F’dan il-ktieb, kliem, ritratti u
riflessjonijiet ta’ xeħta lingwistika, folkloristika u
antropoloġika jgħinuna nagħtu ħarsa lejn x’hemm jaħdem
fil-qiegħ tal-mod kif nesprimu lilna nfusna.
Awtur:
Tarċisju Zarb
Maħruġ
minn:
Dipartiment ta' l-Informazzjoni
Rimarki:
Bil-Malti
€6.99
CHOGM and State Visit photos on CD
The CD contains over 750 DOI photos and is divided in two
parts. The first part features all the main events of the
State Visit of HM Queen Elizabeth II and HRH The Duke of
Edinburgh, while the second part focuses on CHOGM.
50th Anniversary 1955-2005, Department of
Information
A publication commemorating the 50th Anniversary of the
Department of Information.
Maħruġ
minn:
Dipartiment ta' l-Informazzjoni
Rimarki:
Bil-Malti u Ingliż fl-istess publikazzjoni
Filmati storiċi mill-arkivji tad-DOI
Filmati fuq DVD.
Tul tal-filmati : 6 minuti
Maħruġ
minn:
Dipartiment ta' l-Informazzjoni
Rimarki:
Bil-Malti, Tul tal-filmati: 6 minuti
Ellul Mercer f’Leli ta’ Ħaż-Żgħir
F’Leli
ta’ Ħaż-Żgħir Ġuże Ellul Mercer jagħti ħarsa lejn Malta
kif tidher fil-kuxjenza ta’ bniedem intelliġenti u sensittiv li
jfittex fl-ambjent ta’ madwaru biex imbagħad jidħol fih
innifsu mgħobbi bil-konklużjonijiet li kważi ma jikkonkludux.
Ir-rumanz hu mixja lejn it-tajjeb fis-soċjetà u lejn il-kalma
fir-ruħ. L-Iżolament tal-karattru, maqtugħ mid-dinja, hu l-aħħar
kelma ta’ l-awtur imħasseb.
Awtur:
Oliver Friġġieri
Maħruġ
minn:
Ministeru ta' l-Edukazzjoni
Rimarki:
Bil-Malti
Il-Ġaħan ta’
Binġemma u drammi oħra
Francis Ebejer huwa wieħed mill-ftit awturi
Maltin li kapaċi jaħseb u jirrifletti u jikteb fl-istess ħin. F’dan
il-ktieb huwa jirnexxielu jidħol fil-qalb tal-ġrajjiet ta’
pajjiżna u jifli sewwa t-tradizzjoni, ir-Reliġjon u l-Kultura
waqt li jgħaqqad dan kollu taħt il-maġija sublimi ta’ Ġaħan
– is-suppost baħnan li m’hu baħnan xejn, imma l-iktar
wieħed "għaref". Il-ktieb huwa ta’ valur storiku u
antroplogu, imma l-valuri l-iktar importanti tiegħu, huma mill-aspett
filosofiku u għall-estetika tal-Letteratura jekk tqabblu max-xogħlijiet
letterarji tal-ħassieba tad-Dinja.
Awtur:
Francis Ebejer
Maħruġ minn:
Ministeru ta' l-Edukazzjoni
Rimarki:
Bil-Malti
Il-Ħajja ta’ Rużar
Briffa
Dan il-ktieb ifittex
li jagħti dehra sħiħa ta’ Rużar Briffa, poeta, bħala bniedem,
billi jiskopri l-ġrajjiet li għadda minnhom jew li seħħu
madwaru u ħallew effett fuqu. Minn dawn il-paġni toħroġ id-dehra
ta’ xi ħadd magħluq fih innifsu, ħiemed u ħassiebi, imnikket
u dejjem ħerqan li jbiddel it-tiġrib tiegħu f’versi qosra.
Is-sehem tiegħu fit-twaqqif ta’ għaqda letterarja fost l-istudenti
ta’ l-Università, l-ewwel żwieġ, il-ħidma tiegħu fi żmien
il-pesta u mbagħad it-tieni żwieġ u l-aħħar snin ta’ ħajtu
huma ftit mill-kwadri li joħorġu mill-qari ta’ din
il-bijografija.
Awtur:
Oliver Friġġieri
Maħruġ minn:
Taqsima tat-Tagħrif - Kastilja
Rimarki:
Bil-Malti
Il-Miġja tal-Franċiżi f’Malta
Mitejn sena ilu, għal perijodu qasir ta’
tliet xhur, il-poplu ta’ dawn il-gżejjer sema’ iktar minn
qatt qabel, ħafna wegħdiet ta’ libertà, ugwaljanza quddiem
il-liġi, kif ukoll ħelsien mill-injoranza – tagħlim għal
ulied il-poplu. Dan il-ktieb jagħti daqqa ta’ għajn fuq xi
persunaġġi li ssemmew fil-ġrajjiet li seħħew f’postijiet
prominenti mitejn sena ilu.
Awtur:
Maħruġ minn:
Dipartiment ta' l-Informazzjoni
Rimarki:
Ktejjeb ta’ Tifkira 1798 – 1998
Malta's Parliament, An Official History
The book chronicles the political history and
evolution of Malta’s Parliament from 1800 to 2003 and is divided
into three sections.
Office of the Speaker of the House of
Representatives & Department of Informationt
Remarks:
hardbound and illustrated
in full colour
Santo Spirito Hospital at Rabat, Malta
Santo Spirito Hospital at Rabat is a living monument to the
medical services in Malta in times gone by. It has an outstanding
record of some six centuries of continued use as an institution
for the care of the sick and the needy extending from the
fourteenth to the present century. Prof. Fiorini’s vivid and
flowing narrative brings to life an era which went by as this
magnificent historic building was first constructed, then used,
then abused, then finally neglected and almost allowed to fall
into utter decay until it was, quite rightly, given a new lease of
life.