F'Malta, is-sinjali tat-traffiku huma dawk internazzjonali bbażati fuq il-United Nations Organization Protocol.
Bażikamenti, il-kodiċi jikkonsisti fi tliet kategoriji ta' sinjali - Sinjal
ta' Twissija, Sinjal Obbligatorju u Sinjal Informattiv. Kull kategorija għandha l-għamla, il-lewn u l-format karatteristiku tagħha, bil-messaġġ tas-sinjal spjegat tajjeb f'simbolu f'għamla ta' stampa. F'każijiet xierqa, il-messaġġ jista' jiġi miżjud, jew l-applikazzjoni tiegħu mfissra aħjar, permezz
ta' kitba qasira fuq pjanċa żgħira mdendla mas-sinjal tat-traffiku.
Huma permessi varjazzjonijiet żgħar lokali, sakemm dawn ikunu jaqblu ma' l-ispirtu tal-kodiċi hawn fuq imsemmija, u xi wħud mis-sinjali tat-traffiku f'Malta għandhom infatti dawn il-varjazzjonijiet. Ġeneralment is-sinjali tat-traffiku għandhom żebgħa riflettorja, biex bil-lejl jidhru bid-dawl tal-fanali ta' quddiem.
Filwaqt li s-sinjali tat-Twissija u dawk Informattivi huma maħsuba biex jgħinu u jiggwidaw lil min isuq vettura bil-mutur, is-sinjali Obbligatorji jimponu obbligi definiti. Is-sinjali Obbligatorji jistgħu jkunu jew (a) Projbitorji, i.e. li jimpedixxu ċertu manuvrar, jew (b) Obbligatorji, i.e. li jimponu ċertu manuvrar. Il-projbizzjoni
tista' tkun jew immedjata, f'liema każ tapplika għal punt partikulari jew kontinġenza, u l-applikazzjoni tagħha tispiċċa immedjatament; jew kontinwa, meta l-applikazzjoni tagħha qiegħda sseħħ għal biċċa triq jew area u tibqa' sakemm titneħħa permezz ta' sinjal ieħor f'dan is-sens.
KONVENZJONI TA' VJENNA TA' L-1968
Kun żgur li tifhem u tobdi is-sinjali tat-traffiku u informazzjoni kif ukoll marki tat-toroq kollha.
SINJALI TA' TWISSIJA
Liwjiet perikolużi
Liwja
max-xellug
Liwja
mal-lemin
Liwja 'S'
mal-lemin
Liwja 'S'
max-xellug
Serje ta'
liwjiet
Salib it-Toroq ma' Toroq ta' l-Istess Importanza
Salib
it-Toroq
Toroq li jiltaqgħu
f'għamla ta' T
Triq fuq
ix-xellug
Triq fuq
il-lemin
Dawl għat-Traffiku aktar 'il quddiem
Salib
it-Toroq ma' Toroq Prinċipali
Salib
it-Toroq
Toroq li jiltaqgħu
f'għamla ta' T
Roundabout
Agħti d-dritta
(f'toroq prinċipali)
Agħti d-dritta
(bil-quddiem)
Salib it-Toroq
ma' Toroq Sekondarji
Salib
it-Toroq
Triq fuq
ix-xellug
Triq fuq
il-lemin
għaqda
ta' toroq
ma' żewġ
naħat
(xellug l-ewwel)
għaqda
ta' toroq
ma' żewġ
naħat
(lemin l-ewwel)
Triq tidjieq
fuq ix-xellug
Triq tidjieq
fuq il-lemin
Triq tidjieq
fuq iż-żewġ
naħat
Perikli fit-Triq
Triq
tidjieq
Niżla
perikoluża
Telgħa
perikoluża
Triq
tiżloq
Moll
Triq mhix
imwittija
Parti aktar
għolja fit-triq
Cable ta'
l-elettriku
Traffiku fiż-żewġ
direzzjonijiet
aktar 'il quddiem
Mina
Periklu
ieħor
Devjazzjoni kbira
tar-rotta fuq ix-xellug (jew fuq
il-lemin jekk ix-chevrons huma bil-kontra
Periklu
fit-tarf tat-triq
Perikli għal-ħajja
Post ta' qsim
għall-pedestrians
(aktar 'il quddiem)