75. Tfal taħt l-14-il sena dejjem għandhom jilbsu elmu protettiv waqt li jkunu rekbin iż-żiemel. L-elmu GĦANDU jkun marbut sew. Tajjeb li rikkieba oħra jieħdu wkoll dan il-parir.
Ilbies ieħor
76. Għandek tilbes
• boots jew żarbun b'qiegħ u għarqub ibsin. •
ilbies ta' lewn ċar jew fluworexxenti fid-dawl tal-jum. •
ilbies li jleqq jekk għandek tirkeb bil-lejl jew f'viżibilità ħażina.
Bil-lejl
77. Ikun aħjar jekk ma ssuqx iż-żiemel fit-triq bil-lejl jew fil-għabex, imma jekk tagħmel dan, kun żgur li ż-żiemel ikollu faxex li jleqqu ftit 'il fuq mill-għekiesi. Ġorr miegħek dawl li juri l-abjad fuq quddiem u l-aħmar wara.
Meta tirkeb iż-żiemel
78. Qabel issuq żiemel fit-triq għandek:
• tiżgura li x-xedd kollu jiġih sew u jkun f'kundizzjoni tajba. •
tkun żgur li tista' tikkontrolla liż-żiemel sew.
79. Dejjem suq ma' żwiemel oħrajn inqas nervużi jekk taħseb li ż-żiemel tiegħek jitnaffar mit-traffiku. Qatt m'għandek tirkeb żiemel mingħajr sella f'toroq pubbliċi. Qabel titlaq jew iddur, ħares warajk biex tkun żgur li m'hemmx periklu, imbagħad agħmel sinjal ċar b'idejk.
80. Meta toħroġ fit-triq għandek
• iżżomm fuq ix-xellug. •
iżżomm idejk it-tnejn fuq ir-riedni kemm-il darba ma tkunx qiegħed tagħmel xi sinjal. •
iżżomm saqajk it-tnejn fl-istaffa. • tirkeb waħdek
- trikkeb lil ħadd. •
tirkeb bla ma ġġorr xejn li jista' jfixkel il-bilanċ tiegħek jew li jitħabbel fir-riedni. •
iżżomm liż-żiemel li qed tmexxi fuq ix-xellug tiegħek. •
issuq fid-direzzjoni tal-mixja tat-traffiku fi triq one-way. •
issuq ma' ħadd ieħor ma' ġenbek, u irkeb f'filliera waħda fejn it-triq tidjieq jew tavviċina liwja.
81. Inġenji miġbudin miż-żwiemel għandhom jevitaw toroq prinċipali jew traffikużi imma jsuqu f'toroq sekondarji. Iż-żwiemel m'għandhomx jintrikbu jew jgħaddu minn toroq prinċipali jew traffikużi.
82. B'żieda ma' dan, int M'GĦANDEKX tiġbed iż-żiemel f'sidewalk, bankina jew minn fejn jgħaddu l-bicycles imma għandek
tibqa' fit-triq.
83. Evita r-roundabouts fejn huwa possibbli. Jekk tużahom int għandek:
• iżżomm max-xellug u toqgħod attent għall-vetturi li jkunu qed jaqsmu minn quddiemek biex jitilqu jew jaqbdu roundabout. •
agħmel sinjal għal-lemin meta tkun qed issuq minn ħruġ biex turi li m'intix se titlaq ir-roundabout. •
agħmel sinjal għax-xellug eżatt qabel ma titlaq ir-roundabout.
Klieb u annimali oħra
84. La titlaqx kelb jiġri waħdu fit-triq. Mexxih b'ċinga qasira fuq il-bankina, fit-triq jew mogħdija maħsuba għaċ-ċiklisti.
85. Meta tkun f'vettura kun żgur li l-klieb jew annimali oħra jkunu marbutin tajjeb biex ma jtellfukx mill-attenzjoni waqt li tkun qed issuq jew iweġġgħuk jekk tieqaf f'daqqa.
86. Kun żgur li ma jkunx hemm traffiku qabel ma toħroġ jew tieħu annimali fit-triq.
87. Meta tkun tmexxi merħla annimali, għandek tikkontrollaha l-ħin kollu. Dejjem żomm ruħek bejn l-annimali u t-traffiku u żomm l-annimali fit-tarf tat-triq. Jekk tista' ibgħat lil ħaddieħor quddiem biex javża lit-traffiku f'postijiet ta' periklu bħal liwjiet jew il-quċċata ta' telgħa. Ikun ħafna aħjar li ma tmexxix merħla fid-dlam, imma jekk tagħmel dan, ġorr id-dwal wara nżul ix-xemx, bojod fuq quddiem u ħomor fuq wara. Jekk il-merħla tkun kbira ħafna, għandha tinqasam f'merħliet iżgħar u dejjem titmexxa minn żewġ persuni jew aktar. M'għandekx tmexxi baqar, nagħaġ jew mogħoż f'ebda triq prinċipali jew traffikuża.
Vetturi miġbuda minn annimal
88. Sewwieqa ta' vetturi miġbuda minn annimal għandhom jobdu l-istess regoli bħal sewwieqa ta' vetturi oħra. M'għandhom l-ebda privileġġ speċjali għax il-vettura tagħhom hija miġbuda minn bhima. Għandhom ikunu jafu l-limitazzjonijiet sa fejn jistgħu jikkontrollaw il-vetturi u l-bhejjem tagħhom u l-perikli li
jista' jkollhom. Għandhom jagħmlu sinjal b'idejhom x'bi ħsiebhom jagħmlu kull meta jagħżlu li jibdlu d-direzzjoni jew jieqfu. Bil-lejl, għandhom jiżguraw li l-vetturi tagħhom ikollhom dwal quddiem u wara kif imsemmi.