• elmu protettiv li jkun konformi mar-regolamenti li qegħdin fis-seħħ. •
ilbies adattat għas-cycling. Tilbisx ħwejjeġ li jistgħu jitħabblu mal-katina, jew rota jew li jistgħu jgħattu d- dwal. •
ilwien ċari jew ilbies ieħor li jgħin lil min juża t-triq biex jarak matul il-jum u f'dawl baxx.
Għin lilek innifsek biex ħaddieħor jarak
• ilbies li jleqq u/jew aċċessorji (ċintorini, strixxi mad-driegħ jew mal-għaksa) fid-dlam.
56. Bil-lejl il-bicycle tiegħek gĦandu jkollha d-dwal ta' quddiem u ta' wara mixgħulin. Għandu jkollha wkoll riflettur aħmar fuq wara (u nirrakkomandaw ukoll li tuża rifletturi lewn għambra mal-pedali). Dwal iteptpu u rifletturi oħra jistgħu jgħinuk biex jarawk iżda
m'għandhomx jintużaw mingħajr id-dwal.
Meta tkun issuq bicycle
57. Fejn hemm mogħdija għaċ-ċiklisti, użaha. Hawn tista' ssuq aktar fiż-żgur. Oqgħod attent meta tgħaddi ma' ġenb pedestrians, speċjalment tfal, anzjani u nies b'diżabilità, u agħtihom ħafna wisa'. Dejjem kun lest li tnaqqas il-veloċità u tieqaf jekk meħtieġ.
Mogħdijiet għaċ-Ċiklisti
58. Dawn huma mmarkati b'linji bojod (li jistgħu jkunu maqtugħin) tul il-karreġġata. Suq f'din il-mogħdija kull meta tista'.
DEJJEM:
• suq il-bicycle fuq ix-xelluq tat-triq kemm-il darba ma tkunx qed tuża mogħdija għall-bicycle li hija mmarkata b'mod ċar għal sewqan bil-bicycle two-way. •
suq f'filliera waħda f'toroq dojoq jew traffikużi. •
aħseb f'ħaddieħor li qed juża t-triq, speċjalment pedestrians għomja u dawk neqsin mid-dawl. Ħallihom jindunaw li tinsab hemm billi, per eżempju, iddoqq il- qanpiena. •
żomm idejk it-tnejn fuq il-handle bars barra meta tkun qed tagħmel sinjal jew tibdel il-gear. •
żomm saqajk it-tnejn fuq il-pedali. • qatt m'għandek issuq qrib ta' wara
ta' vettura oħra. •
qatt m'għandek iġġorr xi ħaġa li taffettwa l-bilanċ tiegħek jew li tista' titħabbel mar-roti tiegħek jew mal-katina.
59. Inti għandek
• tħares madwarek qabel ma taqla' 'l barra mill-bankina, iddur jew timmanuvra, biex tkun żgur li m'hemmx periklu biex tagħmel dan. Agħmel sinjal
ċar biex turi lil ħaddieħor li jkun juża t-triq x'bi ħsiebek tagħmel. •
oqgħod attent minn qabel għal xi ostakli fit-triq, bħal spralli, ħofor u vetturi pparkjati sabiex int ma jkollokx bżonn tikser f'daqqa biex tevitahom. Agħti ħafna wisa' meta tgħaddi ħdejn vetturi pparkjati u oqgħod attent għal xi bieba li
tista' tinfetaħ minn fejn tkun għaddej. •
Oqgħod ħafna aktar attent ħdejn ħotob u espedjenti tat-traffiku oħra biex imewtu s-sewqan.
60. Qatt m'għandek
• iġġorr passiġġier kemm-il darba l-bicycle tiegħek ma tkunx magħmula għal hekk jew aġġustata biex tagħmel dan. •
iżżomm ma' vettura jew trailer għaddejjin. •
issuq kif ġie ġie, traskurat u perikoluż. •
issuq taħt l-influwenza tax-xorb jew drogi. •
issuq mal-ġenb jew fuq il-bankina. • tħalli l-bicycle tiegħek fejn tista' tkun ta' periklu jew tostakola lill-oħrajn li jkunu jużaw it-triq jew pedestrians, per eżempju tmidda fuq il-bankina. •
taqsam il-linja ta' fuq meta d-dwal għat-traffiku jkunu ħomor.
Mogħdijiet għall-karozzi tal-linja
61. Dawn jistgħu jintużaw biss minn ċiklisti jekk is-sinjali jinkludu simbolu
ta' bicycle.
Inti għandek tobdi s-sinjali kollha tat-traffiku u s-sinjali tad-dawl kollha tat-traffiku.
Salib it-Toroq
Fuq ix-Xellug
62. Meta tkun riesaq fuq ix-xellug, oqgħod attent għall-vetturi li jkunu qegħdin iduru quddiemek, 'il barra minn u fuq il-ġenb tat-triq. Issuqx fuq in-naħa ta' ġewwa ta' vetturi li jkunu qegħdin jagħmlu sinjal jew li jkunu qegħdin inaqqsu l-veloċità biex iduru fuq ix-xellug.
Vetturi twal aktar jeħtieġu wisa' biex jikkwartjaw
63. Speċjalment oqgħod attent għal vetturi twal li jkollhom bżonn ħafna spazju biex iduru fil-kantunieri. Jista' jkollhom jiġbdu lejn il-lemin qabel ma jduru fuq ix-xellug. Stenna sakemm ikunu lestew il-manuvra għax ir-roti ta' wara jiġġu qrib ħafna tal-bankina meta jkunu jdawru. Ara ma tippruvax issuq fil-fetħa bejnhom u l-bankina.
Fuq il-Lemin
64. Jekk tkun qiegħed iddawwar għal fuq il-lemin, iċċekkja t-traffiku warajk, imbagħad agħmel sinjal għan-nofs tat-triq. Stenna sakemm ikun hemm wisa' biżżejjed bla periklu fit-traffiku li jkun ġej qabel ma tkompli d-dawra. Jista' jkun iżjed fiż-żgur jekk tistenna fuq ix-xellug sakemm ikun hemm spazju biżżejjed jew inkella li tinżel minn fuq il-bicycle u timbuttaha għan-naħa l-oħra tat-triq.
Toroq b'Karreġġati kull naħa
65. Ftakar li vetturi fil-biċċa l-kbira tat-toroq b'karreġġata kull naħa aktar iġerru minn meta jkunu f'toroq b'karreġġata waħda. Meta taqsam stenna sakemm jaqta' t-traffiku u aqsam il-karreġġata li jmiss.
Roundabouts
66. Id-dettalji kollha dwar il-proċedura t-tajba mar-roundabouts jinsabu fit-taqsima fuq "Roundabouts". Ir-roundabouts jistgħu jkunu ta' periklu u għandek tmur ħdejhom b'attenzjoni.
67. Tista' tħossok aktar żgur jekk iżżomm max-xellug tar-roundabouts jew tinżel u tmexxi r-rota tiegħek madwar il-bankina jew mat-tarf tagħha. Jekk
tiddeċiedi li żżomm max-xellug għandek:
• tkun taf li s-sewwieqa jistgħu ma jarawkx malajr.
• toqgħod aktar attent meta ssuq ir-rota minn exits u tkun tista' teħtieġ li tagħmel sinjal għal-lemin biex turi li m'intix se twarrab mir-roundabout.
• toqgħod attent minn vetturi li jkunu se jaqsmu triqtek biex iħalli jew imissu r-roundabout.
68. Agħti l-wisa' lill-vetturi kbar mar-roundabout għax dawn jeħtieġu aktar spazju biex iduru. Issuqx fl-ispazju li jkunu jeħtieġġu biex iduru mar-roundabout. Jista' jkun aħjar li tistenna sakemm ikunu tbiegħdu mir-roundabout.
Meta taqsam it-triq
69. Taqsamx issuq il-bicycle fuq pelican jew zebra crossing. Inżel minn fuq ir-rota u mexxiha għan-naħa l-oħra.