Dawn ir-Regoli huma b'żieda ma' dawk fl-artikoli li ġejjin u li japplikaw għall-vetturi kollha.
Ġenerali
70. F'kull vjaġġ li jagħmel, anke jekk fil-qrib, is-sewwieq tal-motorcycle, scooter jew moped flimkien ma' dak li jkun riekeb wara,
ikollhom jilbsu l-elmu protettiv. L-elmi protettivi għandhom ikunu skond ir-Regolamenti u
għandhom ikunu marbutin sew. Ta' min jilbes ukoll protezzjoni għall-għajnejn, boots sodi, ingwanti u lbies adattat li jista' jgħin biex jipproteġġik jekk taqa'. Taħsibx li tista' tilbes ilbies ħafif tan-nylon għax il-ħruq tal-friction fil-każ li taqa' huwa ta' wġigħ kbir.
Dejjem għatti dirgħajk u riġlejk.
71. M'GĦandekx iġġorr aktar minn passiġġier wieħed fuq wara u huwa/hija
gĦandu/ha jirkeb/tirkeb sew fuq is-seat u biż-żewġ saqajn fuq il-footrests.
Sewqan tal-Motorcycle fid-dawl tal-jum
72. Ħallihom jarawk kemm tista' mid-direzzjonijiet kollha. Preferibilment ilbes elmu protettiv abjad jew ta' lewn ċar u lbies jew strixxi fluworexxenti. Id-dwal ta' quddiem, ukoll jekk fid-dawl qawwi tal-jum, jista' wkoll jagħmlek tidher
faċilment. Kun żgur li jistgħu jarawk.
Għin lilek innifsek biex
ħaddieħor jarak
Sewqan fid-dlam
73. Ilbes ħwejjeġ jew strixxi li jleqqu biex itejbu ċ-ċans tiegħek li jarawk fid-dlam. Dawn jirriflettu d-dawl mill-fanali l-kbar ta' vetturi oħrajn, u jagħmluha aktar faċli li jarawk mill-bogħod.
Meta ddur
74. Għandek tkun taf x'hemm warajk u fil-ġnub tiegħek qabel ma ddur. Ħares warajk; uża l-mirja li jkollok imwaħħlin. Meta tkun qed taqla' queues tat-traffiku, oqgħod attent għall-pedestrians li jkunu qed jaqsmu minn bejn il-vetturi u għal vetturi li ħerġin minn salib it-toroq.