Sinjali fuq Wara ta' Vetturi Kbar li jġorru
l-Merkanzija
Vetturi bil-mutur 'il fuq minn 7500 kilogramm piż gross massimu u trailers 'il fuq minn 3500 kilogramm piż gross massimu.
School bus
(murija fil-
ħġieġa ta'
quddiem jew
ta' wara
tal-karozza
tal-linja
jew coach)
Is-sinjali vertikali għandhom jitwaħħlu wkoll ma' skips li jkunu fit-toroq
għal xogħol ta' kostruzzjoni, vetturi kmmerċjali u oħrajn itwal minn
13-il metru (opzjonali fuq vetturi bejn 11 u 13-il metru)
Pjanċi li Javżaw
Periklu
Ċerti vetturi li jġġorru merkanzija perikoluża għandhom juru pjanċi li javżaw periklu
Il-pjanċa li tidher hija għal likwidi li jieħdu n-nar
Sinjali ta' forma djamant li juru riskji oħrajn jinkludu
Sustanza
tossika
Sustanza
ossidanti
Gass li ma jeħux
in-nar mhux kompressat
Sustanza
radjuwattiva
Sustanza li tieħu
n-nar malajr
Sustanza
korrużiva
Marki li juru Projezzjoni
Sinjal
fil-ġenb
It-tnejn meħtieġa meta tagħbija jew tagħmir (eg jib ta'
crane) toħroġ 'il quddiem jew lura b'iżjed minn żewġ metri
Sinjal
fit-tarf
Kif tuŻa dawn il-formoli f'Ħabtiet 'FronT-to-Rear'
Kull sewwieq li jkun involut f'ħabta front-to-rear għandu jimla u
jpartat kopja ta' din il-formola mas-sewwieq l-ieħor. B'dan il-mod,
kull sewwieq ikollu biżżejjed informazzjoni dwar l-identità
tas-sewwieq l-ieħor, l-assigurazzjoni u ċ-ċirkustanzi li fihom ikun
ġara l-inċident. Jekk sewwieq ma jagħmilx dan, ikun qed jikser il-liġi.
Fil-gżejjer Maltin, f'kull inċident dejjem għandu jissejjaħ pulizija
fuq il-post, minbarra fil-każ ta' ħabta front-to-rear. Pulizija għandu
jissejjaħ fil-każ ta' midruba jew meta tkun involuta proprjetà
tal-Gvern. Tista' tikkuntattja lill-pulizija fuq numru tat-telefon
224004-9 jew l-eqreb Għassa tal-Pulizija.
Fuq il-post ta' l-Inċident
1. Għalkemm kull sewwieq suppost li jkollu kopja ta' din il-formola
fil-karozza tiegħu, Dikjarazzjoni tal-Fatti waħda għandha tintuża -
mhux importanti liema waħda tkun mimlija. Meta l-inċident jinvolvi
aktar minn żewġ vetturi, għandha tintuża formola oħra.
2. Id-Dikjarazzjoni tal-Fatti tagħmel kopja minnha nfisha.
Preferibbilment għandha tinkiteb bil-bajro, u tintela l-parti safra jew
ħadra tad-Dikjarazzjoni tal-Fatti. Is-sewwieq l-ieħor għandu jimla
l-parti l-oħra bil-kulur dwar it-tieni vettura. Ovvjament iż-żewġ
sewwieqa jkollhom bżonn jirreferu għaċ-ċertifikati ta'
l-assigurazzjoni u l-liċenzi tas-sewqan tagħhom.
3. Ħu d-dettalji kollha tax-xhieda qabel ma titlaq. Wieġeb għall-mistoqsija
5 fid-Dikjarazzjoni.
4. Meta tkun sodisfatt bl-eżattezza tad-dikjarazzjoni iffirmaha u għid
lis-sewwieq l-ieħor jiffirmahielek. (15) Żomm kopja għalik u l-oħra
agħtiha lis-sewwiq l-ieħor.
5. (a) Immarka (V) f'kull kaxxa apposta fuq in-naħa tiegħek (numri
minn 1 sa 7) f'Taqsima 13 u iddikjara n-numru tal-kaxxi li mmarkajt.
(ċ) Pinġi pjanta tal-post ta' l-inċident (14) li turi l-informazzjoni
indikata kollha.
6. Nagħtu parir li żżomm kamera fil-vettura tiegħek. B'dan il-mod,
tkun tista' tieħu r-ritratt tal-ħabta biex ikollok prova aħjar.
Meta tasal lura d-dar
(1) Kompli r-Rapport kollu ta' l-Inċident tal-Karozza fuq in-naħa
tal-verżjoni tiegħek tal-Formola Dikjarazzjoni tal-Fatti. Dan huwa
r-rapport li għandek tagħti lill-assiguraturi tiegħek, u jekk ikun
hemm bżonn, il-kumpannija ta' l-assigurazzjoni tiegħek tgħinek timla
dan ir-rapport.
(2) Minnufih għarraf lill-assigurazzjoni tiegħek fuq l-inċident u agħtiha
din il-formola li tinkludi (i) Dikjarazzjoni tal-Fatti u (ii) Rapport
ta' l-Inċident tal-Vettura.
Billi taqra u ssegwi r-regoli tal-Kodiċi
għat-Traffiku fit-Triq Inti tista' tgħin tnaqqas l-imwiet u l-inċidenti
fit-toroq tagħna.