Din
hi l-ewwel laqgħa tal-Kabinett wara l-vaganzi tas-sajf. L-aħħar
laqgħa kienet saret fil-31 ta’ Lulju, u l-Kabinett dalgħodu
iddiskuta s-sitwazzjoni politika fil-pajjiz, prattikament l-avvenimenti
kollha li kellna fix-xahrejn illi għaddew.
Imbagħad għaddejna biex naraw is-sitwazzjoni fin-negozjati ma’
l-Unjoni Ewropea. Fil-fatt f’dawn ix-xahrejn in-negozjati
baqgħu
għaddejjin u ninsabu fl-istadju fejn
in-negozjati qed isiru b’mod
intensiv ħafna - naturalment għax kif kulħadd jaf, in-negozjati
għandhom jispiċċaw possibbilment sa Ottubru u definittivament sa
Diċembru. Il-Kabinett innota illi qed isir progress fuq id-diversi
punti li għadhom pendenti u l-progress huwa sodisfaċenti.
Iddiskutejna ukoll il-Waste Management Strategy u l-attwazzjoni
tagħha u l-passi li jmiss. Fil-fatt, il-Kabinett approva memorandum
mill-Ministru Francis Zammit Dimech biex titwaqqaf aġenzija fil-forma
ta’ kumpanija għal Waste Management Services.
Iddiskutejna wkoll il-proġett għall-iżvilupp f’Raħal il-Ġdid fejn
hemm il-ground tal-Pace Grasso. Hemm territorju kbir hemmhekk li
għandu jiġi żviluppat għal ħtiġiet soċjali u ħtiġiet ta’
kummerċ u wkoll parti minnu jibqa’ jintuża għal faċilitajiet
sportivi. Għandu jiġi mitlub li jiġi sottomess development plan
lill-Planning Authority u nittamaw li fix-xhur li ġejjin
dal-proġett jinbeda u jinbeda, bħala Public Partnership Project.
Iddiskutejna ukoll u approvajna l-kapitli ta’ ħames konvenzjonijiet
internazzjonali. Konvenzjoni dwar Maritime Search and Rescue,
Konvenzjoni dwar l-International Maritime Convention u fil-fatt
dawk tlieta f’waħda tal-Facilities for International Maritime
Traffic. Nixtieq ninnota li l-Gvern f’dawn l-aħħar erba’ snin
għamel eżami ta’ kemm kien hemm konvenzjonijiet illi Malta ffirmat u
ma rratifikatx, jew xi kultant lanqas kienet iffirmat. Illum
fis-sitwazzjoni internazzjonali li aħna, huwa importanti ħafna biex
ikollna l-iżvilupp meħtieġ, per eżempju fil-qasam Marittimu li
jkollna r-ratifika tal-Konvenzjonijiet. Bil-ħamsa li approvajna illum,
inkunu effettivament irratifikajna tmienja u ħamsin konvenzjoni f’dawn
l-erba’ snin. Din naħseb turi li l-Gvern kien attent biex ipoġġi
lil Malta f’pożizzjoni li jkollha l-aħjar kondizzjonijiet li
jiggarantixxu żviluppi ulterjuri.