L-EWWEL GĦAJNUNA FIT-TRIQ
GWIDA GĦAL DAWK LI MHUMIEX
IMĦARRĠIN
Meta tiġri disgrazzja:-
Ikkontrolla t-traffiku biex tevita inċident ieħor (itlob għajnuna
lis-sewwieqa u lin-nies wieqfa).
Ċaqlaq lill-midrub biss jekk ikun hemm periklu immedjat ta' ħruq minħabba
petrol imxerred (tpejjipx), jew jekk ma jistax jiġi skansat il-periklu
mit-traffiku. Meta l-midrub għandu jiġi mċaqlaq, ittrattah
b'attenzjoni kbira, b'mod partikolari jekk ikun hemm suspett ta' għadam
miksur jew ikun hemm ilmenti ta' wġigħ fid-dahar.
Waqqaf id-demm b'faxex mhux imxarrba jew b'imkatar indaf u b'għafsa
soda ta' l-idejn, imfaxxa b'mod sod bil-maktur jew ingravata.
Għatti l-partijiet maħruqa b'faxex niexfa jew imkatar nodfa u mfaxxa
b'maktur jew ingravata. Fittex l-għajnuna minnufih. Qabbad lis-sewwieqa
u 'l min ikun għaddej biex isejħu ambulanza, tabib u pulizija. Żomm
lill-midrub mimdud u msaħħan. Uża drappijiet jew coats minn taħt u
minn fuq.
Iċċaqlaqx lill-midrub, jekk dan tista' tevitah, sakemm jasal fuq
il-post min jifhem.
Tagħti ebda xorb - alkoħol, te jew xorb ieħor. (Il-midrub jista'
jkollu bżonn l-anestesija fl-isptar).
KUN DEJJEM LEST GĦAL LI JISTA' JINQALA'. Tgħallem l-ewwel għajnuna u
ġorr fil-vettura tiegħek materjal meħtieġ għal dan il-għan.