13. Il-Pedestrians, (kif ukoll is-sewwieqa) huma responsabbli biex jużaw tajjeb it-triq. Huma jistgħu jkunu responsabbli għall-konsegwenzi kkaġġunati lilhom stess jew lil ħaddieħor minħabba nuqqas ta' osservanza tal-Liġi.
Waqt il-mixi
14. Fejn hemm bankina jew passaġġ adekwat, użah. Evita mixi bla ħsieb fil-karreġġati. Dan huwa perikoluż għalik innifsek u għall-oħrajn.
15. Fuq bankina jew passaġġ, timxix fit-tarf u b'dahrek lejn it-traffiku. Tinżilx fit-triq qabel ma tiżgura ruħek illi tista' tagħmel dan bla periklu.
16. Pedestrians għandhom jevitaw li jimxu f'toroq arterjali jekk ma jkunx hemm passaġġi għall-mixi jew hard shoulder.
17. Fejn ma jkunx hemm passaġġi jew bankini, jew fejn dawn ma jkunux biżżejjed, imxi fuq il-lemin tat-triq
faċċata tat-traffiku. Għandek toqgħod ħafna attent u għandek timxi f'filliera waħda jekk it-triq hija dejqa jew m'hemmx dawl biżżejjed. Dejjem żomm qrib il-ġenb tat-triq. Jekk tkun ġej għal liwja f'daqqa għal-lemin aqsam it-triq minn kmieni biex hekk is-sewwieqa li jkunu ġejjin ikunu jistgħu jarawk. Aqsam lura hekk kif ma jkunx hemm periklu biex tagħmel dan. Fejn hemm ftit dawl, kun żgur li int liebes jew tkun qed iġġorr xi ħaġa ċara, u bil-lejl ilbes faxx jew strixxa li tleqq ma' driegħek, eċċ. Qatt m'għandek tilbes ilbies skur bil-lejl.
18. Taħt l-ebda ċirkostanza m'għandek timxi fuq il-karreġġata fejn din tkun maqtugħa mill-passaġġ jew mill-bankina b'xi railings jew ktajjen.
19. Toqgħodx titnikker bla bżonn fuq il-karreġġata. Ftakar li l-karreġġata qiegħda l-ewwel u qabel kollox biex jgħaddu minnha l-vetturi.
20. Grupp ta' nies mexjin fuq il-karreġġata għandhom dejjem iżommu fuq in-naħa tax-xellug tat-triq jew passaġġ. Għandu jkollhom gwardjani f'distanzi adattati fuq quddiem u fuq wara u, bil-lejl, għandu jkollhom dawl abjad fuq quddiem u dawl aħmar fuq wara. Il-gwardjani għandhom jilbsu ħwejjeġ fluworexxenti matul il-jum u li jirriflettu d-dawl matul il-lejl.
Qsim tat-Triq
21. Kodiċi ta' Qsim bla Periklu
Il-pariri li ġejjin fuq meta taqsam it-triq huma għall-pedestrians
kollha. It-tfal għandhom jiġu mgħallma l-Kodiċi u m'għandhomx jitħallew
barra waħedhom qabel ma jkunu jifhmuh u jużawh sewwa. L-età meta
jkunu jistgħu jagħmlu dan hija differenti għal kull tifel jew tifla.
Ħafna tfal ma jkunux jafu jikkalkolaw kemm ikunu qegħdin iġerru
l-vetturi u kemm ikunu għadhom 'il bogħod. It-tfal jitgħallmu bl-eżempju,
għalhekk ġenituri u carers dejjem għandhom jobdu sew il-Kodiċi meta
jkunu barra mat-tfal tagħhom. Huma responsabbli biex jiddeċiedu
f'liema età t-tfal jistgħu jużawh għalihom bla periklu.
22. L-ewwel sib post bla periklu minn fejn taqsam. Ħafna aħjar li
taqsam minn subway, pontijiet għall-passaġġ bil-mixi, islands, zebra
(postijiet ta' qsim għall-pedestrians) jew pelican crossing, jew fejn
hemm post minn fejn taqsam taħt il-kontroll ta' uffiċjal tal-pulizija,
school crossing patrol jew gwardjan tat-traffiku. Inkella agħżel post
minfejn tkun tista' tara sew in-naħat kollha. Ipprova evita li taqsam
minn bejn vetturi pparkjati u kisriet f'daqqa u l-quċċata ta' telgħat.
Mur f'post fejn is-sewwieqa jkunu jistgħu jarawk sew.
23. Qabel taqsam, ieqaf qabel ma saqajk iħallu l-bankina, fejn int tkun
tista' tara jekk ikun ġej xi ħadd. Tersaqx qrib ħafna tat-traffiku.
Jekk m'hemmx bankina jew sidewalk żomm lura mit-tarf tat-triq iżda kun
żgur li tista' tara t-traffiku li jkun ġej u li t-traffiku jkun jista'
jara lilek.
24. Ħares sewwa madwarek u isma'. Il-vetturi jistgħu jiġġu minn kull
direzzjoni. Isma' sewwa, għax kultant tista' tisma' t-traffiku qabel ma
tarah.
25. Jekk tkun ġejja xi vettura, ħalliha tgħaddi. Erġa' ħares
madwarek u isma'. Taqsamx qabel ma jkun hemm qtugħ mingħajr periklu
fit-traffiku u inti tkun żgur li hemm ħafna ħin. Ftakar, anke jekk
vettura għadha 'l bogħod, tista' tkun riesqa b'veloċità kbira.
26. Meta ma jkunx hemm periklu, aqsam dritt it-triq tiġrix, tmurx
laġenba. Ibqa' ħares u issemma' għat-traffiku waqt li tkun qed
taqsam, fil-każ li jkun hemm xi traffiku li ma tkunx rajtu, jew fil-każ
li jitfaċċa xi traffiku għall-għarrieda.
F'għaqda ta' żewġ toroq
27. Meta tkun qed taqsam it-triq, oqgħod attent għat-traffiku li jkun ġej fit-triq, speċjalment minn warajk.
Barrieri għas-sigurtà tal-pedestrians
28. Fejn hemm railings jew ktajjen, aqsam it-triq biss fejn hemm ftuħ provdut għall-pedistrians. Qatt m'għandek taqbeż dawn ir-railings jew ktajjen jew timxi bejnhom u bejn it-triq.
Mogħdijiet sporġuti 'l fuq
29. Studs żgħar sporġuti 'l fuq li jistgħu jinħassu bis-sieq jistgħu jkunu ta' għajnuna għall-għomja jew għal dawk neqsin mid-dawl biex jindunaw li qorbu post minn fejn jistgħu jaqsmu b'bankina fil-baxx.
Toroq one-way
30. Dejjem ara 'l fejn ikun sejjer it-traffiku. Taqsamx qabel tkun żgur li tista' tagħmel dan bla periklu. Qatt m'għandek tieqaf fit-triq. Karreġġati tal-karozzi tal-linja u tal-bicycles jistgħu jkunu fid-direzzjoni opposta għall-kumplament tat-traffiku.
Karreġġati tal-karozzi tal-linja u ċ-ċiklisti
31. Oqgħod attent meta tkun qed taqsam dawn il-karreġġati għax it-traffiku jista' jkun għaddej
b'veloċità akbar minn dik ta' karreġġati oħra, jew ikun kontra d-direzzjoni tat-traffiku.
Passaġġi użati wkoll miċ-ċiklisti
32. Mogħdijiet għaċ-ċiklisti jistgħu jkunu għaddejjin ma' ġenb il-bankini, b'linja diviżorja li tifridhom. Żomm fuq in-naħa maħsuba għall-pedestrians. Oqgħod ħafna attent fejn iċ-ċiklisti u pedestrians jużaw it-tnejn l-istess mogħdija mingħajr xejn jifridhom.
Vetturi pparkjati
33. Jekk għandek taqsam it-triq minn bejn karozzi pparkjati, uża t-truf ta' barra tal-vetturi daqs li kieku kienu l-kurduna tal-bankina. Ieqaf hemm u kun żgur li tista' tara sewwa madwarek u li t-traffiku jista' jara lilek. Qatt m'għandek taqsam it-triq minn quddiem, jew minn wara, xi vettura bil-magna startjata,
speċjalment vettura kbira, għax is-sewwieq ma jkunx jista' jarak.
Vetturi li jreġġgħu lura
34. Qatt m'għandek taqsam wara vettura li waslet biex treġġa' lura jew qiegħda treġġa' lura, li tkun turi dwal bojod tar-rivers jew permezz ta' ħorn apposta fuq wara.
Vetturi mexjin
35. Qatt m'għandek tirkeb jew taqbeż jew iżżomm ma' vettura miexja.
Bil-lejl
36. Ilbes xi ħaġa li tleqq biex ikun aktar faċli li oħrajn jarawk. Jekk m'hemmx pedestrian crossing fil-qrib, aqsam it-triq ħdejn dawl tat-toroq sabiex it-traffiku jkun jista' jarak aktar faċilment.
Qsim tat-triq
Mill-postijiet kollha minn fejn taqsam
37. Meta tkun qed tuża kull tip ta' post minn fejn taqsam għandek:
• tkun żgur li t-traffiku jkun waqaf qabel ma tibda
taqsam għan-naħa l-oħra jew timbotta l-pram fil-crossing.
• dejjem aqsam bejn l-istuds jew fuq iż-zebra markings. Qatt m'għandek taqsam mill-ġenb
tal-crossing jew fuq iż-zig zag lines.
Qatt m'għandek tieqaf fuq zebra
jew pelican crossings.
Zebra crossings
38. It-traffiku jista' jkun jeħtieġ ħafna ħin biex jarak u jieqaf fil-crossing, u meta jkun hemm iż-żliq il-vetturi jkollhom bżonn aktar ħin. Stenna sakemm it-triq tkun bla traffiku, jew li t-traffiku jkun waqaf miż-żewġ direzzjonijiet qabel ma taqsam. Ibqa' ħares fiż-żewġ naħat, u issemma',
fil-każ li sewwieq jew passiġġier ma jkunux rawk u jipprovaw jaqilgħu vettura li tkun waqfet.
39. Qatt m'għandek tieqaf f'tarf il-bankina ta' pedestrian crossing jekk m'għandekx ħsieb li taqsam.
40. Toqgħodx titnikker f'pedestrian crossing iżda aqsam malajr kemm jista' jkun.
41. Meta jkun hemm island f'nofs pedestrian crossing, stenna fuq l-istand qabel ma taqsam it-tieni nofs tat-triq dak hu crossing separat.
42. Taqbadx u tinżel fuq il-karreġġata bil-ħsieb li għandek id-dritta meta tkun f'post ta' qsim għal pedestrians. Stenna għal spazju fit-traffiku, b'mod
speċjali jekk in-numru ta' pedestrians ikun żgħir u t-traffiku jkun għadu kif twaqqaf ftit qabel.
43. Fejn ikun hemm post ta' qsim għal pedestrians (jew subway) jew f'distanza ta' madwar 50 metru 'l bogħod minnek, taqsamx it-triq minn x'imkien ieħor.
Ħdejn dwal tat-traffiku u pelican crossings
Dwal tat-traffiku
44. Jista' jkun hemm sett speċjali ta' dwal għal pedestrians. Aqsam it-triq biss meta tixgħel il-figura l-ħadra. Jekk tkun bdejt taqsam it-triq u l-figura l-ħadra tintefa', xorta jkollok ħin biex tasal in-naħa l-oħra,
iżda titnikkirx. Jekk ma jkunx hemm dwal għall-pedestrians, ħares sew u taqsamx qabel id-dwal għat-traffiku jkunu ħomor u t-traffiku jkun waqaf. Ibqa' ħares u
ċċekkja għal xi traffiku li jkun qed idur mal-kantuniera. Ftakar li d-dwal tat-traffiku jistgħu jħallu traffiku jgħaddi minn xi karreġġati filwaqt li minn xi karreġġati oħra jkun waqaf.
Pelican crossings
45. Agħfas il-buttuna tal-kontroll biex tixgħel is-sinjali tat-traffiku. Taqsamx qabel ma tintwera figura ħamra. Meta tinwera figura ħadra fissa, iċċekkja li t-traffiku jkun waqaf imbagħad aqsam b'attenzjoni. Xi crossings jista' jkollhom figura ħadra li tteptep bħala twissija li d-dwal dalwaqt jibdlu fl-aħmar. M'għandekx tibda taqsam meta l-figura l-ħadra tibda tteptep. Jekk tkun diġà bdejt għandu jkollok ħin biżżejjed biex tkompli taqsam bla periklu.
46. F'xi pelican crossings ikun hemm ħoss idoqq biex jindika lill-għomja jew dawk neqsin mid-dawl meta jkun hemm figura ħadra fissa u jista' jkun hemm sinjal li jinħass biex jgħin lill-persuni b'diżabilità.
47. Meta t-triq tkun traffikuża, it-traffiku fuq il-ġenb tiegħek
jista' jkollu jieqaf anke jekk id-dawl għalih ikun aħdar. It-traffiku jista'jibqa' għaddej fuq in-naħa l-oħra tat-triq, għalhekk dejjem agħfas il-buttuna u stenna għas-sinjal biex taqsam.
Sinjali bid-dawl li jikkontrollaw it-traffiku
Tostakolax post minn fejn jaqsmu
48. Sinjali ġenerali ta' dawl għat-traffiku
AĦMAR ifisser ieqaf. Stenna wara l-linja fejn għandek
tieqaf fuq il-karreġġata.
AĦMAR u GĦAMBRA wkoll ifissru ieqaf. Tibqax għaddej jew titlaq qabel ma juri l-Aħdar.
AĦDAR ifisser tista' tibqa' sejjer jekk ma hemm xejn xi jtellef. Oqgħod
attent speċjalment jekk fi ħsiebek iddur lejn ix-xellug jew lejn il-lemin u agħti
preċedenza lin-nies li jkunu qed jaqsmu.
GĦAMBRA jfisser "Ieqaf" fuq il-linja biex tieqaf. Tista' tibqa'
sejjer biss jekk l-GĦAMBRA jidher wara li inti tkun qsamt
il-linja biex tieqaf jew jekk tant tkun qrib li jekk tieqaf tista'
tikkawża inċident.
GĦAMBRA waħdu jteptep
ifisser 'Għaddi b'kawtela'
VLEĠĠA ĦADRA flimkien ma'
sinjal aħdar - jekk ċaqliq f'ċerta direzzjoni jitħalla jsir
qabel jew wara ma jixgħel l-aħdar kollu. Jekk ma jkunx għaddej
traffiku tkun tista' ssuq iżda biss fid-direzzjoni murija bil-vleġġa.
Tista' tagħmel dan juru x'juru d-dwal l-oħra.
Struzzjonijiet għall-pedestrians fuq il-buttuni tal-kontroll li
juru fażijiet ta' mixi ta'pedestrians fis-sinjali tad-dawl
Dwal ħomor jixegħlu u jitfu
Dwal ħomor jixegħlu u jitfu wara xulxin ifissru li GĦANDEK TIEQAF.
IEQAF meta juruk id-dwal għat-traffiku
Ikun aħjar li taqsam fejn ikun hemm traffic island fin-nofs tat-triq jekk ma jkunx hemm post qrib minn fejn taqsam. Obdi l-Kodiċi biex taqsam bla periklu u aqsam għal traffic island imbagħad ieqaf u erġa' obdiha biex taqsam in-nofs li jmiss tat-triq.
49. Taqsamx it-triq la f'post ta' qsim u l-anqas x'imkien ieħor kontra s-sinjal li jagħtik uffiċjal tal-pulizija, gwardjan tat-traffiku jew school crossing patrol. Tista' taqsam anke jekk id-dawl juri mod ieħor, kemm-il darba tkun ordnat biex tagħmel hekk, iżda agħmel dan minn quddiemhom.
Meta għandek toqgħod aktar attent
Vetturi ta' emerġenza
50. Jekk tkun ġejja ambulanza, fire engine, pulizija jew vettura oħra ta' emerġenza li jkollha dwal blu jixegħlu u jitfu, headlights u/jew sireni, żomm 'il bogħod mit-triq.
Karozzi tal-linja
51. Inżel jew itla' biss fuq il-karozza tal-linja meta din tkun waqfet biex tħallik tagħmel dan. Oqgħod attent miċ-ċiklisti, eċċ, resqin għan-naħa li tkun nieżel minnha. Qatt m'għandek taqsam it-triq eżatt minn wara jew quddiem karozza tal-linja; stenna sakemm din tkun telqet u int tkun tista' tħares sew fiż-żewġ direzzjonijiet.
Karozzi
52. Oqgħod attent jekk tiġi f'karreġġata biex tidħol jew toħroġ minn karozza. Fejn tista' uża l-bibien tan-naħa tal-bankina. Anke jekk is-sewwieq tal-karozza jista' jkollu juża l-bieba fuq barra, dejjem għandu jkun possibbli għall-passiġġieri li jużaw il-bibien tan-naħa tal-bankina.
Attenzjoni għat-Tfal
53. Tfal żgħar qatt m'għandhom jiġu fdati waħidhom la fuq il-bankini u l-anqas fit-triq. Meta tkun barra, imxi bejnhom u bejn it-traffiku, żommilhom idejhom sewwa; kun żgur li t-tfal żgħar ikunu marbutin fil-push-chair, jew
mexxihom marbutin biċ-ċingi. Tħallihomx jiġru fit-triq.
Attenzjoni għall-Anzjani u persuni b'diżabilità
54. L-anzjani jdumu biex jirreaġixxu u jimxu bil-mod. Persuni b'diżabilità, speċjalment l-għomja u dawk fuq wheelchair huma l-iżjed vulnerabbli. Għandhom ifittxu u jingħataw l-għajnuna kull meta jinħtiġuha,
speċjalment biex jaqsmu t-triq. L-għomja għandhom dejjem jimxu b'bastun abjad.