Il-PRIM MINISTRU JATTENDI GĦALL-LAQGHA TAL-KUNSILL
TA’ L-UNJONI EWROPEA F’THESSALONIKI U GĦAS-SUMMIT TAL-PARTITI
POPOLARI EWROPEJ.
Il-Prim Ministru llum ħalla Malta għall-Grecja,
fejn se jieħu sehem fil-Laqgħa tal-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea u
fis-Summit tal-Partiti Popolari Ewropej.
Waqt il-Laqgħa tal-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea
huwa mistenni li jiġu diskussi fost ohrajn, ir-riżultati
tax-xogħol li twettaq fil-Konvenzjoni Ewropea, it-tkabbir li jista’
jsir fil-futur, ir-refuġjati u l-emigrazzjoni.
Għal din il-laqgħa il-Prim Ministru se jkun
akkumpanjat mill-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin, Joe Borg,
ic-Chairman, Core Negotiating Group, Richard Cachia Caruana, u l-Kap
tad-Direttorat ta’ l-Unjoni Ewropea fil-Ministeru ta’ l-Affarijiet
Barranin, Saviour Falzon.
Għall-laqgħa tal-Partiti Popolari Ewropej, il-Prim
Ministru se jkun akkumpanjat minn Dr.Jason Azzoppardi.
Il-Prim Ministru se jieħu sehem ukoll fil-Konferenza
ta’ l-Unjoni Demokratika Ewropea u fis-Summit bejn l-Unjoni Ewropea u
ħames pajjiżi tal-Balkani fejn se jiġu
diskussi affarijiet ta’ materja reġjonali.
Il-Prim Ministru mistenni lura Malta nhar is-Sibt 21
ta’ Ġunju.